Legislature:
Category:
Reset
Active:

La Vallette Multi Manager Property Fund — Prospett Supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37013, 36818 u 35702 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-La Valette Multi Manager Property Fund għadu miftuħ għal sottoskrizzjonijiet ġodda abbażi tal-Prospett Supplementari viġenti tal-10 t’Awwissu 2010? Jista’ jgħid jekk jafx li tul dawn l-aħħar xhur inġiebet diversi drabi għall-attenzjoni taċ-chairman u tad-Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta li l-verżjoni viġenti tal-Prospett Supplementari tal-La Valette Multi Manager Property Fund, jiġifieri dik tal-10 t’Awwissu 2010, tikser il-liġijiet tal-Att dwar is-Servizzi tal-Investiment kif ukoll ir-Regoli maħruġa bis-saħħa tagħha mill-istess Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, u dan bi ħsara għal konsumaturi li għandhom dritt jistrieħu fuq Prospett ta’ prodott ta’ investiment u li jkunu qed jikkunsidraw jidħlu f’dan il-Fond?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 37171.

servizz tat-Telecare

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' servizzi ta' Telecare li hemm għand anzjani f'kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettroali? Kif jitqabbel dan in-numru ta' servizzi man-numru ta' anzjani li hemm residenti fl-istess lokalitajiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ servizzi ta’ Telecare li hemm għand l-anzjani f’kull waħda mill-lokalitajiet huwa kif indikat hawn: Distrett 7: 676 klijent Zebbuġ (Malta): 180; Mgarr: 74; Rabat/Baħrija: 355; Rabat/Virtu: 2; Dingli: 51, Mtarfa: 74 Distrett 11: 556 klijent Mdina: 14; Balzan: 116; Attard: 127; Mosta: 299 Distrett 12: 525 klijent Naxxar/Bahar iċ-Ċaghaq: 145; San Pawl il-Baħar: 255; Mellieħa: 125. Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ m’għandux informazzjoni ta’ numru ta’ anzjani li hemm residenti fl-istess lokalitajiet imsemmijin hawn fuq.

talba għal servizz ta' home help

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' anzjani li qed jingħataw is-servizz ta' home help fil-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali, lokal lokal? Kemm għad hemm persuni li għalkemm talbu li jingħataw dan is-servizz sal-lum għad mhux qed jingħataw is-servizz? X'tip ta' diffikultà qed jaffaċja l-Ministeru biex ikun jista' jaqdi t-talbiet li għandu pendenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #37204 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Public Broadcasting Services — servizzi fuq pjanijiet u proġetti tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 35310 u 34364 billi tpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk mhux f'pożizzjoni li tagħmel dan minkejja li għaddew ħames xhur, tista' tagħti raġuni valida għal dan in-nuqqas?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #37213 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi — ħsarat li saru bix-xita

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża biex jissewwew il-ħsarat li saru bix-xita fit-triq tax-Xlendi? Min ħallas dawn l-ispejjes? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relattivi għal dawn l-ispejjes?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ħsarat imsemmija fil-mistoqsija ġew irranġati mill-kuntrattur stess għas-spejjeż tiegħu.
Leg 11 PQ #37214 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bini tal-Micro Business Park f'Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tagħti kronoloġija ta’ dak kollu li x’sar s’issa biex jinbena Micro Business Park f’Għawdex? Tista’ tgħid x’jonqos isir? Tista’ tagħti skeda programmata ta’ dak li jonqos isir? Tista’ tgħid dan il-park kif se jitħaddem?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.

Bini tal-Micro Business Park f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jagħti kronoloġija ta’ dak kollu li x’sar s’issa biex jinbena Micro Business Park f’Għawdex? Jista’ jgħid x’jonqos isir? Jista’ jagħti skeda programmata ta’ dak li jonqos isir? Jista’ jgħid dan il-park kif se jitħaddem?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-Micro Business Park ġewwa Għawdex, li ser ikun fiż-żona magħrufa bħala tal-Barmil, il-Malta Industrial Parks: · Lestiet l- Outline designs tal-proġett; · Iddiskutiet mal-MEPA ir-rekwiżiti biex tiġi sottomessa applikazzjoni kompluta għall-permess ta’ żvilupp; · Qed tfassal disinni dettaljati li se iwasslu biex tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-iżvilupp lill-MEPA; u · Qed tipprepara biex tapplika għall-fondi Ewropej taħt il-programme ERDF 2014-2020

Transport Malta — investigazzjoni dwar hacking

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu l-għajdut li f'dawn l-aħħar ġranet kien hawn f'Malta investigaturi Belġjani u li dawn investigaw diversi uffiċjali ta' Transport Malta inkonnessjoni mal-allegat każ ta' hacking imqajjem minn dakinhar Kummissarju għal Malta John Dalli? Jikkonferma l-Ministru li tnejn minn dawn l-uffiċjali kienu l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu ta' din l-investigazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi Transport Malta m'għandha l-ebda ħjiel jew informazzjoni li tindika dak li qed isemmi l-Onor. Interpellant, iżda jekk l-Onor. Interpellant għandu xi ħaġa aktar minn "għajdut" nistiednu jaqsamha ma' din il-Kamra.

Transport Malta — ħaddiema tax-xatt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema tax-xatt li għad li l-ħlas tagħhom jinħareġ minn Transport Malta peress illi huma liċenzjati minn Transport Malta, attwalment mhumiex kunsidrati bħala impegati ta' Transport Malta peress li huma self employed u li jitħallsu regolarment bir-rata ta' ħaddiem tax-xatt, qegħdin ta' kuljum jippreżentaw ruħhom fl-uffiċini ta' Transport Malta u hemm jagħmlu xoghol li għandha impjegati li suppost huwa huma li jagħmlu dan ix-xogħol b'rata ferm anqas? Separatament, jista' jgħid kemm hi l-ispiża u kemm huwa n-numru ta' dawn il-ħaddiema tax-xatt ingaġġati minn Transport Malta sabiex jagħmlu dan ix-xogħol u kemm attwalment jitħallsu l-ħaddiema ta' Transport Malta li bħalissa qed jagħmlu l-istess xogħol? Jista' jgħid jekk dawn il-ħaddiema tax-xatt, ġaladarba mhumiex impjegati ta' Transport Malta nħarġilhomx xi permess apposta sabiex ikunu jistgħu jidħlu fil-bini ta' amministrazzjoni ta' Transport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minħabba diversi sitwazzjonijiet ta' mard fost erbgħa mill-impjegati illi jaħdmu fis-sezzjoni tal-Port Workers Section u passat ta' diversi prattiċi li mhumiex adekwati, Transport Malta bħalissa mhux f'pożizzjoni li toffri servizz kif meħtieġ ta' Roster Keeping biex jiġu allokati l-ħaddiema tal-port liċenzjati. Għaldaqstant, biex jiġi assigurat illi l-provvista ta' ħaddiema tal-port tkun adekwata u ma jkunx hemm impatt fuq l-attivita` tal-portijiet Maltin, l-Awtorita' talbet l-assistenza tal- Malta Dockers Union. Konxji tal-gravita` tas-sitwazzjoni, il- Malta Dockers Union aċċettat u pprovdut numru ta' uffiċċjali sakemm l-Awtorita` tkun f'pożizzjoni li toffri s-servizz sħiħ u adekwat. Dawn il-ħaddiema tal-port qegħdin jaħdmu flimkien mar- Roster Keepers tal-Awtorita'. Transport Malta s’issa ħallset is-somma ta’ €18,484 lill- Malta Dockers Union li, fuq talba ta’ l-Awtorita`, tipprovdi tlett ħaddiema tal-port liċenzjati kuljum. Il-ħaddiema ta’ Transport Malta li jagħmlu x-xoghol ta’ Roster Keepers , fl-2011 bejniethom tħallsu € 98,113 (għal tliet Roster Keepers ). Il-ħaddiema tal-port liċenzjati huma kollha awtorizzati li jidħlu fil-binja magħrufa bħala l- Port Workers Section u għalhekk m’hemmx il-ħtieġa ta’ xi permess partikolari.

Amministrazzjoni tal-ħaddiema tax-Xatt — tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li qegħda tinhema skema sabiex tinħareġ tender ħalli x-xogħol ta' amministrazzjoni tal-ħaddiema tax-Xatt jingħata lill-privat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

servizzi tas-saħħa għal Malti li kienu jgħixu barra

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex ċittadini Maltin li jkunu għexu l-Ingilterra u jerġgħu jiġu lura Malta ma għandhomx id-dritt li jkollhom free public healthcare Malta bħall-Maltin l-oħra u jkollhom biss dritt għal certificate of entitlement li jkun validu għal sena waħda? F'ċirkostanzi bħal dawn għaliex ir-rifuzjoni bejn l-isptarijiet abbażi tal-lok tal-bolol imħallsa m'għandhiex tkun fuq livell tal-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea minflok mal-onoru jintefa' fuq il-pazjent?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-drittijiet li għandhom ċittadini Maltin li jkunu għexu l-Ingilterra huma mħarrsa sew permezz tal-mertu tat-termini tar-Reciprocal Health Agreement iffirmat diversi drabi bejn Malta u l-Ingilterra, kif ukoll taħt il-provedimenti tar-Regolamenti (EC) 883/2004 u (EC) 987/2009 dwar il-ko-ordinazzjoni tas-sistemi ta sigurta soċjali, u li daħlu fis-seħħ fl- 1 ta’ Mejju 2010. Il-provedimenti tat-tali regolamenti mhux biss jelenkaw id-drittijiet taċ-ċittadini kollha Ewropej, fosthom dawk il-Maltin li jkunu għexu, ħadmu u ħallsu il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali. Pero’ dawn il-provvedimenti jindikaw ċar il-proċeduri ta’ kif dawn ir-regolamenti għandhom jiġu implimentati mingħajr diskriminazzjoni. B’hekk dawk iċ-ċittadini Maltin li jiġu lura minn kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropeja, jingħataw Certificate of Entitlement li biħ għandhom dritt għall-aċċess ta’ healthcare b’xejn, kif offrut fil-pajjiż ta’ residenza (irreferi għas-sit: http://ec.europa.eu/social-security ). Huwa dejjem il-pajjiż fejn tħallsu l–aktar kontribuzzjonijiet li jibqa’ responsabbli (Stat kompetenti) u jagħmel tajjeb għall-ħlas. Mill-1 ta’ Jannar 2013, gie deċiz mill-Awtortajiet Kompetenti Malti, li Certificates of Entitlement issa ser jidbew ikunu validi għal 3 snin sabiex jitnaqqas kull inkonvenjent. Fil-każ ta’ ċittadini Maltin li jkunu għexu l-Ingilterra u jerġgħu jiġu lura, Malta ma titlobx ħlas għas-servizzi ta’ healthcare li jingħatalhom f’Malta mill-Ingilterra, b’rispett lejn il-provvedimenti tar- Reciprocal Health Agreement (RHA) imsemmi qabel.
Leg 11 PQ #37220 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li twaħħlu/ tqegħdu f'kull lokalita tas-7 distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012 , u dan mill-kunsilli lokali rispettivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #37221 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li twaħħlu/ tqegħdu f'kull lokalita tal-11-il distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012 , u dan mill-kunsilli lokali rispettivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #37222 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li twaħħlu/ tqegħdu f'kull lokalita tal-12-il distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012 , u dan mill-kunsilli lokali rispettivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

7 Distrett elettorali — Sinjali tat-traffiku u traffic calming measures

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li ġew approvati minn Transport Malta f'kull lokalità tas-7 distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Depożiti u self fil-banek Maltin u Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u kemm kien is-self mill-banek f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2010, fl-aħħar ta’ ta’ Settembru 2011, fl-aħħar ta’ Diċembru 2011, fl-aħħar ta’ Marzu, ta’ Ġunju u ta’ Settembru 2012? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Valur miżjud gross għall-prezzijiet bażiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur miżjud gross ras għal ras fi prezzijiet bażiċi kull sena mill-2010 sal-2011 f’Malta u f’Għawdex b’mod separat tal-attivitajiet (i) ta’ intermedjazzjoni finanzjarj, (ii) ta’ proprjetà immobbli, (iii) ta kiri, (iv) ta’ negozju, (v) ta’ kummerċ bl-ingrossa, (vi) ta’ kummerċ bl-imnut (vii) ta’ biedja, (viii) ta’ sajd, (ix) ta’ manufattura, (x) ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel; (xi) professjonali, xjentifiċi u tekniċi; (xii) ta’ servizzi ta’ amministrazzjoni u sapport; (xiii) amministrazzjoni pubblika; (xiii) ta’ ħidma soċjali; (xiv) ta’ arti, divertiment u rekrejazzjoni; (xv) ta’ tiswija vetturi, muturi, oġġetti personali u tad-dar; u (xvi) ta’ kostruzzjoni ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-aktar informazzjoni riċenti li jista’ jipprovdi l-Uffiċċju tal-Istatistika tinsab f’Tabella 1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-istatistika hija ppublikata fin-News Release 244/2011 maħruġa fit-22 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra.

Valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta' affarijiet ta' merċa (goods) xahar b'xahar minn April ta’ din is-sena sal-lum maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

każ ta' kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li l-kont tad-dawl u l-ilma ġieh għoli pparagunat mas-snin ta' qabel?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijent.