Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37160 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kumpaniji privata — ħin ta' xandir skont il-kuntratt

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha ħin ta' xandir għad-dispożizzjoni tagħha, kull kumpanija privata li għandha kuntratt max-xandir tal-istat, kull ġimgħa, matul l-iskeda li bdiet f'Ottubru ta' din is-sena? Tista' tagħti lista ta' min huma l-kumpaniji involuti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċini li roħsu fl-Italja, Ċipru, Spanja u Portugal

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-prezzijiet fl-Italja, Ċipru, Spanja u l-Portugal tal-mediċini li roħsu f'Malta u li huma imsemmija fi stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, datata 19 ta' Settembru 2012?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-lista tal-mediċini li roħsu kif ġie mħabbar fid-19 ta’ Settembru 2012, kif ukoll il-prezzijiet kif jinbiegħu fl-Italja, Ċipru, Spanja u l-Portugall.

ftuħ ta' spiżeriji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm liċenzji li qed jiġu pproċessati bħalissa mid-Dipartiment għas-Saħħa, għal ftuħ ta' spiżeriji ġodda? F'liema lokalitajiet? Kemm ilhom pendenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħal issa qed jiġu ikkunsidrati u proċessati għaxar (10) applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda ta’ spiżeriji, fil-lokalitajiet li ġejjin: In-Naxxar – 1, San Ġwann – 1, Birżebbuġa – 1, Il-Kalkara – 1, Marsaskala – 1, Marsaxlokk -1, Il-Birgu – 1, Ħaż-Żabbar – 2, L-Għarb – 1. Id-data ta’ dawn l-applikazzjonijiet hija kif jidher hawn taħt: In-Naxxar – 2 ta’ Ġunju 1993 San Ġwann – 14 ta’ Ottubru 1988 Birżebbuġa – 7ta’ Lulju 1994 Il-Kalkara - 28ta’ Jannar 2011 Marsaskala - 5ta’ Novembru 1998 Marsaxlokk - 29ta’ Dicembru 1995 Il-Birgu - 29ta’ Frar 2012 Ħaż-Żabbar - 1. 22ta Settembru 1987 u 2. 14ta Mejju 1993 L-Għarb – 1ta’ Lulju 2005

Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' lukandi ġodda? Kemm ilhom pendenti waħda, waħda? Għal liema lokalitajiet jirreferu l-applikazzjonijiet waħda, waħda? X'kategoriji ta' lukandi jirreferu l-applikazzjonijiet waħda, waħda? Hemm xi applikazzjonijiet li jirreferu għal bini ta' lukandi barra żoni ta' żvilupp?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħaddiema ta' Skala 5 — xogħol mhux tal-grad tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36966 u jgħid kemm hemm persuni minn skala 5 'l fuq li huma on secondment ma' xi entità oħra u allura mhux qed jagħmlu xogħol fil-grad tagħhom? X'inhi r-raġuni għal dan is-secondment u ma' liema entità oħra qegħdin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #37177 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Istituzzjonijiet edukattivi — Stipendji

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema sena beda jingħata l-istipendju u kemm ingħata stipendju sena b'sena? Tista' tgħid kemm kien in-numru ta' studenti li ngħataw l-istipendju sena b'sena? Liema huma l-istituzzjonijiet edukattivi li l-istudenti li jattendu fihom jingħataw l-istipendju? Huwa minnu li studenti li jkollhom ċirkustanzi differenti jingħataw aktar stipendju minn studenti oħrajn? Jekk fil-posittiv, tista' tgħid x'inhuma dawn iċ-ċirkustanzi u kemm jingħata stipendju aktar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Skema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek - timoptol eye drops

Question

Peress li Timoptol eye drops mhux jiġu fornuti mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek f'Għawdex, jista' l-Ministru jara li dan jiġi fornut?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina Timolol eye drops se tkun fornuta lill-Gvern fil-jiem li ġejjin u titqassam fl-ispizeriji fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tieghek fl-iqsar żmien possibli.
Leg 11 PQ #37179 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim — legal assistants

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm legal assistants fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (mhux fis-segretarjat privat tal-Prim Ministru)? Min huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispjega x’tifhem bil-frażi ‘Legal Assistants’ sabiex inkun nista’ nagħti informazzjoni eżatta.
Leg 11 PQ #37180 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

Kunsill Lokali ta' Ħal Lija — Servizz ta' Perit, Avukat u Accountant

Question

B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 36996, jista' l-Prim Ministru jispjega kif il-kliem “Sejħa għall-kuntratti” li hemm imniżżla speċifikament fl-aġenda msemmija jistgħu jiġu interpretati bħala li se “jiddiskuti l-validitita tas-servizzi li fil-preżent qed jingħataw”? Allura jekk hu minnu li mhux se jinħarġu t-tenders għal dawn is-servizzi, x’qiegħed jistenna l-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Lija sabiex joħroġ dawn it-tenders sitt xhur wara li l-management letter tal-awdituri kien ċanfar lil dan il-kunsill dwar in-nuqqas ta' osservanza tal-proċeduri finanzjarji (Local Council (Financial) Procedures, 1996)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija li l-management letter li qed tirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant irrakomandat lill-Kunsill imsemmi biex joħroġ tender għall-ġbir tal-iskart u mhux għal servizzi oħrajn kif implikat fil-mistoqsija tagħha. Infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija aderixxa mar-rakkomandazzjoni tal- management letter tant li ppubblika t- tender għall-ġbir tal-iskart domestiku fil-Gażżetta tal-Gvern tas-16 ta’ Marzu 2012. Infurmat li din is-sejħa għall-offerti kienet aġġudikata b’vot unanimu fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija u l-kuntratt beda jitħaddem fl-1 ta’ Lulju 2012. Intant infurmat li mhux ser jinħareġ tender fir-rigward tas-servizzi ta’ perit, ta’ avukat u ta’ accountant , li qed tirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant. Dan peress li ma jaqbżux l-ammont ta’ €4,658, b’konformità mal- Local Council Financial Regulations .
Leg 11 PQ #37181 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati fit-taqsima tal-kultura

Question

Tista' l-Ministru tispeċifika in-numru ta' impjegati li jaħdmu fit-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, liema hi l-nomenklatra (pożizzjoni li tokkupa) tagħhom, id-data tal-ħatra tagħhom u d-dmitijiet tagħhom ta' kuljum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fit-Taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex hemm tlieta u għoxrin (23) impjegat. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub, lista bil-pożizzjoni ta' kull ħaddiem, id-data tal-ħatra tagħhom fl-istess uffiċċju u d-dmirijiet tagħhom ta' kuljum.
Leg 11 PQ #37182 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli Lokali — Applikazzjonijiet għal programm tal-Unjoni Ewropea

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36182, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mil-kunsill lokali tas-7, 11 u t-12-il distrett elettorali applika għal xi programm tal-Unjoni Ewropea bejn Ġunju u Settembru 2012? Fejn saru applikazzjonijiet, għal liema programm fil-fatt saru kunsill kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #37183 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Sejħa għall-working managers fil-kunsilli lokali

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 37021, billi jidher li hemm varjeta kbira bejn dawk li applikaw, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-kriterji li kienu mitluba mill-applikanti? Abbażi ta' xiex hu mistenni li ssir l-għażla ta' dawk li se jintagħżlu? Se jkun hemm xi forma ta' interview għal dawk li applikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-kriterji meqjusa kienu jikkonsistu fl-esperjenza, ħila u kapaċità tal-individwu, kif ukoll ġabra ta’ informazzjoni dwar l-iskart tal-infrastruttura tal-lokalità. Infurmat ukoll li l-għażla tiddependi fuq il-ħila, kompetenza u abiltà li tinġabar l-informazzjoni mitluba fiż-żoni tal-lokalità. Intant ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar se jagħmel interview mal-applikanti bħala parti mill-proċess tal-għażla.

Kunsilli lokali — applikazzjonijiet għaż-żabra tas-siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali mis-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali kellhom applikazzjonijiet biex jiżbru siġar fil-lokalità tagħhom? Liema applikazzjonijiet ġew deċiżi u kif? Liema għadhom pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Qawra — Xogħlijiet fi Triq Port Ruman u Triq il-Konventwali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparamenti biex Triq il-Port Ruman, Triq il-Konventwali u Triq Ġdida fi Triq il-Konventwali, fil-Qawra, jkunu mogħtija t-tarmak? Liema servizzi oħra għal fadal isiru f'dawn l-istess toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-aħħar parti ta' Triq il-Port Ruman ġiet inkluża fil-lista sottomessa mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għal toroq residenzjali li baqalhom jsiru f’din il-lokalita. It-toroq fil-lista sottomessa qed jiġu vverifikati minn Transport Malta sabiex jiġu kkunsidrati fil-programm tax-xogħlijiet li jmiss. Fir-rigward ta’ Triq il-Konventwali, Transport Malta hija nfurmata li din it-triq ser issir mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar bħala parti mill-iskema tal- “PPP”. Triq ġdida fi triq il-Konventwali mihiex inkluża fil-programm tax-xogħlijiet ta’ Transport Malta u l-anqas ġiet inkluża fil-lista sottomessa mill-Kunsill Lokali. Madankollu, din it-triq ser tiġi miżjuda mal-lista ta' toroq li TM ser tkun qed tevalwa għall-programm tax-xogħlijiet li jmiss ta' bini ta' toroq biex jiġi stabbilit jekk taqbiżx is-70% bini.

Dipartiment tal-Artijiet — spezzjonijiet fuq il-Fortizza Campbell f'Selmun

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tal-Artijiet għandux servey tal-Fortizza Campbell f'Selmun, u jekk hemmx evalwazzjoni tal-ħsara li saret f'din l-istess fortizza, minħabba vandaliżmu kif ukoll minħabba l-elementi?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, m’għandu l-ebda survey tal-Fortizza Campbell f’Selmun u għadha ma saret l-ebda evalwazzjoni ta’ ħsarat f’din l-istess fortizza.

Programmi ta' tagħlim u tagħrif lill-bdiewa u r-raħħala

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-programmi ta' tagħrif/tagħlim li qed jagħmlu d-dipartimenti li jaqgħu taħtu biex il-bdiewa/raħħala jkunu jistgħu jevitaw problemi ta' mard fuq l-għelieqi/irziezet tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fl-2011 sar programm ta' taħriġ għas-settur tat-tiġieġ iffinanzjat mill-gvern u mwettaq mill-għaqdiet tal-produtturi fejn esperti specjalizzati żaru kull razzett u taw taħrig u konsulenza lil kull min applika dwar x'mizuri jista' jieħu fuq ir-razzett tagħhom. Id-Direttorat tal-Agrikoltura applika taħt l-aħħar sejha ghall-miżura 111 sabiex joffri numru ta' korsijiet, li fihom qed jipproponi li jittrata dan is-suggett f'mod speċifiku bhala parti minn kors dwar it-trobbija tal-fniek kif ukoll f'kors dwar l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq il-biedja. Tajjeb li wiehed jghid li hemm provdut servizz mill-Farm Advisory Service Consortium, li hija entità imwaqqfa għal dan il-għan biex tagħti servizz ta’ parir biex il bidwi/raħħal jkun konformi mal obbligi tal Cross Compliance li jinkorpora direttivi li jikkoncernaw kontroll u maniġġjar biex jkunu evitati u/jew ikkontrollati il-mard kemm fuq il-bhejjem kif ukoll fl għelieqi. Barraminhekk isir użu mill-media fejn fuq ir-radju waqt programmi jingħata tagħrif ġenerali dwar il-kontroll ta’ mard fuq siġar u pjanti b’interventi mis-semmiegħa. Jkunu ppubblikati numru ta’ leaflets informattivi sabiex jkun hemm għarfien u prevenzjoni tal-firxa ta’ dan l-istess mard. Inżamm ukoll taħriġ ukoll għas-settur tal-ortikultura dwar il-kontroll tal-bumunqar l-aħmar fuq is-siġar tal-palm.

CDAU — ilmenti dwar parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern rigward il-parkeġġ tac-CDAU in vista tal-lamenteli kontinwi dwar in-nuqqas tal-parkeġġ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li sar eżerċizzju dwar l-immaniġġjar tal-parkeġġ ġewwa l-Isptar San Luqa. Dan l-eżerċizzju sar peress li s-servizzi kemm klinici kif ukoll amministrattivi mogħtija minn dan is-sit żdiedu konsiderevolment. F’dan l-eżerċizzju ġew ikkunsidrati spazji ta’ parkeġġ riservati esklussivament għall-pazjenti li jużaw is-servizzi kliniċi. Fosthom hemm iċ-CDAU.
Leg 11 PQ #37205 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni dwar permessi ta' xogħol lill-barranin

Question

B’referenza għad-dokument: Raba Sena ta’ Ħidma tal-Gvern 1998 – 2003, jista' l-Prim Ministru li dak iż-żmien kien jokkupa l-kariga ta’ Viċi Prim Ministru u Ministru responsabbli mill-Politika Soċjali, jikkonferma jekk id-deroga li rrifera għaliha fid-dokument u li ġiet negozjata bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja dwar il-ħruġ ta’ permessi tax-xogħol lill-barranin, baqgħetx fis-seħħ wara l-iskadenza ta’ seba’ snin kif kien miftiehem? F’dan l-ambitu, kemm kienu l-permessi tax-xogħol approvati u dawk rifjutati? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra statistika ta’ dawn il-permessi maqsuma bl-industrija rispettiva u pajjiż rispettiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Siġġiewi — Triq Karmenu Vassallo - kuntratt ta' akkwist ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ir-residenti ta' Triq Karmenu Vassallo qabel triq ġdida fi Triq Salvu Curso fis-Siġġiewi se jiġi konkluż u ppblikat il-kuntratt ta' akkwist tagħhom ta' art li fuqha diġà bnew djarhom?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, ikkonkluda l-kuntratti kollha mas-sidien oriġinali għall-akkwist tal-art li fuqha hemm mibnija d-djar fi Triq Karmenu Vassallo, Siġġiewi u lesta l-proċess kollu sabiex l-art in kwistjoni, tiġi trasferita lill-Awtorita’ tad-Djar. Issa jmiss li l-Awtorità tad-Djar toħroġ l-Avviż Legali li juri t-trasferiment tal-art in kwistjoni u wara li jinħareġ dan l-Avviż Legali, l-istess Awtorità tad-Djar tkun f’pożizzjoni li tikkonkludi il-kuntratti tar-residenti ta’ din it-triq.

Ħal Qormi — Triq il-Ħammieri - zebra crossing jew pedestrian lights

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir zebra crossing jew pedestrian lights fi triq il-Ħammieri f'Ħal Qormi faċċata ta' Triq Stagno peress li din hi triq traffikuża u wiegħsa u jeħtieġ li r-residenti jiġu mħarsa qabel ma jokkori xi inċidenti serju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ pedestrian crossing li qed jirrefereri għalih l-Onorevoli Interpellant se jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.