Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tkabbir ta' tadam għall-ipproċessar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min liema lokalitajiet huma l-bdiewa li qed ikabru t-tadam għal skop ta' proċessar? Kemm hu n-numru ta' bdiewa, raħal raħal skont ir-raħal li minnhom ġejjin li ikabbru t-tadam? Kif jinqasmu skont l-irħula t-tunellati ta' tadam li ġie proċessat din is-sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #37447 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — sejħiet għal works managers

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux normali li meta kunsill lokali joħroġ sejħiet għal works managers dawk li japplikaw ma jkollhomx xi bażi ta' kwalifika qabel japplikaw? Jista' jassigura li f'każijiet bħal dawn jintalbu kwalifiċi jew esperjenzi partikolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa sta għall-Kunsill Lokali li jispeċifika u jitlob ir-rekwiżiti meħtieġa skont is-sejħa li jagħmel. Madankollu kull Kunsill Lokali huwa mistenni li f’tali sejħiet jara li l-kundizzjonijiet għandhom ikunu tali li l-persuna li tintgħażel tkun l-aktar persuna idonea u kompatibbli mas-servizz li l-Kunsill għandu bżonn.

Triq tas-Salina u Triq tal-Magħtab — rranġar ta' tappieri

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-tappieri li hemm fil-ħruġ tat-triq fejn it-Triq tal-Magħtab tgħaqqad ma Triq tas-Salina (direzzjoni Naxxar) jiġu rranġati għaliex qed jikkawżaw periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn dawn l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Għalkemm dan ix-xogħol ma jaqax taħt il-Ministeru tiegħi, ninsab infurmat li Transport Malta diġà avżat lill-Kunsill Lokali konċernat u qiegħda ssegwi s-sitwazzjoni.

Imsida — ħinijiet tat-traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-dawl (traffic lights) ħdejn il-każin Laburista tal-Imsida jiġu rranġati għal dawk li huma ħinijiet għaliex dawn l-istess lights qed jikkawżaw problemi fil-flow tat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sekwenza tal-ħin tas-sistema tad-dwal li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hija ottimiżżata u li tali sistema titħaddem manwalment mill-pulizija fil-ħinijiet kritiċi għat-traffiku filgħodu u filgħaxija.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — direct order

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36727, jista' l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar it-18-il direct order tas-Sigurtà Soċjali fejn it-total kien ta' €366,994.66? Min kienu l-kumpaniji jew individwi? X'servizz jew prodott taw u kemm kien l-ammont f'kull każ?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — reati ta' bribery

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata b'reati ta' bribery ta' uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm-il uffiċjal pubbliku li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu ġie mressaq il-Qorti akkużat b'reati ta' bribery fl-aħħar ħames snin? Jista' jgħid x'karigi kellhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Land Arbitration Board — sentenzi mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ sentenzi mogħtija mil-Land Arbitration Board xahar b’xahar minn Diċembru 2011 sa Settembru 2012? Jista’ jgħid kemm minn dawn is-sentenzi xahar b’xahar ġew appellati? X’inhu l-ammont totali li l-Land Arbitration Board ta lis-siden fis-sentenża li ġew appellati?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-ONorevoli Interpellant li minn Diċembru 2011 sa Settembru 2012 il-Land Arbitration Board ta’ sebgħa u tletin (37) sentenza kif ġej: Xahar Numru ta’ Sentenzi Numru ta’ Appelli minn dawn is-Sentenzi Diċembru 2011 2 0 Jannar 2012 1 1 Frar 2012 14 12 Marzu 2012 10 6 April 2012 0 0 Mejju 2012 1 0 Ġunju 2012 9 5 Lulju 2012 0 0 Awwissu 2012 0 0 Settembru 2012 0 0 TOTAL 37 24 Ammont Totali li l-Land Arbitration Board ta lis-sidien fis-sentenzi appellati - €2,507,509.17

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — paga ta' persuna ingaġġata fil-ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, x'kariga għandu fid-dekasteru tiegħu meta ġie ingaġġat u x'inhi l-paga tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.

Persuna li tersaq għal Legal Aid

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux leġittimu li persuna li tersaq għal Legal Aid, tintbgħat għand avukat/avukati privatament?

Response (SAID, CHRIS)

Direttorat tal-Qrati Civili u t-Tribunali B’referenza ghall-interpellanza tal-Onor. Membru biex persuna tkun assistita minn avukat tal-ghajnuna legali din ghandha tmur fl-ufficju tal-Avukat tal-Ghajnuna Legali gewwa l-Qorti, u jekk l-avukat jara li din tissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Ligi jaghmel talba lil Qorti biex tkun ammessa ghal beneficcju tal-ghajnuna legali u wara l-hrug tas-soliti bandi, l-Qorti tghaddi biex tinnomina avukat u prokuratur legali li lilhom ikun imiss it-turn biex jassistu lil din il-persuna. Direttorat tal-Qrati Kriminali u t-Tribunali Quddiem il-Qrati ta’ Gurisdizzjoni kriminali, kull persuna li tidher quddiem il-Qorti u tiddikjara li m’ghandhiex avukat u titlob lil Qorti li tahtrilha avukat sabiex jassistieha, il-Qorti hija fid-dmir li tinnomina avukat tal-Ghajnuna legali sabiex jassisti tali persuna, irrispettivament jekk din il-persuna ghandhiex mezzi jew le.

Permessi għall-bejjiegħa tal-monti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet minn bejjiegħa tal-monti sabiex il-permess tagħhom jiġi trasferit/irtirat? Kemm iħallas il-gvern filkaż li l-permess jiġi irtirat fil-Belt Valletta?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li m'hemmx talbiet minn bejjiegħa tal-Monti sabiex il-permess tagħhom jiġi trasferit/rtirat. Fil-preżent ma teżisti l-ebda skema biex permess tal-bejjiegħa tal-Monti jiġi rtirat fil-Belt Valletta.

Ħruġ tad-Direttorji tat-telefown

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-Awtorità fil-ħruġ tad-direttorji tat-telefown?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li l-entità li hi maħtura biex tippubblika id-direttorju tat-telefon f'forma stampata għadha ma pubblikatux, il-gvern iddeċieda jagħmel dan hu stess. Biex jintlahaq dan l-għan il-MITA nnotifikat l-Awtorità ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni, biex bħala fornitur tad-direttorju (Publicly available telephone directories and directory enquiry services) hi tippublika dan id-direttorju f'forma stampata. Bħalissa qegħdin fl-istadju fejn il-MITA qegħda tiġbor l-informazzjoni tal-abbonati mingħand l-operaturi kollha tat-telefonija liema operaturi għandhom l-obbligu li jipprovdu tali nformazzjoni għal dan il-għan.

Awtorità tad-Djar — ħruġ ta' skemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'każ ta' binja tal-gvern, l-Awtorità tad-Djar ħarġitx skema għal: a) tikħil; b) tiswija ta' soqfa; ċ) stallar ta' lifts filkaż ta' persuni b'diżabilità; u d) xiri ta' proprjetà fi Triq il-Kavalier u Triq il-Punent fil-Belt Valletta?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi: a) L-Awtorità tad-Djar hija responsabbli mit-tikħil tal-faċċati tal-proprjetà tal-Gvern ghalhekk ma tezisti l-ebda skema. Tali xogħlijiet isiru mill-istess Awtorità tad-Djar b) L-Awtorità tad-Djar hija responsabbli mill-istrutturi tal-proprjetà tal-Gvern għalhekk ma teżisti l-ebda skema. Tali xogħlijiet isiru mill-istess Awtorità tad-Djar c) L-Awtorità tad-Djar ghandha skema “Istallazzjoni ta’ Lifts fi Blokki/Entraturi Residenzjali li huma Proprjetà tal-Gvern”, fejn fost kundizzjonijiet oħra jkun: i. wiehed mill-applikanti jkollu diżabilità relatata ma’ mobbiltà jew problemi ta’ mobbiltà; u ii. ghall-inqas wiehed mill-applikanti jkun inwilin rikonoxxut mill-Gvern; u iii. ikun fizikament possibbli li l-lift jiġi stallat; u iv. il-blokk irid ikun ta’ tliet sulari jew akar mil-livell tat-triq; u d) Sal-lum residenzi ġewwa Triq il-Kavalier u Triq il-Punent Valletta mhux qed jiġu offruti għall-bejgħ.

Studenti li għandhom Diploma in Nursing — infermiera u carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid fost is-70 gradwat/gradwata f'Diploma in Nursing li kienu bdew il-kors fl-2009, kemm minnhom huma impjegati bħala infermiera? Kemm minnhom għandhom impjieg fi grad ta' carer?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ingaġġ tal-infermiera jsir abbażi ta’ sejħiet għall-applikazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u li l-persuni ma jiġux ingaġġati abbażi tas-sena partikolari li fiha jkunu ggradwaw. Infurmat li l-identita’ tal-gradwati li qiegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, hija informazzjoni li tinsab għand l-Università ta’ Malta u għaldaqstant l-istatistika ma tinsabx għand dan il-Ministeru.
Leg 11 PQ #37483 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Persuni mressqa l-Qorti b'reati kommessi ta' tixħim t'uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin, kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati b'reati kommessi ma tixħim t'uffiċjali pubbliċi li kienu jaqgħu taħt il-dekasteru tal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni? Jista' jgħid x'kienu l-karigi ta' dawn l-uffiċjali pubbliċi involuti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar 5 snin, cioè mill l-2008 l’hawn, kien hemm 13-il persuna li ġew imressqa quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ tixħim ta’ uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni. Dawn kienu skrivan, perit u 11 il-persuna oħra li ġew akkużati li xaħmu lill uffiċjali.
Leg 11 PQ #37484 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Tendering tal-BWSC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-allegazzjonijiet dwar il-proċess ta' tendering tal-BWSC, b'mod speċjali, iżda mhux biss, l-involviment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ġewx investigati mill-pulizija eżekuttiva jew f'inkjesta maġisterjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-pulizija qatt ma kellha xi rapport ta’ suspett ragjonevoli ta’ reat kriminali f’dan il-process. Ghandu jinghad illi dan il-kaz kien gie riferut lill-Awditur Generali ghall-investigazzjoni minn naha tieghu. Mill-investigazzjoni li ghamel l-Awditur Generali, kien irrizultalu li kien hemm diversi kazijiet ta’ nuqqasijiet amministrattivi minn naha ta’ l-Enemalta u d-Dipartiment tal-Kuntratti. F’dan ir-rapport l-Awditur Generali eleenka numru ta’ rakkomandazzjonijiet kif ghandhom isiru processi bhal dawn. Sussegwentement il-PAC iddiskuta dan ir-rapport u fl-ebda hin ma gie riferut lill-Pulizija ghall investigazzjoni minn naha taghha.
Leg 11 PQ #37485 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Intern

Membri tas-security services — xogħol ta' għassa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx membri tas-security service il jagħmlu xogħol ta' għassa u security mal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ma hemm ebda membru tas-Security Service li jagħmel xogħol ta’ għassa u security mal-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Mosta — club - estensjoni mas-servizzi edukattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura sabiex fil-Mosta, jkollu club wieħed li jkun estensjoni ma' servizzi edukattivi li diġà huma eżistenti fil-Mosta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara l-mistoqsija parlamentari nru 37486 dwar il-club li hu qed jirreferi għalih.

households li għandhom apparat fotovoltajku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-households li għandhom apparat fotovoltajku u jinsabu issa mqabbda mal-grid tal-elettriku? Qegħdin jingħataw credits fil-kontijiet tagħhom għall-kontribut li qed jagħmlu fil-grid? Jekk le, x'inhi r-raġuni għal dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

European Maritime and Fisheries Fund — vot ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li għaliha Malta vvotat kontra l-ftehim milħuq fl-24 ta’ Ottubru 2012 dwar il-European Maritime and Fisheries Fund għas-snin 2014 – 2020? X’se jkunu l-konsegwenzi għall-politika tas-sajd Maltija bl-addozzjoni ta’ dan il-ftehim bħala principled agreement?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-istqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni numru 2331 u li ġġib id-data tal-24 ta’ Ottubru 2012. Ninformah li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ din l-istqarrija.