Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tarzna — pensjoni tal-ex ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha jidher separatament hux se tibbenefika mir-reviżjoni tal-pensjoni għall-ex ħaddiema tat-Tarzna?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha

La Vallette Multi Manager Property Fund — MFSA - Prospett Supplementari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37016, 36821 u 35705 u cioè: B’referenza għall-Prospett Supplementari viġenti tal-La Valette Multi Manager Property Fund tal-10 t’Awwissu 2010, jista’ l-Ministru jgħid lil min sewwa sew qed tipproteġi l-MFSA?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) qed tipproteġi lis-settur finanzjarju kollu f’Malta skont il-liġijiet imfassla u approvati minn dan il-Parlament. Għaldaqstant, hija timponi dawk il-multi u sanzjonijiet oħra skont il-liġi fejn issib li sar ksur tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja minn istituzzjoni li tipprovdi servizzi finanzjarji. Kien hemm ċirkostanzi, anke reċenti, fejn l-Awtorità anke rrevokat liċenzja għax sabet li min kien responsabbli mit-tmexxija ma kienx qiegħed jimxi mal-liġijiet applikabbli. Fejn issib li investitur sofra telf minħabba xi ksur tal-kundizzjonijiet tal-liċenzja, hija tuża l-poteri kollha li tagħtiha l-liġi sabiex dak l-investitur jingħata lura dak li jkun tilef, u dan is-servizz lill-investitur tagħtih mingħajr ħlas.

11-il distrett elettorali — Sinjali tat-traffiku u traffic calming measures

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li ġew approvati minn Transport Malta f'kull lokalità tal-11-il distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

12-il distrett elettorali — Sinjali tat-traffiku u traffic calming measures

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, u liema kienu s-sinjali tat-traffiku, jew traffic calming measures li ġew approvati minn Transport Malta f'kull lokalità tat-12-il distrett elettorali bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-aħħar ta' Settembru 2012?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

talbiet għal xhieda quddiem il-qrati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm talbiet għal persuni li kienu mitluba jixhdu quddiem il-qrati Malti, (matul l-ewwel sitt xhur tal-2012) u l-avviż ta' notifika ntbagħat f'xi dipartiment/Awtorità tal-Gvern, ukoll meta l-kawżi li fihom suppost ikollu jixhed dak l-individwu ma' tikkonċernax id-dipartiment li fih tintbgħat in-notifika? Billi normalment il-posta ma tasalx għand l-individwu li jkunu mħarrek imma b'mod ċentrali fid-dipartiment/awtorità konċernata, kif jiġi assigurat li tali taħrika tasal lill min tkun indirizzata?

Response (SAID, CHRIS)

B’referenza ghall-interpellazzjoni tal-Onor Membru jinghad li ma tinzamm l-ebda statistika ta’ persuni li jkunu mitluba biex jixhdu quddiem il-Qorti Civili u Tribunali Civili u n-notifika tintbaghat f’xi Dipartiment jew Awtorita’ tal-Gvern. Meta tahrika tintbaghat bil-posta din tintbaghat permezz ta’ posta registrata u l-Qorti tircievi l’ pink card li fuqha jkun hemm firma ta’ min ikun irceva t-tahrika. Meta tahrika tohrog bil-purtier, jigifieri bl-idejn, allura l-purtier jistaqsi ghal dik il-persuna u jghaddiha f’idejn il-persuna koncernata. Jekk il-persuna ma tkunx hemm din tithalla f’idejn min ikun responsabbli u jiffirma ghan-nom tal-persuna koncernata. Meta jsir hekk minn jircievi l-att u jiffirma ghalih ikun qed jerfa r-responsabilta’ li dak l-att jasal ghand il-persuna hekk imharrka.

Importazzjoni tas-siġar mill-swieq barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' persuni li huma awtorizzati li jdaħħlu fis-suq Malti siġar li ġejjin, kemm mis-suq intern tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn barra dan is-suq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li preżentement in-numru ta’ persuni li huma rreġistrati fir-Reġistru Uffiċċjali ta’ Malta sabiex ikunu jistgħu jiddaħħlu siġar fis-suq Malti jammonta għal madwar 304. Dan l-ammont jinkludi persuni li jġibu siġar kemm mis-suq intern tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn pajjiżi terzi. Ta’ min wieħed jgħid li bħalissa d-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti qed jirrevedi l-applikazzjonijiet f’dan ir-reġistru sabiex jiġi stabbilit kemm minn dawn il-persuni rreġistrati huma attivi jew le .

nefqa tat-turisti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tat-turisti barranin f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena milll-2007 sal-lum?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jippubblika, xahar b’xahar, statistika dwar in-nefqa tat-turisti matul il-mawra tagħhom fil-Gżejjer Maltin, dawn iċ-ċifri jirreferu għan-nefqa totali u ma jiddistingwux bejn in-nefqa f’Malta u dik f’Għawdew b’mod separat. Qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika totali għall-perjodu rikjest.

Kimo għall-kanċer fil-frixa

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-pazjent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kellu kanċer fil-frixa u li issa qed jistenna biex jieħu l-kimo?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant giet nviżtata mill-konsulent ikkonċernat fl-20 ta’ Settembru 2012, jiġifieri l-għada li wasslet l-istorja medika fl-isptar Boffa. It-trattament tal-kimoterapija beda fis-27 ta’ Settembru 2012.

ilment dwar sistema fid-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi solvuta l-problema fis-sistema tad-drenaġġ li hemm fil-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Koperazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet investigazzjoni fil-post u sabet blockage fis-sistema tad-drenaġġ. Dan tneħħa u sar ukoll tindif tal-katusi.

Servizzi t'Appoġġ lill-pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tas-Servizzi t'appoġġ li huma miftuħa għall-pubbliku li jeħtieġ għajnuna bla appuntament u proċeduri twal per eżempju ċentri Aċċess Qawra, Kottonera, B'Kara, Valletta? X'servizzi hemm miftuħin għall-pubbliku bla appuntament u bla proċess twil ta' referral? Għal kull servizz f'dawn iċ-ċentri aċċess, minn x'ħin sa x'ħin huma miftuħin għall-pubbliku fix-xitwa u fis-sajf? Rigward iċ-ċentri ta' Matul il-Jum għal persuni b'diżabilità, jistgħu persuni b'diżabilità jirrikorru għas-servizz f'dawn iċ-ċentri bla appuntament, meta jkollhom bżonn? Jekk hemm xi servizzi oħra ta' appoġġ fil-komunità, jista' jingħata l-istess dettalji dwarhom?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Ċentri Aċċess joffru diversi servizzi minn diversi entitajiet u Dipartimenti li wħud minnhom huma bl- appuntament u ħafna oħra huma mingħajr appuntament. Sabiex nagħti eżempju ser insemmi s-Servizzi tal- ETC li sabiex wieħed japplika għall-korsijiet ta’ taħrig b’ xejn jew jingħata lista ta’ xogħlijiet wieħed m’għandux bżonn appuntamenti. Min-naħa l-oħra s-servizzi tas-Sigurtà Soċjali huma wkoll bla appuntament sakemm wieħed ma jkunx mitlub mill-manager jew l-uffiċjali tad-dipartiment sabiex jagħmel kuntatt. Fiċ-Ċentru Aċċess tal- Birgu wieħed isib l-uffiċċju tal-Awtorità tad-Djar (liema ufiċċju se jkun qed jagħti servizzi tiegħu wkoll fil-Qawra u fl-Imsida) fejn wieħed m’għandux bżonn jagħmel appuntament sabiex jagħmel kuntatt. Isibu wkoll l-uffiċċju ta’ Smart Kids (fil-Qawra u l-Birgu) u ċ-Ċentru ta’ matul il-Jum għall-persuni b’diżabilità (fil- Birgu) li joffru servizzi tagħhom fil- Komunità. Iċ-Ċentru AĊĊESS tal-Kottonera joffri servizz ta’ ċentru ta’ matul il-jum għal madwar sittax-il persuna b’diżabilità provdut minn Aġenzija SAPPORT. Hawnekk kull klijent igawdi minn programm li hu mfassal apposta għalih b’tir li jgħin il-persuna tiżviluppa l-kapaċitajiet tagħha, tiżdied l-integrazzjoni fil-komunità, toffri rikreazzjoni xierqa lil- klijent fil-waqt li wkoll joffru ħin ta' serħan lill-familjari ta l-istess klijenti. Qabel klijent jibda jirċievi dan is-servizz, isiru preparamenti biex naċċertaw li l-programm imfassal ikun jirrifletti sew il-bżonnijiet tal- klijent partikolari. Għaldaqstant, dan is-servizz mhux possibli li jiġi offrut lill-persuni li jgħaddu saċ-ċentru mingħajr appuntament. Min-naħa l-oħra l-Aġenzija APPOĠĠ toffri diversi servizzi ta’ ħidma soċjali lill-familji u tfal li jkunu għaddejien minn każijiet soċjali li fost oħrajn jikkonċernaw problemi fil-familji, relazzjonijiet, saħħa mentali u fiżika u qagħad. Sabiex l-Aġenzija APPOĠĠ tkun tista' tilħaq iżjed lill-persuni hekk kif dawn jiltaqgħu mal-problema, u għalhekk il-problema ma tilħaqx teskala, tul dawn l-aħħar tnax-il sena l-Aġenzija APPOĠĠ qiegħda toffri s-servizz minn diversi komunitajiet fosthom: Fil- Komunità tal-Kottonera u l-Kalkara- minn Ċentru AĊĊESS Kottonera Fil- Komunità tal-Belt Valletta u l- Furjana - minn Ċentru AĊĊESS Valletta Fil- Komunità tal-Qawra u San Pawl il-Baħar minn Ċentru AĊĊESS Qawra Fil- Komunità ta’ Birkirkara U fi ftit granet ohra mill-komunità tal-Imsida minn Ċentru AĊĊESS Msida Is-servizz tal-Appoġġ offrut minn Ċentri AĊĊESS fost servizzi oħra jinkludu sevizz ta’ Social Workers għal-klijenti Drop In (klijenti li jkunu mingħajr appuntament). F'dawn is-sitwazzjonijiet normalment il-klijent ikun jista’ jibbenefika minn: · Parir professjonali immedjat, · Assistenza intensiva f każ ta’ kriżi (Bħal każ fejn individwu jispiċċa bla saqaf fuq rasu) · Referiment għal servizz ieħor (Eżempju jirreferu klijent li għandu problema minn abbuż ta sustanza, lill-Aġenzija Sedqa) · F’ Każ li l- klijent ikun jenħtieġ assistenza fit tul, dan jiġi mogħti Social Worker u jagħmel appuntament miegħu/ magħha skond l-urġenza tal- każ u r-riżorsi umani disponnibliu. Is-servizzi tal-Aċċess huma miftuħin mit-tmienja ta’ filgħodu sa tard fl-għaxija peress li kull entità jista' jkollha l- attivitajiet u laqgħat f’diversi ħinijiet anke wara l-ħin tal-uffiċċju. Għal aktar tagħrif wieħed jista' jikseb l-informazzjoni billi jżur il- website http://www.mjdf.gov.mt Aġenzija APPOĠĠ topera servizzi fil-komunità fi tliet ċentri tal-AĊĊESS fil-Cottonera, Qawra u l-Belt Valletta. L-uffiċini tal-APPOĠĠ huma miftuħin: · Fix-xitwa, cioè bejn l-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Ġunju, nhar ta' Tlieta, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn 7.30am u l-5.00pm, waqt li nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ħamis jaħdmu bejn is-7.30am u 2.30pm. · Fis-sajf, cioè , bejn is-16 ta’ Ġunju u t-30 ta Settembru, l-uffiċini huma miftuħin: t-Tlieta u l-Ħamis bejn 7.30am u l-5.00pm waqt li l-bqija tal-ġimgħa bejn 7.30am u 2.00pm. Ta’ min jgħid li jekk hemm xi kriżi, jew ikun hemm bżonn li l-ħinijiet jinbidlu f’ġimgħa partikulari ghal xi bżonn speċjali tar-residenti, il-ħaddiema għandhom flessibilità fil-ħinijiet biex jagħmlu l-almu tagħhom biex jaqdu lill-persuni li ġew bżonn is-servizz. Il-pubbliku jista' jirrikorri għall-ghajnuna f’kull ħin bejn dawn is-siegħat anke bla appuntament. Jista' jinqala' il-każ fejn il-ħaddiema soċjali ma jkunux jistgħu jaraw in-nies jekk ikunu qed jaqdu dmirijiethom barra mill-uffiċċju. Ladarba xi ħadd jiġi għall-għajnuna, il-ħaddiem li jara l-individwu jassessja s-sitwazzjoni, u x-xogħol fuq il-każ jibda skont l-urgenza tas-sitwazzjoni, kif ukoll skont in-numru ta’ każijiet li jkollhom il-ħaddiema soċjali f’dak il-mument. B’danakollu, jsir kull sforz biex in-nies ma jdumux jistennew għas-servizz. Rigward iċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għal Persuni b'Diżabilità, li jaqgħu taħt l-Aġenzija SAPPORT, persuni b'diżabilità ma jistgħux jirrikorru għas-servizz f'dawn iċ-Ċentri bla appuntament. Meta jkollhom bżonn iżda, l-istess aġenzija toffri servizz ta’ Ħidma Soċjali fejn persuni b’diżabilità li jkollhom bżonn ta’ għajnuna jistgħu jirrokorru għandha bla appuntament jew proċess twil ta’ referral . Dan is-servizz ta’ Ħidma Soċjali jkun miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07:30 sal-17:30. Fir-rigward tas-Servizzi fil-Komunità tal-istess Aġenzija bl-istess mod il-persuna b’diżabilità trid tirrikori għas-Servizzi ta' Ħidma Soċjali.

servizzi ta' appoġġ fil-komunità

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tas-servizzi ta' appoġġ li huma miftuħa għall-pubbliku li jeħtieġ għajnuna bla appuntament u bla proċeduri twal per eżempju Ċentri ta' Matul il-Jum tas-Saħħa Mentali? F'liema lokalità jinsabu? Jista' l-pubbliku b'mard mentali jew qrabathom imorru minn jeddhom għall-għajnuna u pariri bla appuntament? Minn x'ħin sa x'ħin? Rigward kliniċi tas-saħħa mentali fil-komunità, jista' l-pubbliku b'mard mentali jew qrabathom imorru minn jeddhom bla referral għall-għajnuna u pariri bla appuntament? Minn x'ħin sa x'ħin? Il-kliniċi tas-saħħa f'liema lokalità jinsabu u l-ħinijiet tal-ftuħ x'inhu? Rigward iċ-ċentri tal-anzjani ta' matul il-jum, teżisti l-faċilità li anzjani li għandhom bżonn l-għajnuna jaslu jirrikorru f'dawn iċ-ċentri għal għajnuna, informazzjoni u pariri? X'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ għal dan il-għan? Jekk hemm xi servizzi oħra ta' appoġġ fil-komunità, jista' jingħata l-istess dettalji dwarhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħsarat fil-linji ta' telephone

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ilu jirraporta ħsarat fit-telephone?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kumpaniji tat-telephones huma kumpaniji privati u għaldaqtstant mhux possibbli li tali informazzjoni tingħata mill-Gvern.

Żbalji fil-kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm xi żbalji fil-kont tad-dawl u ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Sptar Mater Dei — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa tal-manutenzjoni li jonfoq id-Dipartiment tas-Saħħa fl-Isptar Mater Dei kull xahar, u allura kemm nefaq f'manutenzjoni matul ix-xhur ta' Jannar u Awwissu xahar b'xahar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36720 Sitting 512 2012-10-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkluż id-dekasteru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant sal-aħħar ta’ Settembru 2012.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — direct order

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - MCESD: nil - MEUSAC: nil - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: nil - Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza: nil - Kummissarju ghat-Tfal: nil - Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali: nil - Dipartiment Standards ghal-Harsien Socjali: 2 direct orders bdew minn Lulju u Awissu rispettivament ghal 6 xhur u ser jithallsu b’€8.47 is-siegha. - Kummissjoni ghal Vjolenza Domestika: nil - Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil - Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali: 5 direct orders total ta’ €5,851,453 - Qrati tal-Gustizzja: 19-il direct order total ta’ €356,489.43 - Awtorita’ tad-Djar: 19-il direct order total ta’ €42,448.67 - Sigurta’ Socjali: 18-il direct order total ta’ €366,994.66

Ministeru għat-Turiżmu. l-Ambjent u l-Kultura — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta. Negozji Żgħar u Konsumatur — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.