Ħaddiema ta' Skala 5 — xogħol mhux tal-grad tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni minn skala 5 'l fuq li huma on secondment ma' xi entità oħra u allura mhux qed jagħmlu xogħol fil-grad tagħhom? X'inhi r-raġuni għal dan is-secondment u ma' liema entità oħra qegħdin?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kalkulazzjonijiet u pariri tekniċi oħra li l-Ministru u/jew Dipartiment tal-Artijiet ingħata u li fuq dawn il-pariri kien stabbilit il-valur ta' 100 post f'parkeġġ għall-94 sena, liema valur kien imbgħad rifless fil-kuntratt propost li l-Gvern Malti se jagħmel mal-MCP Ltd.
Meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dan l-aħħar awtorizzat it-tneħħija tas-siġar f’Paola Square, Raħal Ġdid – waħda mill-aktar pjazez fejn hemm tniġġiż anki tat-traffiku – u fejn is-siġar huwa mifhum li kienu jassorbu ħafna emmissjonijiet tossiċi, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-applikazzjoni kenetx ġiet approvata wara li saret konsultazzjoni mad-direttorat tal-ambjent tal-awtorità?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36854 u jgħid kemm u f'liema karigi ġew ingaġġati nies ma' Transport Malta xahar b'xahar mill-bidu tas-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36855 u jgħid kemm saru public services calls, xahar b'xahar mill-bidu tas-sena fid-diversi dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet parastatali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul din is-sena, ħarġu 1,493 sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew vakanzi ta’ impjieg: 1,081 sejħa fis-Servizz Pubbliku u 412-il sejħa fis-Settur Pubbliku, kif spjegat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta (inkluż section) kif ukoll tal-permessi tal-ġibjun ġdid li qiegħed jinbena fil-foss tal-Imdina fejn qabel kien hemm it-tennis courts?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jippjana xi tibdil strutturali fi ħdan l-Isptar St. Philips biex jakkomoda aktar sodod u biex jiżgura li l-Isptar jista' jintuża bħala rehab hospital? Jekk iva, x'tibdil huwa meħtieġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-pjanijiet tal-Gvern fir-rigward tal-isptar St. Philip’s huma maqsuma f’żewġ fażijiet. Fl-ewwel fażi, l-isptar ser ikun jista’ jintuża minnufih wara li jiżi ffirmat il-ftehim u wara li jsiru xi alterazzjonijiet minuri sabiex ikun jista’ jiġi konvertit fi sptar ta’ riabilitazzjoni. F’din il-fażi m’hemmx il-ħtieġa għal tibdil strutturali.
Fit-tieni fazi, wara li jsiru l-applikazzjonijiet dovuti u joħorġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA, il-Gvern qed jippjana li jwettaq dak it-tibdil strutturali sabiex bejn wieħed u ieħor jirdoppja n-numru ta’ sodod.
Jista' l-Ministru jgħid mill-apparat li hemm fl-Isptar St. Philips, liema apparat hemm bżonn li jinbidel? Kemm huwa stmat li se jkun jiswa? Jekk hemm xi nfiq kapitali (capex costs) dawn se jitnaqqsu mill-ammont tal-kirja?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Sakemm isir il-ftehim dwar l-Isptar St. Philips, ma jistgħux isiru verifiki dettaljati fuq l-apparat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jitilgħu l-operational costs għat-tħaddim ta' dan l-off site hospital ta' St. Philips (meta wieħed jeskludi l-consumables)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ħaddiema ta' Skala 5 — xogħol mhux tal-grad tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36966 u jgħid kemm hemm persuni minn skala 5 'l fuq li huma on secondment ma' xi entità oħra u allura mhux qed jagħmlu xogħol fil-grad tagħhom? X'inhi r-raġuni għal dan is-secondment u ma' liema entità oħra qegħdin?
Jista' l-Ministru jgħid x'pensjoni huma intitolati l-persuni li jaħdmu part-time bħala l-main job tagħhom u li dawn il-persuni qatt ma jkunu ħadmu full-time imma dejjem fuq bażi part-time?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pensjoni kontributorja tinħadem fuq bażi personali u kemm l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet li jitħallsu u li jiġi ikkreditati matul is-snin kif ukoll ir-rata ta’ kontribuzzjoni imħallsa fil-ġimgħa jkollhom effett fuq ir-rata li tkun dovuta.
Għaldaqstant minħabba l-proċess imsemmi ma tistax tingħata tweġiba ġenerika biss nista nikkonferma li persuna li jkollha l-medja massima ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa jew ikkreditati jkollha dritt għal rata ta’ pensjoni li ma tkunx inqas mill-Pensjoni Minima Nazzjonali applikabbli fil-każ skont il-medja tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuna assigurata.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-bdiewa/delettanti li attendew xi wieħed mill-korsijiet indirizzati għal tagħlim dwar il-bexx li organizzat l-MCCAA?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi kienu 2,707 bidwi jew dilettant li attendew xi wieħed mill-korsijiet organizzati mill-MCCAA dwar it-tagħlim tal-bexx.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36981 u jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36979 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Skola Sekondarja Ħaż-Żebbuġ — studenti mill-iskola sekondarja tal-Marsa
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk daħlux għand il-Ministeru, ilmenti dwar l-istat tal-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa' fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa? Jekk iva, x'tip ta' ilmenti waslu u x'passi ttieħdu biex jiġu indirizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Kulleġġ San Ġorġ Preca ma rċieva l-ebda lment dwar l-istat tal-iskola sekondarja f’Ħaż-Żebbuġ.
Skola Sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ — interactive whiteboards
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa hemmx interactive whiteboards?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent fl-Iskola tas-Subien ta’ Ħaż Żebbuġ hemm 10 interactive whiteboards.
Tista' l-Ministru tikkonferma li fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa' fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa, il-labs tal-Fiżika huma taħt l-art?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-laboratorji tal-Fiżika jinsabu fil-livell tat-triq.
Skola Sekondarja Ħaż-Żebbuġ — Aċċess għall-persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa' fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa, hemmx aċċess għall-persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskola sekondarja ta’ Ħaż-Żebbuġ hemm l-istess possibilità ta’ aċċessibiltà li kien hemm fl-iskola tal-Marsa, iġifieri li tista’ titpoġġa rampa li diġà hi eżistenti sabiex jidħlu fl-iskola.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema suġġetti tfal li jattendu s-sitt sena tal-primarja tħallew mingħajr ktieb/workbook/handbook din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tfal tas-sitt sena qegħdin jistennew il-workbook tar-Reliġjon li jitfassal u jiġi mitbugħ mis-Segretarjat tal-Katekeżi Nisranija tal-Kurja Arċiveskovili.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-istudenta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-kors level 4 l-MCAST hix intitolata għall-istipendju u smart card għaliex staqsiet lill-amministrazzjoni u baqgħet mingħajr risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li din l-istudenta kienet għamlet kors fuq livell 4 u għalih ħadet stipendju, issa li bdiet kors fuq l-istess livell, ma hix intitolata għall-istipendju skont l-Avviż Legali li jirregola l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti.