Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #38689 Sitting 533 2012-12-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

San Pawl il-Baħar — ftuħ tal-għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li l-għassa tal-pulizija ta' San Pawl il-Baħar tkun miftuħa għall-itwal ħin possibli (possibilment il-ħinjiet kollha matul il-ġimgħa), u dan minħabba l-fatt li l-għassa tal-Qawra tinsab bogħod minn dak li jitqies bħala ċ-ċentru ta' San Pawl il-Bahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif diġa’ spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37987, l-Għassa tal-Pulizija msemmija mill-Onorevoli Interpellant qed tkun miftuħa regolarment. Pero’, jista' jkun hemm drabi jew ħinijiet fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-pulizija li jkun għassa joħroġ fuq xi doveri oħra barra mill-Għassa, bil-konsegwenza li l-Għassa jkollha tingħalaq temporanjament matul dak il-ħin.

bhejjem tas-simna jew tal-ħalib

Question

Jista' l-MInistru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' bhejjem tas-simna jew tal-ħalib li ġew tagged matul l-ewwel disa' xhur tal-2012? Kif jitqabbel dan in-numru man-numru ta' bhejjem li ġew tagged, kull sena mill-2009 sal-lum fl-istess perjodu ta' żmien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara għal liema bhejjem tas-simna jew tal-ħalib qigħed jirreferi. Niġbed l-attenzjoni li fil-każ tan-nagħaġ u mogħoż, ir-razzez li għandna Malta huma tal-ħalib waqt li l-ħrief u gidjien tagħhom jinqatlu għal-laħam. Fil-każ tal-baqar is-sitwazjoni hija simili għaliex kważi il-baqar kollha preżenti Malta huma razez tal-ħalib iżda l-għoġġiela irġiel li jitwieldu u jiġu irreġistrati u jeħlulhom l-imsielet uffiċjali jispiċċaw jinqatlu għal-laħam. Barra minnhekk numru ta’ baqar tal-ħalib jiġu mgħammra b’żerriegħa ta’ razzez tal-laħam biex għoġġiela li jitwieldu (li huma mgħarufa bħala F1) jkunu nofshom biex jinqatlu għal-laħam. Hemm numru żgħir ta’ għoġġiela tal-laħam puri li jinġiebu minn stati Membri oħra minn żmien għal żmien, iżda dawn ikunu diġa ġew reġistrati fil-pajjiz tal-oriġini u jeħlulhom imsielet Maltin jekk biss kemm il-darba jitilfu xi waħda minn dawk li jkunu ġew bihom. Fl-linja ġenerali kull bovin raġel reġistrat jista’ jitqies bħala bhima tas-simna għajr xi 200 li jaġixxu ta’ għoġġiela tar-refgħa. Hemm bżonn niftakru wkoll li l-baqar, wara il-karriera tal-ħalib, wkoll jinqatlu għal-laħam.

biċċeriji fil-privat

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn biċċeriji fil-privat li huma liċenzjati għall-qtil tat-tjur/bhejjem? Fejn jinsabu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li hawn sitt stabbilimenti privati li huma liċenzjati bħala biċċerija. Dawn jinsabu f’dawn il-lokalitajiet: Qrendi, Siġġiewi, Burmarrad, Magħtab u Birżebbuġia.
Leg 11 PQ #38692 Sitting 533 2012-12-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm tfal li qed jingħataw is-servizz ta' Learning Support Assistants f'kull waħda mill-iskejjel tal-gvern tat-12-il distrett elettorali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa n-numru ta’ tfal li qed jingħataw s-servizz ta’ Learning Support Assistant fl-iskejjel tal-gvern tat-tnax-il distrett elettorali huwa kif jidher hawn taħt: Skola Primarja Mellieħa - 29 student Skola Primarja San Pawl il-Baħar - 40 student Skola Primarja Naxxar - 30 student Skola Sekondarja Subien Naxxar - 24 student
Leg 11 PQ #38693 Sitting 533 2012-12-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skejjel tal-Knisja — Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm Learning Support Assistants li qed jaħdmu fl-iskejjel tal-Knisja u dawk privati separatment? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk hemmx iktar talbiet minn dawn l-iskejjel għal tali servizz? Jekk iva kemm hemm talbiet, u f'liema livell tal-edukazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor Interpellant li l-figura ta’ spiża fuq fuel tkopri 'l fuq minn 850 inġenji u vetturi li l-parti kbira minnhom huma vetturi u inġenji tax-xogħol li fid-dawl tan-natura tagħhom għax-xogħol rikjest minnhom jikkunsmaw konsiderevolment. Infakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant li l-mobile phones illum huma għodda ndispensabbli b’mod partikolari fit-twettieq tal-funzjonijiet li għandu dan il-Ministeru fejn numru konsiderevoli ta’ impjegati li jġorru karigi ta’ responsabbiltà jkunu fuq il-lantijiet tax-xogħol u m’għadux jitqies bħala benefiċju. Għaldaqstant l-impjegati li bħala parti mix-xogħol tagħhom huma assenjati mobile phone huma dwak li x-xogħol tagħhom jitlob li jkunu fuq dawn il-lantijiet u/jew meħtieġa li jkunu on call anki f’ħinijiet barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-ispejjeż relatati man-nefqa fuq mobile phones u fuel għall-perjodu Jannar – Ottubru 2012
Leg 11 PQ #38260 Sitting 532 2012-12-04 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tagħha għamel il-ministeru tagħha matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — Spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tagħha għamel il-ministeru tagħha matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ispiża fuq il-mobile phone tal-Ministru matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012 kien ta’ €1377.58 u l-ispiża ta’ fuel għal karozza tal-Ministru matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru huwa ta’ €794.44.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — Spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispejjez tul l-ewwel 10 xhur ta’ din is-sena fuq fuel kien ta’ €5,669.14 mentri l-ispejjez tal-mobile kienu ta’ €11,306.92

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur — Spejjeż ta' Mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li l-ispiża fuq mobile phones u fuel għall-karozzi tal-Ministru kienu ta’ €8,219.52 u €5,867.43 rispettivament.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispejjez ghall-ewwel 10 xhur ta’ din is-sena fuq materjal informattiv kien ta’ €22,284.56
Leg 11 PQ #38467 Sitting 532 2012-12-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Youth Inc. — Courses mal-ETC

Question

Tista l-Ministru tgħid x’sar minnhu l-programm Youth Inc. fejn kien imwiegħed tmien ġimgħat youth skills plus courses mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Veru li l-courses qatt ma saru? Veru li bħala youth skills dawn qed jittieħdu outings biss?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Youth.inc beda f'Jannar 2011 u għadu sejjer. Il-programm jikkonsisti f'Life skills , Literacy and Numeracy skills , esperjenza to tnax-il ġimgħa fuq post tax-xogħol, attivitajiet kulturali u edukattivi u korsijiet oħra mnedija mill-ETC u minn entitajiet edukattivi oħra, skont il-ħtiġijiet u l-għażliet personali ta' kull student. Minn Ottubru 2012 saru numru ta’ sessjonijiet ta’ life skills mill- Professional Youth Support Workers . Saru wkoll food handling courses kif ukoll job skills bħala preparazzjoni għall-esperjenza fuq il-post tax-xogħol. Mid-19 ta' Novembru, bdew it-tnax-il ġimgħa esperjenza fid-dinja tax-xogħol ( Work placement ), skont l-għażla ta' kull student. Wara dan it-taħriġ hu ppjanat li jibdew il-korsijiet fi Numeracy, Literacy u IT .
Leg 11 PQ #38482 Sitting 532 2012-12-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Regolamenti ġodda fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

Question

Peress li taħt regolamenti ġodda fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004 – eżattament mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea flimkien ma' disa' pajjiżi oħra uffiċjali ġodda fl-istituzzjonijiet Ewropej ġew (u għadhom jiġu) reklutati taħt kundizzjonijiet ferm inferjuri għal dawk li s’issa gawdew uffiċjali reklutati qabel din id-data b’effett ferm negattiv fuq il-karrieri prospettivi, salarji u penzjonijiet futuri (tal-uffiċjali reklutati wara l-2004) u peress li dan ħoloq ambjent ta’ diskriminazzjoni lampanti speċjalment vis-à-vis uffiċjali mill-Istati Membri “l-ġodda”EU-12) – fosthom Malta, imwaħħlin fil-gradi l-iktar baxxi, għal dawn l-aħħar snin, dawn ilhom jiġġieldu għall-ugwaljanza fit-trattament u l-opportunitajiet bħal uffiċjali mill-Istati Membri “l-qodma” (EU-15) li għalkemm iwettqu l-istess xogħol, igawdu kundizzjonijiet iżjed vantaġġjużi u peress li din il-kwsitjoni tmur lil hinn minn kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol imma tirrigwarda d-dritt t’aċċess għal ċittadini Maltin ġewwa s-servizz ċivili Ewropew; mhux biss f’termini numeriċi, iżda fi gradi u livelli ġusti, jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju l-Gvern Malti minn din il-problema u x’inhija l-pożizzjoni tiegħu f’dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti hu konxju bit-tibdil li sar permezz tar-regolamenti ġodda dwar ir-reklutaġġ fl-istituzzjonijiet tal -Unjoni Ewropea li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004. Ta' min jgħid li l-Kummissjoni Ewropea resqet Proposta f'Dicembru 2011 biex dawn ir-regolamenti jiġu emendati. Din il-Proposta qed tiġi diskussa waqt laqgħat fejn uffiċjali mill-Gvern Malti jattendu flimkien ma' uffiċjali mill-Istati Membri kollha. Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti hi waħda li tiffavorixxi r-reklutaġġ ta' impjegati ta' nazzjonalita' Maltija. Il-Gvern Malti dejjem sostna li tibdil li jsir f'dan il-qasam għandu jiġi effetwat b'mod ġust fuq livell Ewropew u b'mod li ma jnaqqasx mill-possibilitajiet li jiġu reklutati nies ta' nazzjonalita' Maltija. Il-Gvern Malti fost l-oħrajn sostna l-importanza ta' bilanċ ġeografiku tan-nazzjonalitajiet tal impjegati.

Imtarfa — persuni li għandhom karta r-roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38107 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża fl-Imtarfa?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandhux l-istatistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment jista’ jgħid kemm kellu numru ta’ talbiet għal-karta r-roża fl-Imtarfa matul l-2012 sa issa. In-numru ta’ talbiet kien ta’ 18.

Imġarr — persuni li għandhom il-karta r-roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38108 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża fl-Imġarr?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandhux l-istatistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment jista’ jgħid kemm kellu numru ta’ talbiet għal-karta r-roża fl-Imġarr matul l-2012 sa issa. In-numru ta’ talbiet kien ta’ 9.

Imdina — persuni li għandhom il-karta r-roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38109 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża fl-Imdina?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandhux l-istatistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment jista’ jgħid kemm kellu numru ta’ talbiet għal-karta r-roża fl-Imdina matul l-2012 sa issa. In-numru ta’ talbiet kien ta’ 7.

San Pawl il-Baħar — Persuni li għandhom il-karta r-roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38110 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża f'San Pawl il-Baħar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandhux l-istatistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment jista’ jgħid kemm kellu numru ta’ talbiet għal-karta r-roża f’San Pawl il-Baħar matul l-2012 sa issa. In-numru ta’ talbiet kien ta’ 372.

Rabat — persuni li għandhom il-karta r-roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38104 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża fir-Rabat?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandhux l-istatistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment jista’ jgħid kemm kellu numru ta’ talbiet għal-karta r-roża fir-Rabat matul l-2012 sa issa. In-numru ta’ talbiet kien ta’ 254
Leg 11 PQ #38532 Sitting 532 2012-12-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni dwar karozza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38216 u jgħid meta nxtrat l-aħħar karozza għall-użu uffiċjali tiegħu, x'marka u tip kienet, mingħand min inxtrat u b'kemm kienet inxtrat din filwaqt li jgħid għall-perjodu l-1 ta' Jannar 2005 sal-lum kemm-il darba nkriet karozza għall-użu uffiċjali tiegħu flok dik li tappartjeni lill-gvern, kemm kienet il-kera għal kull darba billi jagħti dettaljatament lista tal-ġranet li fihom inkriet, mingħand min inkriet u x'tip u marka ta' karozza kienet f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Belt Valletta — Biagio Steps

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38354 u jgħid x’sar matul l-2012 fuq ix-xogħol fuq Biagio Steps fil-Belt Valletta biex isir ċentru interattiv dwar il-fortifikazzjonijiet ta’ pajjiżna? X’kienet l-ispiża minfuqa dan il-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' seduta oħra.