Legislature:
Category:
Reset
Active:

Permess tal-MCP Car Park

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36777 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-MCP Car Park PA 3474/93?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

areas li ddaħħlu fl-iskemi tal-bini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36769 u 36576 u jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fl-iskemi tal-bini permezz tan-nationalization sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema mod ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra llum?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba

Qasam tas-Saħħa — listi ta' stennija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36960 u 36511 u jgħid kemm hemm listi ta' stennija fil-qasam tas-saħħa? F'liema oqsma huma dawn il-listi u kemm pazjenti jistennew għall-interventi fuqhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-qasam tas-saħħa fuq il-listi ta’ stennija ċentralizzata ġewwa l-Isptar Mater Dei hemm listi ta’ stennija fil-qasam tal-Ortopedija, Oftalmoloġija u fil-Kardjoloġija. Il-lista ta’stennija f’dawn l-oqsma sad-disa’ ta’ Otubru 2012 kienet hekk: · Cardiology cases o Abliation – 3 o Angiogram – 353 o Cardioversion – 3 o Grafts – 27 o Pacemaker – 12 o PCI – 44 o PFO – 12 o Heart Studies – 8 o Box Change – 10 o Others - 550 · Radiology - Angiography - 5 CT Scan - 1,476 Fluoroscopy - 945 Mamography - 782 MRI - 2,687 Nuclear Medicine - 435 Planar Imaging - 557 Ultrasound - 5,787 · Ophtalmology - Cataracts - 3,215 Ritractomy - 64 Silicone Oil Removal - 55 Others - 173 · Orthopeadic - · Revision THR – 34 · THR – 327 · TKR – 1,653 · Unicondylar Knee Replacement – 203 · Revision TKR – 29 · Arthroscopy Knee – 1,494 · Arthroscopy Knee and ACL Reconstruction – 239 · Arthroscopy Ankle – 7 · Arthroscopy Shoulder – 11 · Medicine Gastroscopy - 67 Colonoscopy - 151 Peg - 1 · Anaesthesia o Pain Clinic - 300 · Dental Orthodontics - 540 Oral Surgery - 299 Prosthetics - 356 · Gynaecology - 565

Dipartiment tas-Saħħa — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36959 u 36510 u jgħid kif mar l-eżerċizzju tal-organizzazzjoni tal-waiting list li kienet qed issir fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm fil-fatt kien hemm pazjenti li kienu fuq iktar minn lista ta' stennija waħda u allura jista' jgħid kemm huma l-pazjenti li issa qegħdin jistennew fuq il-listi ta' stennija li għadhom kif ġew organizzati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kif kelli l-okkażżjoni li ngħid fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32694, llum ġewwa l-Isptar Mater Dei qed titħaddem sistema ċentralizzata ta’ listi ta’ stennija. Din is-sistema kompjuterizzata tissejjaħ Central Patient Waiting List Management System. Din is-sistema diġa qiegħda titħaddem f’numru ta’ dipartimenti fosthom id-dipartiment tal-ortopedija; id-dipartiment tal-oftalmoloġija; u d-dipartiment tal-kardjoloġija. Huwa mistenni li din is-sistema wkoll tiġi mplimentata fid-dipartiment tal-kirurġija fil-futur qarib. Din is-sistema diġa wasslet għall-immanniġjar aħjar tal-listi ta’ stennija. Il-listi kollha ta’stennija li sa ftit żmien kienu jinżammu mill-konsulenti rispettivi qegħdin jiġu ċċekjati persuna persuna sabiex jitneħħew ismijiet doppji ta’ pazjenti; ismijiet ta’ dawk il-persuni li mietu; ta’ dawk li saritilhom l-operazzjoni; jew ta’ tawk li ma ridux jagħmlu l-operazzjoni għal-raġunijiet differenti. Kif imsemmi hawn fuq dan il-proċess tlesta fid-dipartimenti tal-Ortopedija, Oftalmoloġija u Kardjoloġija. Dan il-proċess għaddej fid-dipartimenti tal-Kirurġija u l-Mediċina. In-numru ta’ pazjenti li kienu qegħdin jistennew fuq il-listi ta' stennija sad-disa’ ta’ Ottubru 2012 huwa hekk kif ġej: · Total Knee Arthroplasty – 1653 · Knee Arthroscopy – 1494 · Total Hip Arthroplasty - 327 · Cataract Removal – 3215 · Cardiology cases - 1022

ATM Touch Screen — għajnuna lill-persuni għomja

Question

Jista' l-Ministru jinforma x'passi ħa biex il-persuni għomja ma jkomplux isibu diffikultajiet meta jużaw is-sistema tat-touch screen tal-ATM?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-ONorevoli Interpellant li bil-għan li l-persuni b’nuqqas ta’ dawl ikunu aġġornati bl-aħħar żviluppi li jikkonċernaw lilhom, inkluż żviluppi teknoloġiċi, fl-2001 l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) u l-MITA waqqfu l-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tal-Informatika (FITA). Flimkien mal-FITA, il-KNPD tagħmel pressjoni kontinwa sabiex setturi li jipprovdu s-servizzi jkunu aċċessibbli għal kulħadd, speċjalment għall-persuni b'diżabilità. U dawn jinkludu l-użu ta' apparat elettroniku bħalma huma l-ATMs. Barra minn dan il-FITA tagħti servizz kontinwu ta’ taħriġ lill-persuni neqsin mid-dawl fl-użu tat-teknoloġija tal-informatika u elettronika. Fir-rigward tat-teknoloġija touch screen , il-FITA qed tieħu sehem fi proġett tar-riċerka kofinanzjat minn fondi tal-UE li jismu TACMON2 (fi ħdan l-FP7). L-għan tal-proġett huwa li jinkiseb u jixtered aktar għarfien innovattiv dwar teknoloġija aċċessibbli touch screen għal persuni neqsin mid-dawl. Il-FITA tassisti wkoll entitajiet kummerċjali permezz ta’ servizz ta’ konsulenza b’xejn dwar l-aċċessibilità fl-informatika. Tagħmel ukoll laqgħat kull xahar biex tgħarraf entitajiet u gruppi differenti dwar x’teknoloġija teżisti u kif din tista’ tintuża bl-aktar mod aċċessibbli. Meta tiġi mitluba minn entitajiet kummerċjali jew privati, il-FITA tagħti wkoll servizz ta’ stħarriġ u ċertifikazjoni dwar l-aċċessibilità ta’ teknoloġija inkluż touch screens . Fl-aħħar nett ta’ min jgħid li t-teknoloġija tat- touch screens fuq ATMs hi waħda relattivament ġdida u għalhekk nistennew li din tibda dieħla b'pass meqjus f'pajjiżna. Dan kollu jikkonforma mal-prinċipju ta' progressive realisation , prinċipju rikonoxxut anki fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Dizabilità. Il-KNPD ghamlet diversi laqghat mal-banek fejn fost l-ohrajn gew diskussi l-istallazzjonijiet ta ATM's aktar moderni u kif dawn ikunu accessibbli ghal kulhadd.

Rabat — Xogħlijiet fi Vjal il-Ħaddiem u Triq Dingli

Question

Jista' l-Ministru jinforma għala ma bdewx ix-xogħlijiet fi Vjal il-Ħaddiem u Triq Dingli fir-Rabat Malta? Jista' jara li x-xogħlijiet jibdew qabel ix-xitwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol fuq Vjal il-Ħaddiem kellu jsir mill-Kunsill Lokali tar-Rabat imma billi dan naqas milli jagħmel ix-xogħol, minkejja li ngħata l-flus biex isewwi t-toroq, kellha tidħol Transport Malta biex tagħmel ix-xogħol. Sadanittant, ninsab infurmat li bħalissa l-periti ta' Transport Malta għaddejjin bil-proċess ta' koordinazzjoni mal-entitajiet kollha. Sadanittant saru laqgħat mal-kuntrattur biex jiġi finalizzat it-traffic management tax-xogħol. Il-mira tal-bidu tax-xogħol fuq dawn it-toroq hija għal bidu ta' Diċembru.

Malta FreePort — xogħol ta' dragging

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xogħol ta' dragging sar mill-2010 sal-lum biswit il-Malta FreePort? Jista' jgħid jekk inħarġux il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti għar-rigward tax-xogħlijiet li ġew imwettqa, inkluż dak li għaddej illum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mis-sena 2010 sal-lum sar xogħol ta' tħammil tas-South Quay ta' Terminal 2 u n-North Quay ta' Terminal 1. Bħal issa qed isir it-tħammil tal-fairway biswit il-Malta Freeport. Ix-xogħol qed isir mill-operatur privat Malta Freeport Terminals Ltd u għandu l-permessi meħtieġa mill-MEPA.

vacancies appuntati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36552, jista' l-Ministru jgħid min jieħu d-deċiżjonijiet finali mill-bord tal-interviews fi Transport Malta u kif jiġu appuntati l-pożizzjonijiet meta jinħarġu l-vacancies?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-evalwazzjoni tal-kandidati li japplikaw għall-pożizzjonijiet issir mill-Interviewing Panel fuq bażi global tal-marki li kull wieħed ikun ta lill-kandidati rispettivi. Għalhekk ħadd minnhom ma jieħu deċiżjoni finali. Il-pożizzjonijiet jsiru a bażi tal-ħtiġijiet tal-Awtorita’ skont l-esiġenzi tagħha.

persuni li marru għal konfernza 5+5

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36843, peress li l-Ministru ddikjara li ħadd minn Transport Malta m'attenda s-summit tal-5+5, jista' l-Ministru jgħid jekk mhux minnu li kien hemm persuna li ġiet eżentata mix-xogħol waqt dan il-perjodu? Jista' jgħid għaliex seħħet din eżenzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kien hemm persuna minn Transport Malta li kienet rilaxxata għal ċerti ħinijiet waqt is-Summit tal-5 + 5 fuq talba tal-organiżżaturi, mhux biex tattendi s-Summit iżda biex tassisti fl-organiżżazzjoni.

Transport Malta — Dipartiment tal-Quality Control Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-2010 kienx għadu fis-seħħ id-Dipartiment tal-Quality Control Unit fi Transport Malta? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid meta dan id-dipartiment kien ġie tterminat? Jista' jipprovdi l-lista ta' dawk il-persuni flimkien mal-pożizzjoni u l-grad tagħhom li kienu jaħdmu f'din is-sezzjoni tad-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura? Jista' jkun speċifiku u jgħid x'tip ta' xogħol kien jesegwixxi kull persuna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 36840.

informazzjoni dwar vapur li daħal Malta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36839, jista' l-Ministru jgħid mil-liema pajjiż bdew il-vjaġġ tagħhom il-containers li kellhom ir-radioactive material qabel ġew mgħobbija mill-port ta' La Havre? Jista' jgħid kemm huwa l-perjodu li CMA CGM MAGELLAN jagħmel il-vjaġġ tiegħu lejn Malta u jekk kull darba li jagħmel dan il-vjaġġ ikollux dan il-materjal abbord?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-containers imsemmija bdew il-vjaġġ tagħhom mill-Kazakhstan. Il-perjodu li jieħu l-vapur biex jasal min Le Havre għal-Malta huwa ta' ħamest'ijiem, dan jiddependi mill-kundizzjonijiet tal-baħar. Mhux kull darba li l-vapur CMA CGM Magellan jagħmel il-vjaġġ lejn Malta ikollu dan it-tip ta' materjal abbord.

Depożiti u self fil-banek Maltin u Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37231 u jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u kemm kien is-self mill-banek f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2010, fl-aħħar ta’ ta’ Settembru 2011, fl-aħħar ta’ Diċembru 2011, fl-aħħar ta’ Marzu, ta’ Ġunju u ta’ Settembru 2012? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #37431 Sitting 515 2012-10-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Lista ta' toroq — tarmak

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq f’Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tagħha li jridu jsiru u cioè jitranġaw u jinksew bit-tarmak? Tista’ tagħti din il-lista skont il-priorità kif stabbilità fuq il-gravità tal-qagħda tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-toroq l-aktar urġenti li qed isiru x-xogħlijiet fuqhom jew li huma fil-proċess li toħroġ l-offerta għax-xogħlijiet huma kif jidhru fil-lista ta' hawn taħt: Triq Franġisk Portelli u Triq San Lawrenz Triq Sannat, Sannat (mill-pjazza sa fejn tgħaqqad ma’ Triq ix-Xewkija u Triq Marżiena u tinkludi water culvert) Triq Għar Qawqla Marsalforn Triq Ħanaq Nadur, Triq ir-Ramla u Triq Għajn Qasab Triq it-Tiġrija, Nadur Triq id-Dawwara u Triq Kerċem Victoria u Kerċem Triq ir-Rumani, Xlendi Parti minn Triq Bardan, Sannat Triq is-Salini, Marsalforn Triq Dun Ġużepp Vella, Qala
Leg 11 PQ #37432 Sitting 515 2012-10-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

San Lawrenz — Triq Franġisk Portelli - xogħlijiet kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37212 dwar Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz, tista’ l-Ministru tgħid jekk dawn ix-xogħlijiet humiex kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea? Tista’ tgħid x’inhuma x-xogħlijiet li saru/qed isiru fl-Għarb li minħabba fihom li xekklu x-xogħol fuq Triq Franġisk Portelli, San Lawrenz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fi Triq Franġisk Portelli ma humiex kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea u li x-xogħlijiet li saru fl-Għarb li huma relatati ma' din it-triq huma l-upgradingfi Triq il-Knisja u l-Pjazza tal-Għarb. Dawn tal-aħħar se jservu bħala toroq alternattivi waqt li x-xogħol fuq Triq Franġisk Portelli jkun qed isir.
Leg 11 PQ #37433 Sitting 515 2012-10-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni dwar grant agreement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37211 u cioè: B’referenza għat-tweġba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32207 dwar il-proġett ta’ trattament u trasferiment ta’ skart solidu fejn l-Prim Ministru qal li għad m’hemmx Grant Agreement iffirmat minħabba li xi kundizzjonijiet marbuta ma’ dettalji li jridu joħorġu minn studji li kienu għadhom għaddejjin fuq il- proġett CF119 – Setting up a Mechanical and Biological Treatment Plant in the North of Malta, u li bħala konsistenza strateġika fuq l-immaniġjar tal-iskart fil-Gżejjer Maltin iridu jidħlu wkoll fil-Grant Agreement ta’ dan il-proġett u li t-tender marbut ma’ dan il-proġett qed qed jiġi evalwat , jista' l-Prim Ministru jgħid: a) jekk l-istudji fuq il-proġett CF119 tlestewx u jekk fl-affermattiv, meta? Fejn wasal dan il-proġett u x’jonqos isir fuqu? b) jekk l-evalwazzjoni tat- tender tal-proġett ta’ Għawdex tlestiex u jekk fl-affermattiv, meta? Fejn wasal u x’jonqos isir fuqu? ċ) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal- grant agreements dwar dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

a) Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudji/dokumentazzjoni relatati mal-proġett CF 119 għadhom fl-istadju ta’ evalwazzjoni mill-entitatjiet ikkonċernati. Il-proġett CF 119 qiegħed fil-proċess li jiffinalizza t-tenders relatati max-xogħolijiet sabiex joħorġu fis-suq. Ġaladarba dawn it-tenders jiġu aġġudikati jibdew ix-xogħolijiet fuq il-post. b) Fir-rigward tal-proġett CF 123, it-tender relatat ma’ xogħolijiet ġewwa tal-Kus qiegħed fl-aħħar stadji ta’ evalwazzjoni. Ladarba dan it-tender jiġi aġġudikat, jibdew ix-xogħolijiet fuq il-post. c) Fir-rigward ta’ CF 123, il-Grant Agreement għadu mhux iffirmat minħabba li l-evalwazzjoni tad-dokumenti relavanti għadha għaddejja. Il-Grant Agreement tal-proġett CF 119 ikun jista’ jiġi ikkompilat ladarba jingħalaq il-proċess formali ta’ Applikazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea.
Leg 11 PQ #37434 Sitting 515 2012-10-30 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi — ħsarat bix-xita - xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 37213, tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża biex jissewwew il-ħsarat li saru bix-xita fit-triq tax-Xlendi? Tista’ tgħid x’inhuma x-xogħlijiet ta’ tiswija li saru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relattivi għal dawn il-ħsarat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 32198 u 37213.

bini tal-sptar tal-onkoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-isptar tal-onkoloġija li qed jinbena ħdejn l-Isptar Mater Dei huwiex miexi kif pjanat u allura meta se jilqa' ġewwa fih l-ewwel pazjenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ċ-ċentru tal-onkoloġija li qed jinbena bħala estensjoni tal-Isptar Mater Dei miexi kif pjanat u mistenni jkun lest lejn l-aħħar tas-sena 2013.

tlestija tal-isptar tal-onkoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-isptar tal-onkoloġija li qed jinbena ħdejn l-Isptar Mater Dei jkun lest u qed jintuża mill-pazjenti, għal-liema użu jsir jintuża l-Isptar Boffa li llum qed jintuża bħala sptar għal dan il-għan u li huwa lest minn kollox?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tiegħi għad-domanda parlamentari 37461. It-tieni parti tal-Mistoqsija għandha tigi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Sptar Boffa — numru ta' sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sodda għandu l-Isptar Boffa llum il-ġurnata u jekk din l-bini kellux jibqa' jintuża bħala sptar? Għandux faċilità li jkomplu jiżdiedu n-numru ta' sodod ġewwa fih?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm sebgħa w’erbgħin (47) sodda fl-Isptar Boffa. Sakemm ma ssirx xi estensjoni, m’hemmx post fejn jizdiedu aktar sodod. Rigward jekk l-Isptar Boffa hux se jibqa’ jintuża bħala Sptar, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.