Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema ta' Skala 5 — xogħol mhux tal-grad tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37170 u 36966 u jgħid kemm hemm persuni minn skala 5 'l fuq li huma on secondment ma' xi entità oħra u allura mhux qed jagħmlu xogħol fil-grad tagħhom? X'inhi r-raġuni għal dan is-secondment u ma' liema entità oħra qegħdin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda persuna minn skala 5 ‘il fuq li hija on secondment ma xi entita’ oħra taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur. Madanakollu hemm sitt persuni detailed mal-Awtorita ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur waqt li hemm persuna waħda li hija deployed mal-Awtorita’ dwar il-Mediċini.

Dipartiment tas-Saħħa — capacity building exercise

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pożizzjoni ad hoc ġew introdotti mid-Dipartiment tas-Saħħa u li ma kenux ikkontemplati u ppjanati mill-aħħar capacity building exercise li għamel l-istess dipartiment? Liema huma dawn il-pożizzjonijiet? X'inhuma t-terms of references ta' dawn il-pożizzjonijiet? Xi gradi u pagi qed jingħataw dawk magħżula għal dawn il-pożizzjonijiet? X'fringe benefits hemm marbuta ma' dawn il-pożizzjonijiet? Tista tingħata l-informazzjoni għal kull pożizzjoni? Għaliex l-aħħar capacity building exercise ma ħasibx għal dawn il-pożizzjonijiet li ħarġu ftit xhur wara li dan l-eżerċizzju ġie finalizzat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-esiġenzi tas-Servizz huma fluwidi u jinbidlu minn żmien għal żmien, u għaldaqstant huwa inevitabbli li f’Ministeru bħalma hu l-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jkunu mitlub approvazzjoni għal vakanzi b’mod ad hoc. Il-kundizzjonijiet marbuta ma’ dawn il-postijiet u pożizzjonijiet ikunu skont il-Ftehim Kollettiv rilevanti jew kif ikun maqbul mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru għall-Finanzi, l-Anzjani u Kura fil-Komunità. Invarjabilment, dawn il-kundizzjonijiet jidhru b’mod trasparenti meta tinħareġ sejħa għall-mili ta’ vakanzi fil-post jew pożizzjoni rilevanti.

tender għal ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha t-tender għal 11-il ambulanza li ħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti fl-20 ta' Mejju 2011 u li għalqet fil-12 ta' Lulju 2011 u li ġiet awarded fit-22 ta' Ġunju 2012? Jista' jgħid jekk l-ambulanzi wasslux u ġewx ikkonsenjati lid-Dipartiment tas-Saħħa? Jekk le għaliex? Jekk iva, għaliex mhux jintużaw?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kuntratt kien assenjat fis-7 ta’ Awwissu 2012, bl-ewwel sett ta’ erba’ (4) ambulanzi jiġu kkonsinjati sal-aħħar tas-sena 2012 u bil-konsenja tal-aħħar erba’ (4) ambulanzi tiġi mibgħuta f’Jannar 2013.

Ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ingaġġ mal-ARMS Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li erba' ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Għawdex mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdin litteralment jiġu mġiegħla jmorru jaħdmu mal-kumpanija ARMS Ltd.? X'inhi r-raġuni li dawn l-istess ħaddiema qegħdin jiġu infourmati li jekk ma jaċċettawx li jmorru jaħdmu mal-ARMS Ltd, huma se jiġu trasferiti biex jaħdmu Malta mal-istess korporazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li ix-xogħol li kienu jagħmlu l-ħaddiema kkonċernati f’Għawdex mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma huwa relatat max-xogħol li issa sar parti mill-funzjonijiet tal-Arms. Bħal ma sar f’Malta l-ħaddiema ġew kollha trasferiti mal-Arms. Dan sar bi qbil mal-Union li tirrapreżenta il-ħaddiema.

Estensjoni tal-powerstation — data ta' meta tkun lesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-kuntratt tal-BWSC f'liema data suppost tkun lesta in full working order l-estensjoni tal-powerstation? F'liema data suppost isir il-pagament finali lill-BWSC tax-xogħol tagħha fuq dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #37324 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nazzjonalità tal-ajruplani li qed iduru fuq Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ta' liema nazzjon huma l-ajruplani tal-gwerra li kienu jduru fuq Malta f'dawn l-aħħar jiem u għalfejn kienu qed jagħmlu dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

talbiet għal maħfra presidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm hemm talbiet għal mahfra presidenzjali u kemm minnhom għadhom pendenti? Jista' jgħid kemm intlaqgħu u għal kemm minnhom indaħal direttament il-kabinett?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li talbiet ghal mahfra fuq każi ta' droga jiġu riferuti lill-Kabinet. TALBIET GĦALL-MAĦFRA TALBIET MILQUGĦA 2008 163 7 2009 138 8 2010 61 13 2011 71 12 2012 72 3 sa l-24 ta’ Ottubru 2012 Total 505 43 TALBIET PENDENTI: 57
Leg 11 PQ #37329 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

talbiet għal maħfra presidenzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm hemm talbiet għal maħfra presidenzjali u kemm minnhom għadhom pendenti? Jista' jgħid kemm intlaqgħu u għal kemm minnhom indaħal direttament il-kabinett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija parlamentari numru 37328.

Qorti tal-Appell Kriminali — sentenzi ta' priġunerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi ta' priġunerija effettiva matul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom ġew ikkonfermati fil-Qorti tal-Appell Kriminali imħallef b'imhallef jew imnaqqasa imma baqgħet piena ta' ħabs effettiva?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dan l-aħħar ħames snin mill-Qrati tal-Maġistrati, Ġudikatura Kriminali inghataw 1518-il sentenza ta’ ħabs effettiva li ma jinkludux dawk is-sentenzi li minnhom ikun sar appell stante li f’każijiet bħal dawn l-esekuzzjoni tas’sentenzi jiġi sospiż. Mill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali u mill-Qorti Kriminali, għall-istess żmien ingħataw 597 sentenza ta’ ħabs effettiva. Rigward l-ahhar parti tad-domanda, tali statistika ma tinżammx.

Community Inclusive Employment Scheme

Question

Tista' l-Ministru tispjega għaliex l-iskema Community Inclusive Employment Scheme (CIES) ħarġet biss għal dawk il-persuni b'diżabilità li jkunu qed jirreġistraw full-time u ma kenitx miftuħa wkoll għal dawk il-persuni b'diżabilità li jkunu qed jirreġistraw part-time, meta l-kunsilli lokali li se jkunu jaħdmu magħhom jistgħu jimpjegawhom ukoll reduced hours?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għan tal-iskema Community Inclusive Employment Scheme (CIES) huwa dak li persuni li għandhom xi forma ta’ diżabilità u li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol jkollhom l-opportunità li jiġu mpjegati mill-Kunsilli Lokali. B’hekk, din l-iskema tnaqqas l-inugwaljanza billi tagħti ċans lil dawn il-persuni b'diżabilità jegħlbu problemi li jiltaqgħu magħhom meta jfittxu mpjieg. Bħal ħafna skemi oħra, il-CIES tistipula numru ta’ kriterji ta' eliġibilità, fosthom, li dawk eliġibbli jridu jkunu persuni b'diżabilità u li jkunu ilhom jirreġistraw mall-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) minn ta’ l-inqas sitt (6) xhur, fuq l-Ewwel Parti jew it-Tieni Parti tar-reġistru ta’ l-ETC. Fost dawn hemm numru ta’ nies li qegħdin jirreġistraw għal xogħol full-time kif ukoll part-time . Dan jiġifieri li meta jkunu qegħdin jirreġistraw fuq l-Ewwel Parti jkunu wrew ukoll ix-xewqa li jintbagħtu għal xogħol part-time . Għaldaqstant, meta l-Kunsilli jixtiequ jħaddmu persuna fuq siegħat li huma reduced jew part-time , l-ETC ittella lista ta’ nies li huma fuq l-Ewwel Parti, u li pero jkunu wrew l-interess għal xogħol part-time ukoll. Il-kriterji tal-CIES ġew stabbiliti sabiex niffaċilitaw it-tqabbil u t-trasferiment ta’ persuni lejn impjiegi taħt din l-iskema b’mod iktar trasparenti. Għaldaqstant dawn il-kriterji ġew ibbażati ukoll fuq il-liġi ta’ l-ETC (cap. 343, 13) fejn tgħid li: ...meta tirreferi persuna għal impieg, il-Korporazzjoni għandha, kemm il-darba ma jiġix stabbilit xort ’oħra, tagħti preferenza lill-persuni reġistrati fl-Ewwel Taqsima fuq dawk reġistrati f’xi Taqsima oħra tar-Reġistru. Importanti li nsemmu wkoll, li skond il-liġi, xogħol fuq reduced hours huwa meqjus bħala tip ta’ xogħol full-time b’arranġament ta’ siegħat u mhux bħala xogħol part-time kif kwotat fuq il-websajt tad-DIER li tgħid : Impjieg full-time b’sigħat imnaqqsa huwa impjieg li fir-rigward tiegħu jkunu pagabbli kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u meta impjegat jiftiehem u jaqbel mal-prinċipal biex jaħdem sigħat anqas minn da wk maħduma minn impjegat full-time komparabbli. F’dawn il-każijiet, il-liġi tgħid li l-paga u intitolamenti oħra jridu jingħataw fuq bażi pro-rata, jiġifieri, proporzjonalment. Qabel ma wieħed jilħaq dan il-ftehim, wieħed irid jistabbilixxi minn qabel il-k ondizzjonijiet tax-xogħol applikabbli f’impjieg full-time.
Leg 11 PQ #37332 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Konferenza Stampa tal-OLAF — ġurnalisti mibgħuta

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għall-Konferenza Stampa tal-OLAF fi Brussels (17 t'Ottubru 2012) il-Public Broadcasting Servises bagħtetx ġurnalisti tagħha? Tista' tgħid, fl-istess każ, għaliex il-mistoqsijiet saru minn ġurnalista ta' kumpanija privata li qal li qiegħed hemm f'isem TVM? Tikkonferma li dan il-ġurnalista kellu rwol ta' korrispondent tal-Public Broadcasting Services?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kien qiegħed jagħmel il-mistoqsijiet għall-programm Bondi+ li jintwera fuq l-istazzjon tal-PBS. Bħal Producers/Preżentaturi kollha li jipproduċu programmi għall-istazzjonijiet tal-PBS dawn jirrappreżentaw l-istazzjonijiet tal-PBS.

talba għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatamet, li tgħix f'garaxx tieħu post tal-gvern?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel referenza għar-risposta mogħtija f’mistoqsija parlamentari 35911 tat-22 ta’Ġunju, 2012 seduta 498.

Għawdex — Imġarr - Triq Martinu Garces - bini ta' kamra għall-eletrical switch gears

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-proġett li qiegħed isir fi Triq Martinu Garces, (quddiem l-slip way) fl-Imġarr Għawdex qed tinbena kamra li hi akbar minn normal fejn fiha se jitpoġġa sempliċement eletrical switch gears u pompa tad-drenaġġ, liema kamra apparti li fejn se tinbena se tkun eyesorese tkun ta' inkonvenjent kbir għan-numru ta' residenti li għandhom il-boathouses hemm? Ma jidhirlux li din se tkun ħafna aktar minn dak meħtieġ għal sempliċi switch gears u pompa tad-drenaġġ u li setgħet faċilment tinbena f'post aktar adatt minn dak fejn ippjanat jew li tinbena anki taħt l-art? Jista' jikkonferma li din il-kamra kif se tinbena qatt ma kienet murija, fl-ebda leaflet, dwar dan il-proġett li intbgħatu fid-djar tan-nies?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat ill dan il-proġett huwa parti miż-“Żewwieqa Rehabilitation Project” li qed isir mal-Ministeru ta’ Għawdex. Il-fossa qed issir taħt it-triq filwaqt li il-kamra fuq l-art hija għal-kontrol ta’ din il-“pumping station”. Il-kamra hija żgħir u hija parti mill-pjanijiet annessi mad-disinn, bil-permessi meħtieġa tal-Mepa u Transport Malta.

Enemalta — digital meters mhux kompatibbli mal-Smart Meter System

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta xtratx digital meters li mhumiex kompatibbli mal-ismart meter system? Jekk iva, kemm minn dawn il-meters inxtraw? Kemm swew flus? X'se jsir minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni Enemalta ma xtrat ebda digital meters li m’humiex kompatibbli mal-ismart meter system wara li ġie ffirmat il-kuntratt tal-IUBS mal-kumpanija IBM.

Fleur-de-Lys — pelican lights ħdejn roundabout mhux mixewgħla

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pelican lights ħdejn ir-roundabout ta' Fleur-de-Lys għadhom ma nxtelgħux? Jekk jilħqu jinxtegħlu sakemm tkun imwieġba din il-mistoqsija, jista' jgħid għaliex dan id-dewmien kollu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li min-naħa ta’ Transport Malta sar ix-xogħol infrastrutturali meħtieġ biex din il-pelican crossing titħaddem, pero' jonqos xi trinek li jridu jsiru minn enti oħra biex jitwassal l-elettriku fuq il-post. Peress li l-enti konċernata ma' taqax taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #37337 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — gradi maniġerjali

Question

Tista’ l-Ministru tindika kemm kien hemm persuni li ġew ingaġġati fuq bażi full-time fl-aħħar ħames xhur fi gradi maniġerjali, (senior jew junior managers) fil-Public Broadcasting Services? Tista’ tgħid jekk dawn għandhomx perjodu ta' probation? Dawn ingħataw impjieg full-time għal perjodu indefenit jew inkella fuq bażi ta' kuntratt? Għandhom xi klawsoli differenti minn dawk li għandhom persuni oħra fl-iskala tal-managment fil-PBS u jekk iva, x’inhuma l-kundizzjonijiet differenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

F’dawn l-aħħar ħames xhur fil-PBS ġew impjegati 3 persuni fi gradi Maniġerjali. It-tlett persuni huma impjegati full time u kollha għandhom probation period. Persuna waħda hija impjegata full time fuq kuntratt definit għal 3 snin u 2 persuni impjegati full time fuq bażi indefinit. Dawn m’għandhomx kundizzjonijiet differenti u l-impjiegi saru skont is-sejħa oriġinali.
Leg 11 PQ #37338 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — work force

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hija l-work force tal-Public Broadcasting Services illum il-ġurnata bejn dawk li huma full -timers, dawk part-timers u kontributuri u tindika dawn skont il-kategoriji msemmija? Tista tgħid l-impjegati full-timers f’liema grad jinsabu? Tista’ tgħid kemm kien hemm impjegati fl-istess gradi ta' full-timers jew fi gradi simili fil-Public Broadcasting Services qabel ma' saret ir-riforma fl-istess kumpanija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

managers fuq special leave

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fi grad ta' manager fis-sezzjonijiet tad-dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, li jinsabu fuq special leave għal perjodu ta' sena jew aktar? Jista’ jgħid fl-liema sezzjonijiet jinsabu dawn il-persuni u jekk il-kariga taghhom hux se timtela’ minn persuna oħra bl-istess kundizzjonijiet tax-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Fid-Dipartimenti fi ħdan dan il-Ministeru kien hemm persuna waħda fil-grad ta’ Manager fis-sezzjoni tal-Animal Welfare li ħadet Career Break ta’ sena. Il-kuntratt ta’ din il-persuna għadu ma ġiex imġedded meta għalaq.
Leg 11 PQ #37340 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

question regarding ID cards

Question

Could the Prim Minister please clarify whether it is the policy of the Malta Government to subject European Union nationals registered in Malta as long term residents with a Malta issued ID card stating residence, to higher utility charges than for Maltese nationals (via ARMS Ltd.)? Why is their ID card not accepted as proof of residence in line with the practice for Maltese nationals? Does the same policy equally apply to public transport (via Arriva)? Does not such a policy contravene EU rules covering equal treatment for all EU nationals in all member states? Did the European Commission decide on 27 September 2012 to send a letter of formal notice to Malta for incorrect application of the Free Movement Directive?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.