Legislature:
Category:
Reset
Active:

benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36907 u 36768 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu , dawk li kienu ta' 'l fuq minn €2500 kull għotja fis-snin 2010, 2011 u 2012? Kemm ingħata lill kull benefikant? Kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36906 u 36767 u jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qiegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu? Kemm hi l-ispiża ta' kull sena għas-snin 2010, 2011 u 2012 fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

infiq fuq konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36905 u 36766 u jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għamel użu minnhom minn 2008 sal-lum? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati ? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu il-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36897 u jagħti lista ta’ konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għamlet użu minnhom minn 2008 sal-lum? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm il-term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu il-fees u spejjeż oħra relatati li tħalsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien minn mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 36897.

Bieb il-Belt — public convenience

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37019 u jgħid jekk hux possibli jsir public convenience għall-pubbliku fit-terminus tal-karozzi tal-linja f'Bieb il-Belt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett tar-riġenerazzjoni tat-Terminus tal-Belt jinkludi fih li jsir public convenience fl-istess aona.

għajnuna lil bands mużikali lokali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jwieġeb mistoqsija parlamentari 36647 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn liema tip t'għajnuna jistgħu jibbenefikaw bands mużikali lokali sabiex ikollhom l-opportunità ta' esperjenza barra minn Malta?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, fi Frar tal- 2012 nieda fond ġdid għad-Diplomazija Kulturali bil-għan li jippromwovi il-kultura u l-identita' Maltija l-barra minn xutna. L-allokazzjoni għal din l-ewwel sena kienet ta' €75,000 Ewro. Il-Proċess li jwassal għall-għoti tal-għajnuna huwa kif ġej. Tinħareġ sejħa interna lill-Ambaxxati ta' Malta biex jibgħatu il-proposti kulturali tagħhom għall-konsiderazzjoni minn kumitat ta' Koordinazzjoni maħtur apposta għal dan il-għan. Din is-sejħa inħarġet fil-bidu ta' din is-sena. Ir-rappreżentanti f'dan il-kumitat huma mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministeru tat-Turiżmu, il-Kultura u l-Ambjent u l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment. Peress li n-natura ta' dan il-Fond hija differenti minn dik tal-Arts Fund li huwa amministrat mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, is-sejħa għal proposti kulturali ssir direttament lill-Ambaxxati li minn naħa tagħhom huma mistennija li jressqu proġetti li fil-fehma tagħhom jistgħu jagħtu viżibilita' wiesa tal prodott kulturali Malti fil-pajjiż minn fejn joperaw. Dan kollu jsir fi sforz sabiex Malta tkun dejjem rappreżentata bi proġetti kulturali ta' kwalita' għolja li twassal fost l-oħrajn għal promozzjoni xierqa ta' pajjiżna kif ukoll tagħti opportunita' lil artisti Maltin biex jiżvillupaw kuntatti ma' artisti barranin.

Santa Venera — Triq Reġjonali - tniġġis tal-ħoss mill-mina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36479 u cioè: Fir-rigward ta' Triq Reġjonali Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru sabiex jonqos it-tniġġis tal-ħoss mill-mina li tgħaddi minn go nofs din it-triq residenzjali? Jistgħu il-ħitan tat-toroq isiru għat-tond 'il fuq sabiex jonqos dan l-inkonvenjent?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Allowance ta' sewwieqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36562 u jgħid wasalx iż-żmien li sewwieqa b'vettura ingaġġati mill-gvern (ex-impressed) tiġi riveduta l-allowance tagħhom wara 20 sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Sptar Saint Philip's — kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36911 li oriġinarjmanet saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jagħti dettalji u jpoġġi fuq il-Mejda Kamra l-kuntratt li bih il-gvern se jakkwista l-Isptar Saint Philip's?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 37112.

Xewkija — Triq l-Imġarr - parti mit-triq li nqagħlet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36974 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li Triq l-Imġarr, Xewkija li għadha kemm ngħatat it-tarmac, parti minnha reġgħet inqalgħet? Ma jidhirlix li dan hu ħela ta' riżorsi tal-poplu Għawdxi minħabba pjannar ħażin u mgħaġġel għax ġejja l-elezzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi Triq l-Imġarr reġgħet ingħalqet parzjalment għat-traffiku fit-8 ta' Ottubru u hu ppjanat li tibqa’ magħluqa sal-aħħar ta' Ottubru minħabba tiswijiet fuq parti mill-main tad-drenaġġ, minħabba aġġustamenti f' xi livelli ta’ parti mill-main tad-drenaġġ li tpoġġa. Dawn il-problemi nstabu matul madwar 130 metru wara li saru testijiet u verifiki fuq il-main mill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u l-kuntrattur li ħadem fuq it-triq, qabel ma ngħataw l-aħħar saffi ta' asfalt f’din iż-żona. Dan ix-xogħol ġie ppjanat għal dan il-perjodu tas-sena sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent fuq Għawdex matul ix-xhur tas-sajf u qed isir mill-kuntrattur bħala parti mill-obbligi tiegħu li jassigura li l-infrastruttura impoġġija hija kollha skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt.

MCP Ltd — postijiet ta' parkeġġ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37000, jista' l-Ministru jikkonferma li kellu kalkulazzjonijiet u pariri dwar il-valur tal-100 post parkeġġ fl-MCP cap park u li a bażi ta' dawn il-kalkulazzjonijiet u pariri ibbaża l-istess kuntratt dwar l-estensjoni taċ-ċens u l-akkwist tal-100 post parkeġġ fl-istess car park?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ Ewro 3.2 miljun li qed jiġi attribwit għall- valur ta’ 100 spazju ta’ parkeġġ ġie stability billi ttieħdu in konsiderazzjoni numru ta’ kundizzjonijiet imposti mill-Gvern u huma dawn li ġejjin: 1. Ġnien ġdid – l-ispiża tal-proġett sabiex jissaqqaf il-parkeġġ u jzid ‘l fuq minn 400 spazju ġdid flimkien mat-tisbieħ u landscaping tal-ġnien huwa stmat li, kieku kien se jagħmlu l-Gvern, jiġi jiswih ‘l fuq minn Ewro 5 miljuni. 2. L-ispiża annwali ta’ manutenzjoni sabiex jinżamm l-ġnien f’stat tajjeb għat-tul ta’ 94 sena tkun a karika ta’ l-operatur. Huwa stmat lid an waħdu se jiswa ‘l fuq minn Ewro 200,000 fis-sena. 3. Aktar spazji ta’ parkeġġ aċċessibli ġewwa l-Belt wara li jiġu vakati kemm jista’ jkun spazji ta’ parkeġġ u wara li qed jiġi assikurat li l-Gvern ikollu l-100 spazji ta’ parkeġġ fl-MCP Car Park sabiex jaqdi l-esiġenzi ta’ l-amministrazzjoni. Barra minn hekk, il-valur ta’ Ewro 3.2 miljun jitqies ekwu u ġust meta taħdem żewġ kalkoli sempliċi li jifhem kulħadd u mingħajr bżonn ta’ pariri tekniċi. U dank if ġej: a) Jekk l-ammont ta’ Ewro 3.2 miljun jiġi diviż bl-ammont ta’ 94 sena(il-perjodu taċ-ċens) u r-riżultat jerġa jiġi diviż bin-numru ta’ spazji għad dispożizzjoni, jiġifier 100, tasal għal valur annwu ta’ Ewru 340.42. Dan il-valur, li ma jinbilix tul il-perjodu kollu ta’ 94 sena ċens, jammonta għal ftit inqas minn Ewro kuljum għal kull spazju ta’ parkeġġ. Meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni li llum l-inqas rata li titħallas fil-parkeġġ hija ta’ Ewro 2.30 ċenteżmu (Ewro 600 fis-sena) jidher ċar li l-ammont ta’ Ewro 3.2 miljun li se jitħallas f’rati ugwali fiż-żmien għaxar snin huwa mill-aktar ġust u vantaġġjuż. b) Meta wieħed jimmultiplika l-ammont ta’ Ewro 200,000 fis-sena għal manutenzjoni tal-ġnien għal 94 sena jammonta għal madwar Ewro 19 miljun. Dan l-ammont kollu se jiġi ffrankat mill-Gvern għax se jsir a spejjeż ta’ l-operatur. Meta wieħed iqis dawn il-kalkoli, wieħed jasal għall-konklużjoni li l-100 spazju ta’ parkeġġ huma fil-fatt bonus u mhux piż.
Leg 11 PQ #37128 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għal review ta' studenta

Question

Tosta' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-istatementing board għadu sal-lum m'għamilx review tal-każ tal-istudenta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta s-sena skolastika diġà bdiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dan il-każ deher l-aħħar quddiem il-Bord tal-Appell meta t-tifla kienet ingħatat Shared Same Class Support. Jekk il-ġenituri jew l-iskola jixtiequ li jsir Review tal-każ, huma jistgħu jiktbu liċ-Chairperson ta’ l-Istatementing Appeals Board, sabiex tiġi kkunsidrata t-talba tagħhom.

Mosta — skola sekondarja tas-subien - court li ġie mgħotti

Question

Wara li tfassal sillabu ġdid tal-Edukazzjoni Fiżika, li għandu jwassal sabiex it-tagħlim tal-PE isir pemess tal-kunċett tat-teaching games for understanding li jisħaq li waqt il-lezzjoni tal-PE, it-tfal ikunu maqsumin fi gruppi żgħar li jilgħabu diversi small sided games bħal invasion games: football, hockey, handball, net/wall games, badminton, volleyball u tennis, kif tista' l-Ministru tispjega l-fatt li fl-iskola sekondarja tas-subien taż-Żokrija fil-Mosta se jiġi, ġie stallat b'mod fiss handball surface pitch li għatta l-court b'markings li kien hemm u b'konsegwenza ta' dan handball biss jista' jiġi pprattikat fl-istess court? Dan ma jtellifx lit-tfal mill-intitolament tas-sillabu tal-Edukazzjoni Fiżika waqt il-ħin tal-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li jiġi installat handball pitch fl-iskola Kulleġġ Maria Regina, Sekondarja Subien, Mosta, l-iskola ġiet ikkonsultata dwar din l-istess proposta. L-iskola tat il-feedback tagħha u ma kien hemm l-ebda referenza li se jitnaqqsu l-faċilitajiet sportivi jekk jiġi installat dan il-pitch. Tant hu hekk, li anke issa l-iskola ssostni li hemm spazju biżżejjed fl-iskola biex isiru lezzjonijiet tal-PE f’dixxiplini differenti u dawk imsemmija fil-mistoqsija parlamentari jistgħu jsiru f’żoni alternattivi. Ta’ min jgħid ukoll li l-handball pitch stess tista’ tintuza għal dixxiplini oħra. Wieħed ukoll irid jinnota li l-handball huwa sport relattivatment ġdid hawn Malta u għalhekk huwa pass għaqli li fi skola jkollna din id-dixxiplina wkoll.

bord mediku — tabib kadidat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36879, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown tal-persuna u minn fejn jaqdu li ġew mogħdija bord mediku fejn bħala wieħed mill-bord mediku hemm it-tabib li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għal din is-sena.

Dipartiment tal-Eżamijiet — laqgħat ta' informazzjoni u konsultazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru laqgħat ta' informazzjoni u konsultazzjoni mal-impjegati tad-Dipartiment tal-Eżamijiet dwar it-twaqqif tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Eżamijiet u t-trasferiment tagħhom lejha? Tista' tagħti d-dati ta' dawn il-laqgħat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Saret laqgħa mal-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Eżamijiet nhar it-Tlieta, 9 ta’ Ottubru 2012 u laqgħa mal-impjegati tal-Universita’ nhar it-Tlieta, 16 ta’ Ottubru 2012. It-Tnejn, 15 ta’ Ottubru 2012 saret laqgħa mar-Rettur tal-Universita’ u nhar it-Tlieta, 16 ta’ Ottubru 2012 saret laqgħa mar-rappreżentanti tal-ħaddiema fuq it-talba tal-istess rappreżentanti. F’dawn il-laqgħat kollha, li seħħew f’atmosfera kordjali ħafna, saret diskussjoni wiesa u miftuħa bil-għan li tranżizzjoni tkun tista’ ssir b’mod mill-aktar trankwill u bi qbil ma’ dawk kollha konċernati.
Leg 11 PQ #37154 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

immigranti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36865 u jgħid kemm huwa n-numru totali ta' immigranti li ġew Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm huwa n-numru ta' tfal u żgħażagħ, mill-età tat-twelid sal-età ta' 18-il sena, ta' immigranti li ġew Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Hemm xi stima uffiċjali ta' kemm huwa proġettat li jkun hawn barranin (inklużi immigranti) residenti f'Malta fis-sena 2050? Ta' liema pajjiż huwa l-ikbar grupp ta' immigranti f'pajjiżna bħalissa ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2002 sa Ottubru 2012, n-numru ta’ immigranti illegali li waslu Malta tul dawn l-aħħar għaxar snin kien ta’ 16341. Min dawn, in-numru ta' tfal u żagħżagħ, mill-età tat-twelid sal-età ta' 18-il sena kien ta’1433. L’akbar numru ta’ immigranti li waslu f’pajjiżna huwa mis Somalja. M’huwiex possibbli li tingħata stima uffiċjali ta’ kemm huwa pproġettat li jkun hawn barranin (inklużi immigranti) fis sena 2050.

ħlas lil kumpanija tal-awditjar

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36486, u peress li l-Ministru donnu li ma fehmx għal liema kumpanija kont qed nirreferi meta fil-mistoqsija originali għidt PWC, u peress li l-Ministru talabni nkun aktar ċar, jista' jwieġeb il-mistoqsija u jagħti l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija oriġinali fir-rigward tal-kumpanija Price Waterhouse Coopers?

Response (GATT, AUSTIN)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li bsart li b'PWC irid ifisser PriceWaterhouse Coopers. Li għadu ma spjegax sal-lum l-Onor. Interpellant hu, fir-rispett ta' liema entità governattiva qed jagħmel id-domanda.
Leg 11 PQ #37157 Sitting 511 2012-10-22 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Pembroke — Skola San Miguel - tibdil fil-programm għal użu tal-pixxina

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li l-iskola speċjali ta' San Miguel f'Pembroke, biddlet il-programm tax-xitwa għal dak li huwa użu tal-pixxina? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid fiex kien jikkonsisti dan it-tibdil? Jista jgħid kemm huma l-istudenti li jagħmlu użu minn din il-pixxina? Tista' tgħid għal liema raġuni jsir użu minn din il-pixxina?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-raġuni li l-programm ġie modifikat hija ż-żdieda ta’ studenti li jiġu għas-servizzi mill-iskejjel tal-mainstream u li għandhom bejn is-6 u d-9 snin. Dawn kellhom jinqasmu f’erba’ ġruppi minflok tnejn. B’hekk issa ser imisshom darba fil-ħmistax flok darba fil-ġimgħa biex hekk kulħadd jibbenifika minn dan is-servizz. 21 student li jattendu full-time ġo ċ-ċentru ta’ Riżorsi San Miguel u 37 studenti li jiġu għal servizzi varji minn skejjel tal- mainstream , kif ukoll studenti żgħar li għadhom ma bdewx imorru kindergarten (EARLY Intervention) jagħmlu użu minn din il-Hydro Therapy Pool kif ukoll mis-servizzi kollha taċ-Ċentru. Dawn l-istudenti jinżlu fil-pool fi gruppi skont l-eta` u l-abilta`. Hemm numru żgħir ħafna li jinżlu individwalment minħabba l-bżonnijiet individwali tagħhom.

Pembroke — Skola San Miguel - tibdil fil-programm għal użu tal-pixxina

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-iskola speċjali ta' San Miguel f'Pembroke, biddlet il-programm tax-xitwa għal dak li huwa użu tal-pixxina? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiex kien jikkonsisti dan it-tibdil? Jista jgħid kemm huma l-istudenti li jagħmlu użu minn din il-pixxina? Jista' jgħid għal liema raġuni jsir użu minn din il-pixxina?

Response (SAID, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru koncernat peress illi l-iskola San Miguel ta’ Pembroke ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ dan il-Ministeru.

ARMS Ltd — ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ilmenti li rċeviet l-ARMS Ltd bejn Ottubru 2010 u Diċembru 2010, matul l-2011 u fl-ewwel disa' xhur tal-2012, xahar b'xahar bmod separat, permezz tat-telefon, bl-email u b'messaġġi li tħallew rekordjati fuq l-answering machine?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kuntatti min-naħa tal-konsumaturi jinkludu talbiet għall-informazzjoni ġenerali dwar kontijiet li jirċievu l-klijenti, talbiet għal servizzi ġodda jew addizzjonali, ilmenti dwar ħsarat u affarijiet oħra relatati mas-servizzi tad-dawl u tal-ilma. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.