Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuna li mhux tirċievi — Children allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li suppost tibbenefika minn children allowance ilha ma tirċievi dawn l-allowances aktar minn ħames xhur?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ser tircievi l-pagament dalwaqt. Id-dwemien iriżulta minħabba li ntalbu xi dokumenti mingħand l-persuna u l-kaz seta' jinhadem wara li waslu dawn id-dokumenti.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament m'għaniex l-ebda dħul finanzjaju u cioè benefiċċji soċjali terġa' tibda tieħu xi forma t'għajnuna?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata diġa ġiet infurmata b’ittra li ħarġet mid-Dipartiment fil-15 ta’ Ottubru dwar il-każ tagħha.

Kuntratt finali tal-garaxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni issir il-kuntratt finali tal-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt finali tal-garaxx ma jistax jigi ffirmat ghalissa peress li l-art li fuqha hemm mibni l-garaxx ghadha ma gietx trasferita lill-Awtorita’ tad-Djar.

Kuntratt finali tal-garaxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni issir il-kuntratt finali tal-garaxx li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fuq liema hemm mibni dan il-garaxx għadha qed tiġi akkwistata mill-Gvern. Għaldaqstant qabel ma jitħallsu s-sidien oriġinali għall-akkwist ta’ din l-art, u l-proprjetà tiġi ttrasferita lill-Awtorità tad-Djar, il-kuntratt finali tal-garaxx li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament, ma jistax isir għalissa.

Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern — applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament quddiem id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tiġi evalwata. Fil-fatt qed isir ix-xogħol kollu neċessarju sabiex il-proprjetà in kwistjoni toħroġ għall-kiri permezz ta’ sejħa għall-offerti wara li jinkiseb l-approvazzjoni tal-Kumitat tat-Tenders fi ħdan id-Dipartiment. Ngħarraf lill-Onorevoli Membru illi meta toħroġ is-sejħa għall-offerti, il-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, kif ukoll kull applikant ieħor li jista’ jkun hemm għal din il-proprjetà, jiġu infurmati bil-miktub.

reserved parking bay

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li għandu reserved parking bay ikollu n-numru tal-karozza tiegħu mmarkat mal-art?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.

San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol marbut ma' Triq is-Simar f'San Pawl il-Baħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 36028 u 37042, ninsab infurmat li sabiex tipprova ittaffi l-inkonvenjent f’din it-triq, Transport Malta ħarġet sejħa għall-offerti għall-engineering consultancy biex isir studju fuq il-materjal li jinstab f’din it-triq. Din is-sejħa bħalissa qegħdha tiġi evalwata. Se jsiru wkoll jersey barriers f’parti ta’ din it-triq sabiex jitneħħa l-periklu li hemm.

xogħlijiet ta' restawr

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol ta' restawr tas-salini, tal-estensjoni ta' Kennedy Grove u tax-xogħol fil-ġnien li għandu jinbena qrib l-akwarju fil-Qawra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34391, ninfurmah li x-xogħol għaddej skont il-pjan kif spjegajt fl-stess tweġiba. Rigward ir-restawr tas-Salini, sa issa is-salini ġew imbattla mill-ilma u qegħdin jiġu imħammla. Fil-gimgħat li ġejjin ix-xogħol tar-restawr se jkun intensifikat hu mistenni li wara li sar il- 'deterioration mapping' kemm fuq il-ħitan ta’ ġewwa is-salini kif ukoll fuq il-ħitan li jħarsu fuq is-sukkursu il-kbir. Il-bini tal-pendamenti għal-'huts' tal-injam li ser jinbnew qegħdin f’fazi avvanzata u mistenni li għall-aħħar ta' din is-sena il-huts jibdew jinbdnew. Ir-restawr fuq ix-Ximenes Redoubt kwazi tlesta u issa se jibda ix-xogħol ta tlestija. Sejrin jinħargu ukoll sejħiet għal offerti fil-ġimgħat li ġejjin għall-bini ta' 'Underpass' biex jgħaqqad ix-Ximenes Redoubt li ser jservi bħala Interpretation Centre mas-Salini u sejħa oħra għax-xogħlijiet ta’ tindif u riabilitazzjoni fuq il-garrigue u salt marsh. Bħalissa wkoll għaddej il-proċess tal-applikazzjoni mal-MEPA biex jinħarġu l-permessi neċessarji għall-estensjoni tal-parti l-ġdida ta Kennedy Grove.
Leg 11 PQ #37520 Sitting 516 2012-10-31 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — ammont ta' direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar il-mod kif jiġi kkontrollat l-ammont ta' direct orders li joħorġu mill-kunsilli lokali? Kull kemm żmien jiġu verifikati l-ammonti li jingħataw bħala direct orders mill-kunsilli lokali differenti? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi trend partikulari li ċertu kunsilli jirrikorru għal direct orders minflok għat-tendering?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xiri ta’ xogħolijiet, oġġetti u servizzi minn Kunsilli Lokali huwa regolat permezz tar-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) tal-1993. Il-Kunsilli Lokali kollha huma awditjati minn awdituri mqabbda apposta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. Barra minn hekk il-Monitoring Unit tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali jeżamina l-iskeda tal-pagamenti kif ukoll il-minuti tal-Kunsilli Lokali biex jekk jidher li xi Kunsill Lokali ma jkunx qiegħed jimxi skont dwan ir-Regolamenti, tinġibidlu l-attenzjoni biex jirregolarizza ruħu.
Leg 11 PQ #37521 Sitting 516 2012-10-31 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali tas-7 distrett elettorali — quotations

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' quotations li ħarġu mill-kunsilli lokali tas-7 distrett elettorali matul l-aħħar sitt xhur sa Settembru 2012 kunsill kunsill? X'tip ta' xogħol inħareġ permezz ta' kwotazzjonijiet? X'ġustifikazzjoni kien hemm biex dawn ix-xogħlijiet isiru bi kwotazzjoni mhux permezz ta' tenders speċifiċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #37522 Sitting 516 2012-10-31 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali tal-11-il distrett elettorali — quotations

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' quotations li ħarġu mill-kunsilli lokali tal-11-il distrett elettorali matul l-aħħar sitt xhur sa Settembru 2012 kunsill kunsill? X'tip ta' xogħol inħareġ permezz ta' kwotazzjonijiet? X'ġustifikazzjoni kien hemm biex dawn ix-xogħlijiet isiru bi kwotazzjoni mhux permezz ta' tenders speċifiċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #37523 Sitting 516 2012-10-31 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali — Quotations

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' quotations li ħarġu mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali matul l-aħħar sitt xhur sa Settembru 2012 kunsill kunsill? X'tip ta' xogħol inħareġ permezz ta' kwotazzjonijiet? X'ġustifikazzjoni kien hemm biex dawn ix-xogħlijiet isiru bi kwotazzjoni mhux permezz ta' tenders speċifiċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

tilqim kontra l-influwenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jingħata t-tilqim kontra l-influwenza miċ-ċentri tas-saħħa? Jista' jagħti time table ta' kif se jsir dan it-tilqim?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li t-tilqim kontra l-influwenza beda jingħata miċ-Ċentri tas-Saħħa mit-Tnejn 22 ta’ Ottubru. It-tilqim miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha jingħata: · Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 10a.m sa 1:30p.m. · Is-Sibtijiet 10a.m sa 12:30p.m. It- tilqim wara nofsinhar fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ B’Kara, il-Furjana u Raħal Ġdid jingħata : · Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 2p.m. u 7p.m. · Is-Sibtijiet 1p.m u 7p.m.

kampanja biex studenti jieklu frott frisk

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kampanja biex iħeġġu t-tfal jieklu frott frisk ġewwa l-iskejjel hijiex se titkompla din is-sena ukoll?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskema tal-Frott u l-Ħaxix se titkompla din is-sena.

Supportline 179

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ telefonati li rċevew il-voluntiera tas-Supportline 179 is-sena l-oħra? Fiex kienu jikkonsistu dawn it-telefonati? Kemm hemm linji tat-telefons biex jintużaw mill-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-ONorevoli INterpellant li s-sena l-oħra, l-voluntiera tas-Supportline 179 irċevew 17,539 -il telefonata, li minnhom, 11, 816 kienu telefonati ġenwini li kellhom bżonn l-għajnuna. Dawn it-telefonati jistgħu jiġu kklasifikati f'diversi kategoriji. Jekk jogħġbok irreferi għat-tabella aktar 'l isfel għal aktar dettalji. Hemm żewġ linji tat-telefon biex jintużaw mill-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz. Presenting Problem by Year of Call 2011 Aids or HIV 6 Alcohol 143 Anxiety 223 Behavioural problems 284 Bereavement 37 Bullying 62 Child abuse – emotional 82 Child abuse – internet 9 Child abuse – neglect 182 Child abuse – physical 117 Child abuse – sexual 28 Depression 754 Disability related issues 26 Domestic Abuse – emotional 180 Domestic Abuse – neglect 25 Domestic Abuse – physical 346 Domestic Abuse – sexual 15 Drugs 187 Elderly 156 Financial 44 Fostering 55 Gambling 22 Gay related issues 8 Homeless 175 Housing related issues 20 Information – internet 42 Information – services 1230 Legal issues 81 Listening 2066 Loneliness 780 Marital or partners 525 Medical or terminal illnesses 40 Mental health 806 Others 1839 Parent-child relationship 534 Persons in separation process 116 Pregnancy related issues 16 Rape 5 Refugees 34 Relationship problems and family problems 281 Residential homes 5 School related issues 26 Sexuality related issues 15 Single parents 19 Single persons 2 Suicide 27 Unemployment 10 Usury 8 Volunteer called 123 Totals 11816

reat kriminali — sentenza mill-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed iddum ġeneralment każ ta’ reat kriminali biex tinqata’ s-sentenza fil-Qorti?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li mhux possibbli li jinghata zmien kemm kawza b’reat kriminali iddum biex tinqata’ peress li jiddependi minn hafna ragunijieti bhala per ezempju jekk il-kawza tkunx wahda sommarja jew le, tkunx kumpilazzjoni, kemm ikun hemm xhieda u hafna fatturi ohra. Ikun hemm kawzi li jinqatghu fl-istess gurnata li jkunu appuntati u ohrajn, minhabba n-nutura tal-kaz, jiehdu aktar zmien.

ċint madwar art privata

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33674, minkejja li l-Ministru wiegħed li se jsir iċ-ċint, jista' jgħid għaliex għaddew aktar minn ħames xhur u dan għadu ma sarx?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

servizz ta' home help

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36259 u jara l-każ ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha s-servizz tal-home help u peress li hija koppja kbira fl-età tixtieq li meta l-persuna li tagħti l-home help ma tkunx tista' tmur, almenu jkollha reliever?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li dan l-aħħar fuq il-lokalita’ ta' Paola ma kienx hemm reliever illi d-Dipartiment seta’ jibgħat meta xi Assistenta Soċjali tkun bil-leave jew bis-sick leave. Din il-ġimgħa s-sitwazzjoni reġgħet ġiet għan-normal u r-reliever ser tintbagħat bħas-soltu.

Awtorità tad-Djar — infiq fuq konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas l-Awtorità tad-Djar f'konsulenzi bħalissa u kemm qiegħda tistma li se tiswa lill-Awtorità tad-Djar l-Iskema Kiri ladarba jiġu ffirmati l-kuntratti mas-sidien privati u dan fuq kalkolu ta' għaxar snin peress li l-awtorità se takkwista fuq bażi ta' kirja l-postijiet offruti għal għaxar snin?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli interpellant illi l-Awtorità tad-Djar bhalissa mhix qed tiehu servizzi minghand konsulenti. Il-mistoqsija dwar kemm qiegħda tistma’ li se tiswa lill-Awtorità tad-Djar l-Iskema Kiri ladarba jiġu ffirmati l-kuntratti mas-sidien privati u dan fuq kalkolu ta' għaxar snin peress li l-awtorità se takkwista fuq bażi ta' kirja l-postijiet offruti għal għaxar snin giet imwiegba f’PQ 36347.

Awtorità tad-Djar — rati tal-kiri mhux riveduti

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kemm qiegħda r-rata li biha qed jitħallsu kirjiet minn inkwilini li ngħataw postijiet mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2009? Huwa minnu li hemm inkwilini li ġew allokati post fis-sena 2008/2009 u li r-rata ta' kera li huma jħallsu għadha qatt ma ġiet riveduta? Jekk għal dawn il-kirjiet hemm fosthom min qed iħallas b'rata ta' €902 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid ir-rati għandhomx jiġu riveduti meta wieħed jikkonsidra li hemm nies fuq il-benefiċċji soċjali?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ser tibda e¿erċizzju intensiv biex dawk l-inkwilini li ġew allokati post fis-snin 2008 u 2009 u l-kirja tagħhom qatt ma ġiet riveduta tiġi riveduta mill-aktar fis possibbli.