Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-post ta' executive tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li sa ftit ilu kien jokkupa ta' executive distribution, fejn llum applika għall-postijiet oħra, u wara 34 sena mal-kumpanija Air Malta fejn kważi kien ilu hemm minn mindu twieldet, spiċċa f'kamra ma jagħmel xejn u ma jitkellem ma ħadd? Jista' jgħid għaliex qed isiru dawn l-inġustizzji flagranti fl-Air Malta? Se jieħu azzjoni biex jjirrimedja dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li bir- ristrutturar li sar u li qiegħed isir fl-Air Malta, din il-pożizzjoni msemmija ma’ baqatx fis-seħħ u il- persuna kkonċernata ġiet mgħarrfa b’dan it-tibdil.
Bħala riżultat ta’ dan, huwa applika għal numru ta' pożizzjonijiet fi ħdan il-Kumpanija u sfortunatament ma kienx ta' suċċess fl-applikazzjonijiet tiegħu.
Għalhekk fil-jiem li ġejjin din il persuna ser tingħata l-“
Early Retirement”
skont l-applikazzjoni tiegħu
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li juri kemm hemm impjegati ta' nazzjonalità barranija, f'liema kariga jinstabu ingaġġati (kull kariga) u mil-liema sena ilhom ingaġġati fis-settur tas-saħħa? Jista' jipprovdi ukoll is-salarju annwali li qed jirċievu dawn l-impjegati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm 352 impjegat ta’ nazzjonalità barranija mal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Dawn huma ingaġġati fil-karigi segwenti:
Basic Specialist Trainee 1
Basic Specialist Trainee 2
Consultant
Dental Technician
Enrolled Nurse
Expatriate Radiographer (Therapy)
Expatriate Radiotherapy Physicist
Expatriate Scientific Officer (Radiotherapy Physics)
Expatriate Scientific Officer (Radiotherapy)
Higher Specialist Trainee
House Officer
Medical Laboratory Technologist
Medical Officer
Midwife
Paramedic Aide
Physiotherapist
Radiographer
Resident Specialist
Senior Radiographer
Staff Nurse
Staff Nurse
Dawn ġew ingaġġati hekk:
1 fl-1978; 2 fl-1989; 1 fl-1992; 4 fl-1993; 3 fl-1994; 1 fl-1995; 1 fl-1996; 1 fl-1997; 3 fl-1998; 1 fl-1999; 2 fl-2000; 11 fl-2001; 6 fl-2002; 3 fl-2003; 2 fl-2005; 5 fl-2006; 15 fl-2007; 42 fl-2008; 19 fl-2009; 29 fl-2010; 91 fl-2011; 109 fl-2012.
Is-Salarji tal-Uffiċċjali kollha huma ekwivalenti għal dawk stipulati għall-gradi rispettivi jew għar-rati kuntrattwali approvati mill-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29953 u jipprovdi lista dettaljata ta' mediċini li kienu jinsabu out of stock mis-sena 2009 sa Ottubru 2011 u jgħid meta ġew supplied wara li kienu rapportati out of stock? Jista' jgħid kemm ilhom out of stock? Jista' jgħid jekk is-sistema ta' stock management control bdietx taħdem?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kuntratti tax-xogħol lil nies li ġew ingaġġati mal-Public Broadcasting Services f'dawn l-aħħar xahrejn sarux konformi mal-liġijiet tax-xogħol, inkluż il-probationary periods?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kuntratti tax-xogħol lil nies li ġew ingaġġati mal-Public Broadcasting Services f’dawn l-aħħar xahrejn saru konformi mal-liġijiet tax-xogħol, inkluż il-probationary periods.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar snin, kienet prattika regolari li organi umani li ma jistgħux jiġu transpjantat f'Malta jintbagħtu fi sptarijiet l-Italja biex ikunu jistgħu jiġu traspjantati hemm? Jista' jikkonferma li dan l-arranġament isir mingħajr ma jeżisti xi forma ta' reċiproċità min-naħa ta' sptarijiet Taljani konċernati? Fil-ftehim dwar saħħa negozajti mal-Italja, x'konsiderazzjoni ttieħdet ta' x'qiegħed jiġri bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam imsemmi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat, li kull organu li ngħata mill-familji Maltin wara il-mewt ta qrabathom li ma setgħuwx jiġu wżati fuq pazjenti Maltin ma nħlewx, u ġew offruti kemm l-Italja jew l-Ingilterra. Fl-aħħar sena u nofs sar trattat bejn Malta u l-Italja, kif ukoll bejn Malta u Ċentru ta’ trapjanti fi Sqallija. Dan it-trattat jipprovdi li kull Malti li għandu bżonn trapjant jista` jiddaħħal fil-lista ta’ stennija ta’ Sqallija.
Taħt dan il-ftehim pazjenta Maltija giet trappjantata b’pulmun li ġie mogħti min pazjent Taljan. It-trapjant tal-pulmun kien l-ewwel darba li sar fuq pazjent Malti.
Qed tiġi mistħarrġa il-possibilta’ ta’ trapjant tal-frixa.
Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk il-pulizija żżommx preżenza fit-terminal ċentrali tal-Arriva barra l-Belt? Jafx b’ilmenti li qed ikun hemm każijiet ta’ fastidju/harassment u nuqqas ta’ sigurtà fir-rigward ta’ anzjani, turisti u nisa? Jista' jieħu ħsieb biex il-pulizija tipprovdi preżenza regolari fit-terminal ħalli jinqatgħu dawn l-abbużi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija tinvestiga kull rapport li jaslilha. Infurmat ukoll li kien hemm żewġ rapporti fuq fastidju fit terminal tal-buses, wieħed is-sena l-oħra u ieħor din is-sena.
Fiż-żewġ każijiet l’aggressur ma kienx magħruf. Madankollu il-Pulizija tad-distrett tal-Belt, sew permezz tal Pulizija tal
beat
kif ukoll il-Pulizija tas-
Segway
jagħmlu ronda regolari fit-terminal ċentrali tal-Arriva barra l-Belt kuljum. In-numru ta’ pulizija jiżdied waqt attivitajiet tal-massa. Il-preżenza tal-Pulizija f’din iż-żona hija ta’ deterrent għal dawk il-persuni li jistgħu jagħtu lok għall-abbuż u tagħmel sorveljanza f’din iż-żona wkoll sabiex tassigura li tinżamm il-paċi pubblika u bon ordni.
Barra dan, minħabba l-konġestjonijiet tat-traffiku li jkun hemm ħdejn it-traffic lights ta’ fejn il-monument tal-Indipendenza, l-Pulizija mit-taqsima tat-traffiku li ġeneralment ikun fil-vagun ġewwa Putirjal qed jiġi ddetaljat hawnhekk (ħdejn it-traffic lights) sabiex jgħin fl-immaniġjar tat-traffiku.
Peress li r-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha mingħajr servizz ta' konnessjoni tad-drenaġġ u għadhom bil-fossa, jista' l-Ministru jara x'hemm bżonn isir biex dan is-servizz jibqa' jingħata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-investigazzjoni li saret jirriżulta li l-imsemmija residenza ma tistax tqabbad mas-sistema eżistenti tad-drenaġġ. Dan minħabba li l-pendil ta’ l-isqaq huwa wieħed negattiv (bil-kontra) komperat mat-triq. Din ir-residenza u oħrajn bla drenaġġ, qegħdin fil-parti ta’ ġewwa fejn l-art titbaxxa.
Peress li l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament għandu bżonn li tinbidel l-LSA skont kif mitlub ukoll mill-awtortijiet tal-iskola minħabba l-ħteġijiet tat-tifel u peress li dan huwa każ urġenti, tista' l-Ministru tara li din it-talba tiġi proċessata kemm jista' jkun malajr?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Saru arranġamenti interni sabiex il-ħtiġijiet tat-tifel imsemmi fil-ħinijiet partikolari jkun jista’ jieħu l-għajnuna minn żewġ LSAs (Learning Support Assistants).
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Awtorità tad-Djar tirrispondi l-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda tigi proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal waħda mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. L-Awtorità tad-Djar qed tigbor informazzjoni dwar l-assi u d-dhul tal-applikanta sabiex jigi stabbilit jekk tikkwalifikax taht il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-percentagg tal-ghajnuna li tikkwalifika ghalih.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, quddiem l-Awtorità tad-Djar peress li tgħix ma' missierha f'post li b'kollox jgħixu fih 11-il ruħ?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qiegħda tigi proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kaz tas-Sinjura msemmija se jidher quddiem l-Independent Revisory Board fi hdan l-Awtorità tad-Djar sabiex jerga jikkonsidra l-kaz taghha wara li hija appellat mid-decizjoni mehuda.
Jista' l-Ministru fejn waslet t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha applikazzjoni quddiem l-Awtorità tad-Djar minħabba li tgħix f'post ikkundanat?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni ġiet allokata post f’Jannar ta’ din is-sena ġewwa l-lokalità ta’ Ħal Kirkop liema post ġie rifjutat mill-applikanta stess.
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji lil dan il-Parlament dwar x'inhija l-funzjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, f'Kastilja u min huma n-nies u l-karigi tagħhom li għandu u li qed joperaw taħtu u x'inhuwa l-kuntratt li ngħataw? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-salarju annwali kemm tal-individwu indikat nnifsu u kemm tan-nies li hemm jaħdmu taħt id-direzzjoni tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 36744.
Jista' l-Minstru jgħid jekk tapprezzax l-Awtorità tad-Djar li binja kkundannata li d-dettalji dwarha qed jitnagħtu separatament, fejn għadhom jgħixu 4 familji diġà kellha ħsarat konsiderevoli f'soqfa fil-maltemp fil-bidu ta' Settembru? Peress li s-sidien mhumiex jamministraw din il-binja u f'kwalunkwe każ il-ħsarat jiswew wisq biex jissewwew, jistgħu jiġu evakwati dawn il-familji mill-aktar fis possibbli biex tiġi evitata diżgrazzja f'din il-kerrejja?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha biss applikazzjoni waħda minn dan l-indirizz. Għaldaqstant il-familji l-oħra huma mitluba biex jirrikorru ġewwa t-taqsima tal-Customer Care fil-ħinijiet tal-ftuħ sabiex jew japplikaw għall-akkommodazzjoni alternattiva jew jaraw x’iskemi toffri l-Awtorita’ tad-Djar. Il-binja li hija tal-privat u li kienet derekwizzizjonata fid-19 ta’ Diċembru, 2007 u għalhekk m’għadiex aktar amministrata mill-Gvern, hija mikrija mis-settur privat u l-Awtorità tad-Djar m’għamlet l-ebda spezzjoni. Iżda skont rapport ta’ perit privat il-maġġorparti tal-ħsarat jinsabu fil-partijiet komuni minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-proġett ta' Bormla se jkollu jieqaf fuq fin-naħa tar-regatta peress li dawn għandhom is-soqfa ikkundannati u li m'hemmx fondi għalihom?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala reġgħu waqfu x-xogħlijiet f' Bormla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ġie maqsum f'numru ta' tenders li f'uħud minnhom ġa saru x-xogħlijiet, f'oħrajn it-tenders qed ikunu evalwati , fil-waqt li tenders oħra se jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36911 li oriġinarjmanet saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jagħti dettalji u jpoġġi fuq il-Mejda Kamra l-kuntratt li bih il-gvern se jakkwista l-Isptar Saint Philip's?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kuntratt mal-Isptar Saint Philip’s se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta jiġi konkluż.
kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36908, 36809 u 29642 u jgħid b'mod dettaljat wieħed, wieħed u waħda, waħda x'kuntratti u direct orders ingħataw mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu lill-kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-lum, inkluż il-valur tagħhom, għal liema skop kien ordnat ix-xogħol relattiv u kemm f'kull każ tħallsu flejjes fuq l-istess direct orders? Kemm jonqos li jitħallsu f'kull każ skont il-każ partikolari, filwaqt li għal kull ħlas jgħid ma' liema sejħa għall-offerti jew direct order hu marbut?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.