Legislature:
Category:
Reset
Active:

tibdil ta' professur

Question

Jista' l-Ministru jgħid taħt liema professur qiegħed l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jrid jagħmel operazzjoni tal-irkoppa peress li nbidel u ma jafx min hu l-professur il-ġdid?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qiegħed taħt is-Sur Thomas Azzopardi.

talba biex persuna tidħol f'dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li hemm bżonn li tidħol f'dar tal-anzjani għar-raġuni li l-kundizzjoni tagħha ggravat u r-raġel tagħha qed isibha diffiċli biex idur biha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant dehret quddiem il-Bord tal-Ammissjoni nhar il-Ħamis 4 ta’ Ottubru 2012, fejn ġiet approvata biex tidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul. B’hekk din l-applikazzjoni tqiegħdet fil-lista ta’ stennija għad-dħul ta’ San Vinċenz.

Fgura — problema ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li tissolva l-problema fi Triq ir-Rihan ma' Żabbar Road Fgura peress li meta għamlet l-ewwel xita kien hemm problema kbra ta' ilmijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma investigat dan il-każ u sabet sadd fis-sistema tad-drenaġġ. Dan ġie miftuħ u sar tindif tal-mejn.

distributuri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati mad-distributuri tal-gass fejn issa daħlu kumpaniji oħrajn peress li d-29 distributor se jieħdu kumpens tal-liċenzja li ħadulhom u issa lil dawn tilfu l-monopolju u kellhom kuntratt indefinit li kien sar 1992? Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw kumpens jekk se jingħataw u jekk se jingħataw kemm huwa l-ħlas? X'inhuwa l-futur tad-29 distributur meta issa daħlu kumpaniji ġodda? L-Unjoni Ewropea se tagħti kumpens lill min bata minħabba s-suq ħieles? Hemm kumpaniji oħra li talbu lill-gvern li jqassum u jbiegħu ċilindi? Jekk iva, kemm kienu u x' inhi l-policy tal-gvern għal-liċenzji ġodda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Għalkemm il-Gvern iltaqa’ diversi drabi mad-distributuri tal-gass, ir-risposti għal dawn il-mistoqsijiet jiddependu fuq opinjoni li għadha trid toħrog l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur wara li kien sar ilment dwar is-sistema tal-liċenzjar tad-distribuzzjoni. L-awtorità ma taqax taħt id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.

ilment dwar tappiera tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi solvuta l-problema tal-ħsejjes li qed tagħmel tappira tad-drenaġġ, li d-dettalji dwarha qed jinbtagħtu separatament, għax għalkemm il-kunsill għamel rapport, xorta waħda għadu ma sar xejn?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma ħadet ħsieb dan l-inkonvenjent, fejn sar rimedju sabiex it-tappiera ma tibqax tħabbat.

sentenzi riferuti għand l-Avukat Ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet kriminali li ġew rreferuti mill-Avukat Ġenerali lil Qorti tal-Appell f’dawn l-aħħar ħames snin minħabba li s-sentenzi mogħtija dehru li ma kenux ġusti? Kemm minn dawn il-każijiet is-sentenzi tagħhom ġew mibdula u ngħataw sentenzi aktar ħorox? Dwar xiex kienu dawn is-sentenzi?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istatika li tinzamm mill-Ufficju tal-Avukat Generali hi dwar in-numru ta’ appelli li jsiru minn decizjonijiet tal-Qrati tal-Magistrati. Ghal dak li jirrigwarda kazijiet kriminali, l-Avukat Generali jista’ jappella biss minn sentenzi tal-Qorti tal-Magistrati, u m’ghandux dritt ta’ appell minn sentenzi tal-Qorti Kriminali, fosthom gurijiet. F'dawn il-Kazijiet jista’ jsir appell mill-Avukat Generali fuq numru limitat ta’ aggravji, fosthom dwar li s-sentenza li tkun inghatat ma tkunx fil-parametri tal-ligi. Ma tinzammx statistika a bazi ta’ liema aggravju jew aggravji jkun sar l-appell. Lanqas ma tinzamm statistika dwar in-numru ta’ sentenzi li jkunu gew riformati jew revokati fl-istadju ta’ l-appell. In-numru ta’ appelli li saru sena b’sena huma divizi f’zewg kategoriji. Dawk li jkunu saru ai termini tal-artikolu 392A(1) tal-Kodici Kriminali u cioe’ wara li l-imputat ikun ammetta l-akkuzi migjuba kontra tieghu, u l-kumplament li huma appelli li jkunu saru mill-Avukat Generali meta l-imputat ma jkunx ammetta u l-Qorti tal-Magistrati tkun tat sentenza wara li tkun semghet il-provi. L-appelli mill-Avukat Generali jsiru wara li l-Pulizija tkun dahhlet nota tal-appell ghax ma tkunx taqbel mas-sentenza mghotija. 2008 Artikolu 392A: 10 Nota mill-Pulizija: 68 2009 Artikolu 392A: 19 Nota mill-Pulizija: 70 2010 Artikolu 392A: 9 Nota mill-Pulizija: 96 2011 Artikolu 392A: 14 Nota mill-Pulizija: 109 2012 Artikolu 392A: 4 Nota mill-Pulizija: 68
Leg 11 PQ #37022 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Inċidenti fuq Rotta X4

Question

Fid-dawl tal-inċidenti fuq rotta X4 fejn ix-xufiera qed jiġu mheddha u saħansitra msawta, jista' l-Prim Ministru jara li jkun hemm pulizija fuq din ir-rotta sabiex tinżamm aktar l-ordni u jieqfu l-attaki inġusti fuq ix-xufiera tal-Arriva? Jista' jikkunsidra ukoll miżuri oħra sabiex ix-xufiera jkunu mħarsa aħjar mill-vjolenza? Jekk fl-affermattiv meta ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-pulizija kellha rapport dwar inċident li seħħ nhar id-9 ta’ Ottubru 2012 għall xi 6.45pm, fejn waqt li xarabank ta’ l-Arriva fuq rotta X4 kienet wieqfa f’Misrah is-Summit, Birżebbuġia, raġel ta’ nazzjonalita barranija kien mar quddiem ix-xarabank, għawweġ il-wipers u kkaġuna ħsara anke fuq il-windscreen. Wara dan ir-raġel kisser ukoll xi ħġieġ ta’ bar fil-viċin. Ix-xufier niżel mix-xarabank sabiex iżomm lil dan ir-raġel, li imbgħad ħebb għax-xufier. Dan ir-raġel kien ġie arrestat mil-Pulizija u tressaq ukoll quddiem il-Qorti, fejn huwa ammetta l-akkużi u ġie s-sentenzjat sentejn priġunerja sospiżi għal erba’ snin kif ukoll kien ordnat li jagħmel tajjeb għall ħsara li kkaġuna. Barra minn dan għandu jingħad ukoll illi l-pulizija tagħmel diversi rondi fit-toroq prinċipali kemm permezz tat-Taqsima tat-Traffiku kif ukoll ta’ l-Iskwadra Mobbli, li jagħtu kull assistenza kif ikun meħtieġ.

Ħaddiema mħarrġa fil-ħiliet u sengħa ta' riabilitazzjoni tal-widien

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' ħaddiema li tħarrġu fil-ħiliet/sengħa ta' kif iwettqu x-xogħol ta' riabilitazzjoni tal-widien fil-gżejjer tagħna? Min kienu l-persuni responsabbli minn dan l-ippjannar mill-2004 'il quddiem? X'kwalifiki għandhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-livelli tal-ħaddiema involuti fit-twettieq ta’ xogħol ta' riabilitazzjoni tal-widien jinfirex minn dak professjonali għal dak manwali/arteġjanali, it-taħriġ ta’ fil-ħiliet/sengħa bl-istess mod jinvolvi min livelli terzjarji għal dak fuq il-post tax-xogħol. Hemm diversi organizazzjonijiet u entitajiet li fuq inizjattivi indipendenti mill-gvern offrew taħriġ relevanti u għaldaqstant dan il-Ministeru m’għandux l-informazzjoni sħiħa mitluba fuq livell nazzjonali. Minħaba l-oħra ninformah li s-sezzjoni fi ħdan dan il-Ministeru li twettaq xogħol ta’ riabilitazzjoni tal-widien tinkludi żewġ periti, ħames uffiċjali tekniċi u tmintax-il ħaddiem industrijali , u li dawn il-ħaddiema ilhom għal numru ta’ snin jaħdmu fuq xogħlijiet relatati mal-widien u li matul is-snin kisbu t-taħriġ u l-esperjenza meħtieġa (on the job trainig) biex ikunu jistgħu jwettqu dan ix-xogħol. Niġbidlu l-attenzjoni li x-xogħol kollu jsir minn din is-sezzjoni jsir kollu skont method statement li jkun maqbul mal-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar.

Sptar St Philips — ħlas ta' pagi u arretrati lill-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma kemm kienu daħlu rapporti fi snin imgħoddijja mingħand ħaddiema tal-Isptar St. Philips dwar dewmien fil-ħlas tal-pagi u arretrati dovuti lilhom? Id-Dipartiment tax-Xogħol qattx investiga f’xi żmien jew ieħor rapporti li qabel għalaq l-isptar għadd ta’ ħaddiema kienu ġew offruti bħala pagamenti in full and final settlement li kienu ferm anqas mill-ammonti dovuti lilhom iżda li uħud minnhom aċċettaw biex ma jinqabdux fil-manglu tal-proċeduri legali li kienu ngħataw x’jifhmu li setgħu tawlu mhux ħażin?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li skond ir-records tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg, jirrizulta li mis-sena 2008 l’hawn gew registrati u investigati 36 kazi ta’ impjegati li kienu dovuti pagi. Minn dawn il-kazi 28 gew riferuti l-qorti filwaqt li 8 kazi ohra gew maghluqa qabel setghu jitressqu l-qorti peress li l-partijiet kienu lahqu ftehim bonarju dwar is-somma tal-paga dovuta.

siġar li jinqalgħu minn postijiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta jinqalgħu s-siġar f’postijiet pubbliċi min qed jiżgura li fejn ma jsirx replanting, l-injam qed jintuża għal ħruq biss?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Siġar kollha taħt ir-responsabilità tal-Malta Embellishment and Landscaping Project (Arterial roads u ġonna pubbliċi taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali) li jinqalgħu mill-kuntratur tagħna, ELC, jittieħdu fil-mixtla tagħhom fejn jiġu pproċesati f’fire wood, jew shredded biex jiġi użat bħala mulch. Ta’ min jinnota li fejn ikun hemm kuntratturi li jaġixxu f’ isem Kunsill Lokali, l-MELP m’ għandhiex informazzjoni x’ jiġri.

siġar miżrugħin

Question

Billi dan l-aħħar il-gvern qal li nżergħu madwar 115,000 siġra, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom għadhom ħajjin illum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fin-normalità r-rata ta’ success ta’ tħawwil tas-siġar ġodda hija ta’ bejn 80 u 90 fil-mija. Jien infurmat li dawk is-siġar li jew minħabba vandalizmu, jew kundizzjonijiet ta’ temp/riħ, jew xi raġuni oħra ma jirnexxux, jerġghu jiġu mħawwla siġar oħra minflokhom.

Għawdex — siġar miżrugħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mid-93,500 siġra, shrubs u pjanti miżrugħa ġewwa Għawdex skont dikjarazzjoni tal-gvern huma attwalment indiġeni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq il-Mistoqsija lill-Onorevoli Ministru għal Għawdex.

MEPA — siġar protetti

Question

Billi l-gvern spiss qed jgħid li certi siġar m'għandhomx bżonn permess tal-Aworità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax mhux kollha huma speċi protetti, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jikkunsidrax li joħroġ emergency legal notice li tiddikjara s-siġar kollha f’żoni urbani bħala protetti sakemm ma jkunux aljeni taħt skeda numru tlieta, sakemm l-awtorità ma toħroġx permess hi nnifisha għat-tneħħija tagħhom b’element ta' planning gains ġo fihom permess tal-planting ta' siġar indiġeni minflokhom u dan għaliex huwa mifhum li l-awtorità faslet legal notice li tħalli ħafna siġar f’żoni urbani mhux protetti?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

tibdil ta' siġar

Question

Billi l-gvern stqarr li ċerti siġar ġew mibdula ma' mature quercus tress li huma ta’ oriġini Maltija, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn huma siġar maturi tal-ballut li kibru minn native oak trees jew inkella kienx hemm fosthom li ġew impurtati minn barra?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — xiri ta' shredders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw shredders mill-Ministeru matul is-snin 2011 u 2012?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #37093 Sitting 514 2012-10-29 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — xiri ta' shredders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw shredders mill-Ministeru matul is-snin 2011 u 2012?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

MRA — konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili - tankijiet tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.