Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37675 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Operaturi ekonomiċi Għawdxin — għajnuna f'investiment f'sorsi alternattivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża fl-2012 fuq għajnuna f'investiment f'sorsi alternattivi għall-operaturi ekonomiċi Għawdxin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Leg 11 PQ #37688 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Għawdex — Civil Protection Department

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala ħaddiema tas-Civil Protection Department f'Għawdex għadhom qed jitħallsu l-paga fi Skala 13, meta suppost illi ilhom minn Settembru 2012 jitħallsu fi Skala 12? X'inhu jwassal għal dan in-nuqqas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wettaq il-proċeduri biex il-ħaddiema msemmija fl-interpellanza jiġu kkunsidrati bħala uffiċjali fi skala 12 u jibdew jitħallsu ta’ din il-pożizzjoni ġdida b’effett mis-7 ta’ Settembru 2012.

piena ta' ħabs maħfura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat maħfra/amnestija minn sentenza ta' priġunerija konnessa ma' nuqqas ta' ħlas tal-VAT bejn Jannar 2012 u l-31 ta' Ottubru 2012? Meta kienu d-dati li ngħataw tali maħfriet? X'kienu r-raġunijiet li għalihom ingħataw?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Ottubru ta’ din is-sena, kien hemm żewġ persuni li ingħataw maħfra minn sentenza ta’ multa tal-Qorti konnessa ma’ taxxa fuq il-valur miżjud u li eventwalment kienet konvertita f’perjodu ta’ priġunerija. Dawn iż-żewġ maħfriet ingħataw fit-2 u fit-28 ta’ Awwissu 2012. Qabel tingħata maħfra għal petizzjoni li tkun saret, jittieħdu diversi fatturi in konsiderazzjoni, fosthom jekk il-petizzjonant fil-ħin li jagħmel it-talba jkunx irregolarizza ruħu mad-dipartiment tal-VAT.
Leg 11 PQ #37690 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Korp tal-Pulizija — Performance bonus

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra, jekk mis-sena 1993 sal-lum sarux il-ħlasijiet tal-performance bonus lill-uffiċjali għolja tal-Korp tal-Pulizija u dan skont il-ftehim ta' Ġunju 1993? Jekk saru tali ħlasijiet, ta' performance bonus, f'liema perċentwali saru tali ħlasijiet u lil min saru sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mir-records miżmuma jirriżulta illi l-ħlasijiet ta’ performance bonus bdew isiru, skont kif ipprovdut mid-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija ta’ Ġunju 1993, mill-1995, bl-ewwel pagament ikopri l-perjodu Ġunju 1993 - Diċembru 1994. Il-bonus ingħata lill-fizzjali kollha fil-grad ta’ Supretendent jew ogħla, skont l-imsemmi Dokument. L-aħħar pagament li sar kien ikopri is-sena 2011.

Sptar Karen Grech — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu separatament f'manutenzjoni u refurbishment neċessarju fl-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karen Grech mis-sena 2008 sa sena 2012, sena b'sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karin Grech, mis-sena 2008 sas-sena 2012 in-nefqa f'manutenzjoni kienet hekk: Sena Manutenzjoni Refurbishment € € 2008 206,592 169,701 2009 188,423 367,669 2010 237,838 935,939 2011 251,053 617,981 2012 126,082 296,924 2012 400,000* Total 1,009,988 2,788,214 *Ħlas pendenti ta’ xogħolijiet li tlesta f’dawn l-aħħar ġimgħat u għadhom ma tħallsux.

sistema ta' distribuzzjoni tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kien hemm, u meta saru, bejn l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi u l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur rigward is-sistema ta' distribuzzjoni tal-gass u d-29 distrubutur konċernati? Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pariri tal-Awtorità ta' Malta ghall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur f'dan ir-rigward? Jista' jgħid jekk is-sistema eżistenti hix kompatibbli mal-liġijiet enforzati mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36634 ninfurmah li ma saru ebda laqgħat oħra partikolari rigward l-Opinjoni li għadha trid toħroġ l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.
Leg 11 PQ #37701 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Lista ta' toroq — tarmak

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 37431, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tat-toroq kollha, mhux biss tat-toroq l-aktar urġenti li qed isiru x-xogħlijiet fuqhom jew li huma fil-proċess li toħroġ l-offerta għax-xogħlijiet f’Għawdex, li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tagħha li jridu jsiru u cioè jitranġaw u jinksew bit-tarmak? Tista’ tagħti din il-lista skont il-priorità kif stabbilità fuq il-gravità tal-qagħda tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Arriva — Ħal Kirkop - tibdil fir-rotta 71

Question

Peress li jirriżulta ċar li s-sevizz tal-Arriva għal Ħal Kirkop permezz tar-rotta 71 mhuwiex ikopri il-bżonnijiet ta' dan ir-raħal, jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li r-rotta 73 li titlaq minn Nigret, iż-Żurrieq minflok tgħaddi minn barra r-raħal (triq l-Industrija) tgħaddi minn Triq ir-Ramlija, sabiex tiġbor il-ħafna nies li qed jibqgħu l-art? Jista' jara li r-rotta 72 li titlaq mill-Qrendi tgħaddi minn Triq ir-Ramlija ukoll, minflok minn triq l-Industrija? Jista' jara li din tissolva immedjatament peress li aktar ma tidhol ix-xitwa aktar il-problema qed taggrava għax triq l-Industrija hija wisq il-boghod miċ-Ċentru tar-Raħal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #37719 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: KARL GOUDER To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli Lokali — xogħol fuq toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar il-Kunsilli Lokali ta' Malta u Għawdex, lokal b'lokal, bejn Marzu 2008 sal-lum: a) kemm saru toroq fil-lokalità tagħhom; b) l-isem ta' kull triq u f'liema sena saret; u ċ) jekk it-triq in kwestjoni saritx kollha jew le, u jekk ma saritx kollha, minn fejn sa fejn saru x-xogħlijiet? Kemm swiet u minn fejn ġew il-fondi

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-kunsilli lokali permezz ta’ Memo 41/2012 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Pazjenti li ntbagħtu għal kura barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbgħatu pazjenti Maltin għal kura barra minn Malta matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ pazjenti li ntbagħtu għal kura barra min Malta matul l-aħħar erba’ snin huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Numru ta’ pazjenti li marru f’ċentri ġewwa l-Ingilterra (2008 – Ottubru 2012) Sena Numru ta’ Pazjenti 2008 279 2009 296 2010 306 2011 314 2012 (Jannar – Ottubru) 343 Numru ta’ pazjenti li marru f’ċentri ġewwa l-Italja (January – Ottubru 2012) Sptar/Ċentru Numru ta’ Pazjenti Monza (Cardiac MRI) 16 Palermo (ISMETT) 6

każ ta' persuna li kienet tieħu r-relief

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36286, jista' l-Ministru jara għalfejn il-persuna konċernata għadha ma ġietx ikkuntatjata?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata permezz ta’ ittra ta’ spjegazzjoni fil-bidu ta' Lulju 2012. Peress li ma waslitx ser terga' tintbghat kopja ta' din l-ittra.

WSC — kontijiet tal-ilma għoljin

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kemm-il darba ċemplet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma peress li qed ikollha kontijiet għoljin wisq?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Problema fil-meter tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha xi problemi fil-meter tal-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.

ilment dwar parapett

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li fil-blokk hemm flat tal-Awtorità tad-Djar u hemm xi ilment rigward il-parapett?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ħadet nota ta’ din l-Interpellanza u inkludiet din it-talba fil-programm ta’ manutenzjoni tagħha.

Applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ilha li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul imma għadha mingħajr risposta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant bħalissa tinsab fl-Isptar Karen Grech u ilha hemm mit-18 ta’ Settembru 2012. Din l-anzjana ġiet approvata għar-Residenza San Vincenz de Paule u tinsab fil-lista ta’ stennija ta’ din ir-Residenza.

Kera ta' raba

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' sid ta' raba li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ilu jistenna li jħallas il-kera xi disa' snin imma għadhom qatt ma qalulu biex iħallasha?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament kien applika taħt l-Iskema tal-Art Agrikola tal-Gvern li għalqet fis-sena 2001 u għandu 2 applikazzjonijiet. Peress li meta għalqet l-Iskema daħħlu ’l fuq minn 9 t’elef applikazzjoni, ġie deċiż li dawn l-applikazzjonijiet jinħadmu lokal lokal. Fil-fatt ix-xogħol fuq il-lokal fejn hemm ir-raba’ maħdum mill-persuna li dettalji tagħha ntbagħtu separatament għadu ma nbediex. Meta jinbeda x-xogħol fuq rikonnoxximenti ta’ raba’ f’dan il-lokal partikolari, din il-persuna tiġi nfurmata biex tersaq għall-kuntratt ta’ kirja u tħallas il-kera dovuta inkluż l-arretrati.

Sptar St. Philips — man power

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jeħtieġ man power biex l-Isptar St. Philips jitmexxa kif inhuwa maħsuba? Se jkun hemm bżonn xi reklutaġġ addizzjonali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-man power għall-Isptar St. Philip’s huwa l-istess bħal dak tal-Isptar Karen Grech, peress li l-istess pazjenti fis-swali, kif wkoll l-impjegati, se jiġu trasferiti għall-Isptar St. Philip’s, fl-iventwalità li l-Gvern jasal għal ftehim fuq dan l-isptar.

Foundation for Medical Services — proġett tal-Isptar St. Philips

Question

Minħabba x-xogħol li mistennija jkollha l-Foundational for Medical Services in konnessjoni ma' dan il-proġett ta' St. Philip, jista' l-Ministru jassikura lill-Kamra li dan m'huwa fl-ebda mod se jaffetwa x-xogħlijiet fuq l-Isptar tal-Onkoloġija u taċ-ċentri varji tas-saħħa f'tali mod li dawn jistgħu jaqgħu lura fl-iskedar tagħhom speċjalment billi huwa mifhum li l-Foundational for Medical Services kważi diġà qabżet il-limiti tar-riżorsi finanzjajri u umani tagħha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li m’hemm l-ebda indikazzjoni li x-xogħolijiet fuq iċ-ċentru tal-Onkoloġija u fuq proġetti oħra li qiegħdha taħdem fuqhom il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ser jaqa’ lura minħabba l-Isptar St. Philip’s.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — diplomats

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin kemm-il diplomats daħlu dawn l-aħħar erba' snin, din l-aħħar sena u dawn l-aħħar sitt xhur? Kemm-il diplomat daħal wara sena li għamel l-eżami? Fuq liema kriterji jintagħżlu id-diplomats Maltin, biex imorru jservu fl-ambaxxati?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dawn l-aħħar erbgħa (4) snin ġew ingaġġati b'kollox sebgħa u tlettin (37) Second Secretaries. Minn dawn is-37 daħlu dsatax (19) f'din l-aħħar sena u minn dawn id-dsatax (19) daħlu għaxra (10) f'dawn l-aħħar sitt xhur. Ġeneralment meta jkun hemm vakanzi fl-ambaxxati ta' Malta, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin joħroġ ċirkulari nterna li tinġieb għall-attenzjoni tal-uffiċjali tal-Ministeru u l-Korp Diplomatiku Malti kollu. Dawk interressati jintalbu jissottomettu 'expression of interest' li fiha jindikaw il-preferenzi tagħhom kif ukoll ir-raġunijiet għalfejn jaħsbu li għandhom jiġu ikkunsidrati għakk-dawn il-vakanzi. Wara, issir evalwazzjoni interna ta' dawn l-expressions of interest' inkluż esperjenza, disponibilita, kif ukoll kwalitajiet professjonali pertinenti li jkunu meħtieġa ghal vakanzi nfushom. Wara li jittiehdu d-deċiżjonijiet, dawn jiġu ppubblikati f'posting order'. Ta' min jinnota li f'dawn l-aħħar snin, sar sforz kbir minn naħa tal-Ministeru tiegħi sabiex jiġu promossi u jintbgħatu jservu barra minn Malta kemm jista jkun dawk hekk imsejħa 'career officers' tal-korp diplomatiku Malti fil-livelli kollha inkluż dak ta' ambaxxaturi.