Gżira Home — Raġunijiet tal-għeluq ta' dar tal-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux se tingħalaq id-dar residenzjali tal-anzjani tal-Gżira? F'każ li se tingħalaq, jista' jagħti r-raġunijiet għala se tingħalaq? Jista' jgħid fejn se jmorru l-anzjani li hemm sal-lum f'din id-dar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37168.
Dipartiment tas-Servizzi Soċjali — interview għal grad ta' District Manager
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-interview għal grad ta' District Manager fid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali li sar f'Settembru 2012 fejn kienu ġew magħżula erba' persuni kienx hemm xi membru tal-bord li kellu xi forma ta' konflitt ta' interess? Huwa minnu li wieħed mill-membri tal-bord tal-għażla jaf sew lil wieħed mill-magħżula tant li kien jaħdem fl-uffiċċju tiegħu u saħansitra kien xhud fit-tieġ tiegħu?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Ononorevoli Interpellant li għal pożizzjoni ta' District Managers ġew magħżula 16-il persuna. Ninfurmah ukoll li tali proċess ta' għażla huwa regolat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36984 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Jannar u Awwissu 2012 ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36983 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Settembru u Diċembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li tgħix fis-swar ta' Bormla?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikant in kwestjoni hija kkanċellata peress li minn spezzjonijiet li saru mill-Awtorita’ tad-Djar kien evidenti li l-applikant ma’ joqgħodx fil-post minn fejn qed japplika. Infatti l-kmamar kollha li hemm fl-akkwata huma msakkrin bil-katnazzi u fihom jin¿ammu tjur u animali oħra.
Kariga tas-Segretarju tal-Kabinett — contract of service u letters of appointment
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Contract of Service u l-Letters of Appointment rispettivament tas-Segretarju Permanenti Ewlieni li jokkupa ukoll il-kariga ta' Segretarju tal-Kabinett u jgħid x'jitħallas preċiżament annwalment għaż-żewġ karigi li jokkupa filwaqt li jqiegħed kopja tal-aħħar payslip maħruġa favur l-istess persuna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tal-pakkett tas-salarju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni għas-sena 2012 u ukoll id-dokumenti l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta University Holding Company — Contracts of Service u Letter of Appointment
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Contracts of Service u Letter of Appointment tal-persuna li fl-aħħar ġimgħat inħatret Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta University Holding Company li hi l-id kummerċjali tal-Università ta' Malta wara tluq tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kuntratt li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant għadu qed jiġi nnegozjat u se jkun iffinalizzat fi żmien qrib.
Korp tal-Pulizija — Ġiżirana tad-deheb ta' persuna li kienet arrestata
Question
Jista' l-Prim Ministru jitlob spjega u tweġiba ċara mill-Korp tal-Pulizija rigward x'sar minnha l-ġiżirana tad-deheb li kien liebes il-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħata separatament nhar it-8 u d-9 ta' April 2008 sakemm kien miżmum arrestat fil-kwartieri tal-pulizija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ma elevat l-ebda ġiżirana mingħand il-persuna indikata meta din kienet arrestata ġewwa d-Depot tal-Pulizija. Ninsab infurmat li fit-18 ta’ Diċembru 2008 brazzuletta (mhux ġiżirana) ta’ din il-persuna ġiet mgħoddija mill-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei lill-familja tan-next of kin.
Air Malta — persuna li kienet g·amlet frodi fl-uffi··ju tal-Air Malta f'Londra
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kien l-impjegat tal-Air Malta li fis-snin 1992 u 1993 instab ħati li ffroda lill-Air Malta waqt li kien jaħdem fl-uffiċċju tagħha f'Londra? Jista' jgħid x'kienet is-somma li ffroda lill-Air Malta u x'passi ttieħdu mill-Air Malta kontra tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna konċernata nqabbdet li ħadet GBP 50,000. L-Airmalta sussegwentament itterminat l-impjieg ta’ din il-persuna. Minħabba raġunijiet ta’ konfidenzjalita’, l-isem tal-persuna mhux qed jingħata.
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien hemm każijiet ta' twelid ta' triplets? Kemm minn dawn it-trabi jirriżulta li:
a) mietu; u
b) twieldu b'cerebral palsy?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li f'dawn l-aħħar ħames snin (2007-2011), kien hemm 21 każ ta' twelid ta' triplets li minnhom twieldu 63 tarbija.
Min dawn il-63 tarbija, waħda kienet
still-birth
u 4 mietu fl-ewwel xahar tal-ħajja. Erbgħa minn dawn it-
triplets
huma ikkonfermati li għandhom
cerebral palsy
.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li ħmisatx ilu l-għalliema tal-ewwel sena tal-primarja ġew infurmati biex jużaw is-sillabu l-antik flokk il-ġdid? X'ġara? Is-sillabu l-ġdid lest? Il-kotba l-ġodda li suppost imorru miegħu lesti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tgħix f'post ikkundat?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat biex tbiddel nhar id-9 t’Awwissu, 2012 u l-ispezzjoni se ssir fil-ġimgħat li ġejjin. L-Awtorita’ tad-Djar prezentament għandha 332 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni soċjali minn persuni li joqogħdu ġo post tal-Gvern u li għamlu t-talba tagħhom biex ibiddlu l-post tagħhom.
Mellieħa — Skola Primarja Marija Bambina - nuqqas ta' trasport
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li għat-tfal li jattendu l-iskola Primarja Marija bambina tal-Mellieħa hemm nuqqas ta' trasport bil-konsegwenza li dawn qegħdin idumu ħin twil sa ma jirritornaw lura d-dar? Tista' tara li dawn l-ilmenti jiġ indirizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-Erbgħa 17 ta’ Ottubru 2012, bdew jintużaw żewġ vetturi separati sabiex it-tfal ma jdumux ma jaslu lura d-dar. Għalhekk, il-problema li kien hemm kienet indirizzata.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-post alternattiv quddiem l-Awtorità tad-Djar peress li dan il-fond hemm biss żewġt ikmamar tas-sodda u jgħixu fih 5 persuni?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni giet tammenda l-applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is- 16 t’Awwissu, 2012 u l-applikazzjoni ġiet pproċessata mall-applikazzjonijiet l-oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid sakemm se jmorru lura l-arretrati dovuti skont il-collective agreement il-ġdid għas-suldati tal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar reviżjoni tas-salarji tas-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.
Dak inhar, bl-eċċezzjoni tal-Commander u d-Deputy Commander, kull membru fil-Forza ibbenifika minn din ir-reviżjoni billi ttela fuq skala jew tnejn għola tas-salarju skont il-grad li kellu.
Bis-saħħa tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema fis-servizz pubbliku li ġie ffirmat fil-15 t’Ottubru 2012 il-membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta ser jibbenefikaw minn reviżjoni fis-salarji applikabbli tagħhom skont l-iskala li jinsabu fiha.
L-arretrati dovuti b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012 sa, u inkluż, is-6 t’Ottubru 2012 ser jitħallsu fit-12–il pagament fl-1ta’ Diċembru 2012.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36722 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta għadha ma ħaditx azzjoni dwar il-periklu li hemm fit-trejqa fl-area magħrufa bħala ta' Parak fil-limiti tas-Siġġiewi, liema trejqa saritilha ħsarat kbar bil-maltemp ta' dan l-aħħar, iżda aktar u aktar minħabba vettura li waqqgħet il-ħajt li jżomm din l-istess trejqa u li minkejja li residenti ġibdu l-attenzjoni tal-kunsill lokali, l-istess uffiċjali tal-kunsill lokali tas-Siġġiewi, infurmaw lil dawn ir-residenti li hija Transport Malta, fir-responsabilità li tieħu l-azzjoni għat-tiswijiet urġenti li jinħtieġu jsiru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Orthotic and Prostethic Unit — investigazzjoni minn espert
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' inkjesta li sar mill-espert barrani li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ġie mqabbad mill-istess Ministeru , is-sena li għaddiet, sabiex jinvestiga l-operat tal-Orthotic and Prostethic Unit? Jista' jgħid x'ġie implimentat mill-konkluzjonijiet ta' dan ir-rapport ta' inkjesta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Espert barrani li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien ikkummissjonat biex jagħmel review u mhux inkjesta, tal-Prosthetic u l-Orthotic Unit. Diversi rakkomandazzjonijiet kienu implimentati:
· Taħrig u impjieg ta’ Prosthetic/Orthotic Technicians. Dawn ġew imħarrġa kemm barra minn Malta u minn barranin li jiġu hawn.
· Żewg Podiatrists bdew xogħol fl-OPU - issa jaħdmu ħames t’jiem fil-ġimgħa, u ieħor darba jew darbtejn.
· Bdiet tinżamm dokumentazzjoni fuq il-pazjenti kollha - kemm bil-miktub kif ukoll f'forma elettronika.
· Impjieg ta’ Chief Prosthetist/Orthotist li għandu rwol kemm kliniku kif ukoll amministrattiv.
· Involviment ta’ tim multidixxiplinarju li jinvolvi Podiatrists, physiotherapists u Occupational Therapists u taħriġ għal dawn in-nies.
· Jingħata servizz lill-pazjenti f'Mater Dei u istituzzjonijiet oħra skond il-bżonn.
· Stħarrig fuq is-sodisfazzjon tal-pazjenti.
· Reviżjoni tal-kuntratti mal-kumpaniji barranin li jagħtu servizz fl-Orthotics u Prosthetics Unit.
· Kuntatt regolari ma’ grupp tal-appoġġ tal-pazjenti.
Jekk l-Onor. Interpellant qed tirreferi għal rapport ta’ xi inkjesta partikolari, nitloba tidentfika dan ir-rapport.