Bormla — knisja ta' San Ġwann t'Għuxa - upgrading tal-inħawi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li quddiem il-knisja ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla eżatt ħdejn il-garaxxijiet li jiġu qrib is-sur tiġi rranġata t-triq u ikun hemm upgrading ta' dawk l-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għad m’hemmx pjanijiet definiti għal xogħol ta’ upgradinging mid-Dipartiment fi ħdan dan il-Ministeru fi-żona imsemmija. Rigward xogħlijiet ta’ toroq, nistieden lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni li huwa responsabbli minn Transport Malta.
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet u l-indirizzi tal-istituzzjonijiet/persuni li għandhom l-awtoritajiet li jagħtu l-korsijiet li jwasslu biex persuna tkun kwalifikata bħala care worker?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn xogħol li kien imwiegħed fi Triq Preziosi, Ħal Lija iktar minn sena ilu għadu ma sarx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma nafx l-Onorevoli Interpellant x’jixtieq ifisser bil-kelma ‘wegħda’.
Infurmat li l-Kumitat għat-tisbih tal-Ambjent u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija kienu qed jiddsikutu proposta għal
upgrade
ta’ Triq Preziosi. Min-naħa tiegħu l-Kunsill Lokali ssottometta proposta u l-istima tagħha hija ta’ €73,000.
Il-Gvern għadu bl-intenzjoni li jgħin sabiex dan il-proġett jitwettaq fil-futur.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37487 u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-households li għandhom apparat fotovoltajku u jinsabu issa mqabbda mal-grid tal-elettriku? Qegħdin jingħataw credits fil-kontijiet tagħhom għall-kontribut li qed jagħmlu fil-grid? Jekk le, x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li s-sistema tal-billing ġiet aġġiornata u dawn l-accounts qed jiġu billed fuq rata u bażi ta’ sistema fotovoltajika.
Dawn kollha huma mqabbda mall-
grid
ta’ l-elettriku u qed jiġu
billed/credited
skont iċ-ċiklu normali tal-
billing
. B’kollox kien hemm mal-5,085 applikazzjoni għal sistemi ta’ pannelli fotovoltajiċi. Minn dawn, hemm 317 minnhom li għad jridu jiġu proċessati u installati l-meters għalihom, fuq il-post.
Could the Prim Minister answer parliamentary question 37340 and please clarify whether it is the policy of the Malta Government to subject European Union nationals registered in Malta as long term residents with a Malta issued ID card stating residence, to higher utility charges than for Maltese nationals (via ARMS Ltd.)? Why is their ID card not accepted as proof of residence in line with the practice for Maltese nationals? Does the same policy equally apply to public transport (via Arriva)? Does not such a policy contravene EU rules covering equal treatment for all EU nationals in all member states? Did the European Commission decide on 27 September 2012 to send a letter of formal notice to Malta for incorrect application of the Free Movement Directive?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea reġistrati f’ Malta bħala residenti fit-tul huma eliġibbli għal tariffi residenzjali għall-ilma u l-elettriku bl-istess mod bħal ċittadini Maltin. Ċittadini Maltin li huma residenti f’Malta huma eliġibbli għal tariffi “residenzjali” għall-ilma u l-elettriku bl-istess mod bħal ċittadini mhux Maltin residenti f’ Malta.
Id-distinzjoni bejn tariffi “residenzjali” u “non-residenzjali” huma stabbiliti permezz tar-Regolament 36 tar-Regolamenti fuq il-Privvista tal-Elettriku (L.S 423.01) u Regolament 12 tar-Regolamenti fuq il-Fornitura tal-Ilma ( L.S 423.03).
Jeżistu żewġ rati għal konsum ta’ l-elettriku u l-ilma: waħda ntitolata “domestika” u l-oħra “residenzjali”. Ir-rata domestika tapplika għal postijiet mhux kummerċjali kif ukoll għal djar sekondarji u garaxxijiet. Ir-rata residenzjali tapplika għar-residenza prinċipali tal-individwu. Individwu jista’ jkollu biss residenza prinċipali waħda. Resident f’Malta li għandu iktar minn dar waħda għandu jindika waħda minnhom bħala r-residenza prinċipali u jħallas ir-rata “residenzjali” fuq il-konsum tar-residenza prinċipali u r-rata domestika fuq ir-residenzi sekondarji u kwalunkwe residenza oħra f’Malta. Persuna li għandha r-residenza prinċipali barra minn Malta m’hijiex intitolata għar-rata “residenzjali” fuq ir-residenza jew residenzi sekondarja oħra f’Malta. Sakemm ir-residenza prinċipali hija barra mill-gżejjer Maltin kwalunkwe dar li persuna jista’ jkollha f’Malta hija awtomatikament klassifikata bħala residenza sekondarja u l-konsum għandu jiġi mħallas skont ir-rata domestika. L-istess prinċipju għandu japplika ugwalment għaċ-ċittadini kollha li jghixu Malta, kemm Maltin u mhux. Għall-iskopijiet biex jiġi stabbilit li persuna tgħix Malta, ċittadini Maltin huma meħtieġa li jippreżentaw il-Karta ta’ l-Identità nazzjonali filwaqt li ċittadini ta’ l-Unjoni Ewopea jew ta’ pajjiżi terzi li jgħixu Malta li m‘għandhomx Karta ta’ l-Identità nazzjonali Maltija permanenti huma meħtieġa li jippreżentaw ċertifikat mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates (Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin). Fil-każ taċ-ċittadini Ewropej, dan iċ-ċertifkat jista’ jkun Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni jew Karta tar-Residenza skont l-istandards ta’ l-UE, jew permess tar-residenza fit-tul.
Il-Karti ta’ l-Identità Maltin bħalissa qed jiġu riveduti. F’dan ir-rigward, l-Onorevoli Interpellant jista’ jirreferi ghall-Ordni tal-2012 dwar l-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti oħra tal-Identità (A.L 308/12). S’issa għadu possibbli għal persuna biex ikollha Karta tal-Identità li tispiċċa bl-ittra “A” - din hija Karta ta’ l-Identità temporanja li tindika li r-residenza hija ta’ natura temporanja, u għaldaqstant, din m’hijiex valida bħala prova ta’ residenza permanenti. Dawn il-karti ta’ l-identità ser jitneħħew b’mod gradwali. Dawn il-karti ta’ l-identità bl-ebda mod ma’ jippreġudikaw id-dritt ta’ ċittadin mill-Unjoni Ewropea li jakkwista Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni jew Karta tar-Residenza skont l-istandards ta’ l-UE, jew permess tar-residenza fit-tul, kif spjegat aktar ‘il fuq.
L-istess prinċipju japplika għat-transport pubbliku (Arriva). Kull ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropea residenti f’ Malta u li għandu fil-pussess tiegħu dokumenti ta’ residenza kif ukoll kull min għandu Karta ta’ l-ldentità Maltija huwa ntitolat għall-istess tariffi residenzjali ta’ trasport.
Fis-27 ta’ Settembru 2012, Malta rċeviet Ittra ta’ Tqegħid fil-Mora dwar allegat ksur tad-Direttiva tal-Moviment Ħieles. Fl-istess ittra, l-Kummissjoni qed titlob lil Malta biex tipprovdi l-osservazzjonijiet tagħha fuq dawn l-allegazzjonijiet. Il-Gvern qed jevalwa l-mistoqsijiet speċifiċi tal-Kummissjoni bil-għan li twieġeb l-Ittra ta’ Tqegħid fil-Mora.
Jafx il-Ministru li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li kien involut f’inċident waqt xogħol mal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun u li kawża ta’ dan l-inċident huwa għandu bżonn operazzjoni u għalhekk ma jistax jaħdem u li ilu għal aktar minn sena f’dawn iċ-ċirkostanzi? Jafx il-Ministru li ilu jistenna dan iż-żmien kollu sabiex isirlu intervent kirurgiku fl-Isptar Mater Dei? Jidhirlu l-Ministru li dan huwa żmien inaċċettabbli u għalhekk għandu jintervjeni sabiex isirlu l-intervent li għandu bżonn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjent li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie eżaminat fl-l ta’ Lulju ta' l-2012 fejn ġie deċiż li l-aħjar soluzzjoni għaliħ tkun Right Total Knee Arthroplasty. Ghaldaqstant il-pazjent imsemmi tpoġġa fuq il-lista għal din l-operazzjoni minn dik in-nhar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36979 u 37257 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36981 u 37256 u jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36983 u 37255 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Settembru u Diċembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36984 u 37254 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Jannar u Awwissu 2012 ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37121 u 36562 u jgħid wasalx iż-żmien li sewwieqa b'vettura ingaġġati mill-gvern (ex-impressed) tiġi riveduta l-allowance tagħhom wara 20 sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 36563.
Santa Venera — Triq Reġjonali - tniġġis tal-ħoss mill-mina
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37120 u 36479 u cioè: Fir-rigward ta' Triq Reġjonali Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru sabiex jonqos it-tniġġis tal-ħoss mill-mina li tgħaddi minn go nofs din it-triq residenzjali? Jistgħu il-ħitan tat-toroq isiru għat-tond 'il fuq sabiex jonqos dan l-inkonvenjent?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar is-sena l-oħra għamlet mapep strateġici minn dawk it-toroq li jeċċedu s-6,000,000 passaġġi f'sena. Triq Reġjonali, Santa Venera ukoll ġiet inkluża f'dan l-eżerċizzju. Dawn il-mapep saru b'muddellar 3D (bil-kompjuter), iġifieri b'kalkulazzjoni u mhux b'kejl. L-Awtorita' għamlet ukoll il-pjan t'azzjoni dwar l-istorbju mit-toroq maġġuri li ġew identifikati mill-istess mapep. Dan il-pjan jidentifika l-proċess għall-pjan t'azzjoni li jista' jittieħed meta jkun hemm xi toroq li jeċċedu livelli ta' ħsejjes stabbiliti. Infurmat illi t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant tagħmel parti minn dan il-pjan.
Dan il-pjan t'azzjoni nħareġ għall-konsultazzjoni pubblika u qiegħed jiġi ffinalizzat. Ġa la darba dan jiġi ffinalizzat, ippublikat u jibda x-xogħol fuq dan il-pjan t'azzjoni, il-MEPA tkun f'posizzjoni li tagħmel rakkomandazzjonijiet lil Transport Malta bħala l-Awtorita’ Kompetenti, sabiex isiru miżuri biex jitnaqqsu ħsejjes ambjentali f'toroq li jkunu ġew identifikati bħala problematiċi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37520, filwaqt li napprezza l-ħidma tad-dipartiment u l-applikazzjoni tar-Regolaturi tal-1993, u filwaqt li ngħarraf li d-direct orders huwa parti integrali mill-mod kif jinxtraw is-servizzi u l-prodotti, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kull kemm żmien isiru l-verifiki u meta jirċievu l-minuti l-istess dipartiment? (Kemm tard)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-minuti tal-Kunsilli Lokali, inklużi schedule of payments, għandhom jitpoġġew fuq il-website www.lc.gov.mt fi żmien jumejn wara li jkunu approvati. Il-monitoring officers tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali jkunu qed isewgu dawn il-minuti biex jaraw jekk hemmx xi irregolarità li dwarha jkun hemm bżonn li tinġibed l-attenzjoni tal-Kunsill. Ta’ min jinnotta wkoll li anke meta Kunsill Lokali jdum ma jpoġġi l-minuti tiegħu fuq il-website, dan jiġi infurmat biex jagħmel hekk minnufih.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37481 (a) u (b), jista' l-Ministru jgħid jekk tali xogħlijeit meħtieġa fl-appartament stess isirux ukoll mill-awtorità stess? Fil-każ tat-tweġiba għal punt (ċ), meta hu maħsub li dawn it-toroq jiġu inklużi fl-iskemi ta' xiri ta' appartamenti tal-gvern?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-21 t’Awwissu, 2012 ingħalqet l-iSkema SM sabiex l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ tagħmel it-tiswijiet ta’ strutturi perikolużi ġewwa l-appartamenti ukoll. Qabel dan seta’ jsir biss jekk issir applikazzjoni għall-iskema imsemmija mill-inkwilin.
F’dawn il-ġimgħat l-Awtorità qed toħroġ diversi tenders maqsumin f’diversi reġjuni ta’ Malta u Għawdex sabiex titħaffef l-effiċjenza li biha jsiru t-tiswijiet meħtieġa.
Fil-każ tal-faċċati, l-Awtorità tad-Djar bdiet programm estensiv ta’ manutenzjoni ta’ housing estates fejn flok tissewwa l-ħsara fuq talba tal-inkwilin, uffiċjali tal-Awtorità qegħdin jispezzjonaw fid-dettal kull binja sabiex jiġu identifikati bżonnijiet ta’ tiswija kollha, inkluż fil-faċċati.
L-ewwel tender li ħarġet kienet tkopri Block A u F, Binja Skorba, Mġarr. Fil-ġimgħat li ġejjin ħerġin t-tenders għal Blk 5A u 5B, Triq is-Sur, L-Isla, u Okella Agius, Ħamrun.
Il-medja tal-valur tax-xogħlijiet ta’ kull tender huwa ta’ madwar €250,000.
Meta jitlestew dawn ix-xogħlijiet, il-binjiet ser jiddaħħlu fi programm ta’ manutenzjoni preventiva li tara illi l-ħsarat jiġu evitati.
Il-proprjetajiet fit-toroq imsemmija għad ma jistgħux joħorġu għal bejgħ minħabba illi dawn inbnew fuq art taħt
Possession & Use
u s-sidien oriġinali għadhom qed jiġu identifikati mid-Dipartimenti tal-Artijiet sabiex jingħatalhom kumpens xiereq. Qabel ma jsir dan, l-Awtorità tad-Djar ma jkollha l-ebda titolu illi toħroġhom għal bejgħ.
Studenti li għandhom Diploma in Nursing — infermiera u carers
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37482. jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni gradwati f'Diploma in Nursing li għadhom jaħdmu f'grad ta' carer?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37477, jista' l-Ministru jara li l-avukat jew prokuratur legali li jkun imissu jassisti persuna fil-Qrati Ċivili u tal-Familja jirreferi lill-klijent intitolat għall-għajnuna legali biex dan imur għand avukati oħra fil-privat?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura skont il-liġi hija dik kif imfissra fir-risposta preċedenti. Jekk l-Onor Membru qed jirreferi jistax ikun il-każ li l-avukat u l-prokuratur legali hekk nominati mill-elenku, huma stess jirreferu lil klijent għand avukat jew prokuratur legali ieħor kemm minn dawk li huma fuq l-elenku u kemm jekk ma jkunx, il-liġi ma tipprovdix għal dan.
Kunsilli lokali tal-11-il distrett elettorali — xiri ta' servizzi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif dwar kemm kien hemm sejħiet ta' interess mill-kunsilli lokali tal-11-il distrett elettorali minn l-1 ta' Jannar 2012 sal-aħħar t'Ottubru 2012 għal xiri ta' servizzi, lokal lokal? X'kienu dawn is-sejħiet u x'kienu r-riżultati ta' dawn is-sejħiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kunsilli lokali tas-7 distrett elettorali — xiri ta' servizzi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif dwar kemm kien hemm sejħiet ta' interess mill-kunsilli lokali tas-7 distrett elettorali minn l-1 ta' Jannar 2012 sal-aħħar t'Ottubru 2012 għal xiri ta' servizzi, lokal lokal? X'kienu dawn is-sejħiet u x'kienu r-riżultati ta' dawn is-sejħiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali — xiri ta' servizzi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif dwar kemm kien hemm sejħiet ta' interess mill-kunsilli lokali tal-12-il distrett elettorali minn l-1 ta' Jannar 2012 sal-aħħar t'Ottubru 2012 għal xiri ta' servizzi, lokal lokal? X'kienu dawn is-sejħiet u x'kienu r-riżultati ta' dawn is-sejħiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża matul din is-sena fuq Eko-Għawdex? Tista' tagħti l-breakdown ta' din l-ispiża?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li sal-aħħar ta' Ottubru 2012 l-ammont imħallas u li qed jiġi pproċessat biex jitħallas hu €2,444,248.90. Il-kumplament tal-fondi huma kommessi u ser jintużaw matul din is-sena 2012. Dawn il-fondi ntefqu kollha fuq proġetti u inizjattivi marbuta mal-Pjan ta' Azzjoni Eko-Għawdex 2010-2012.
Apparti dawn il-fondi stanzjati mill-Gvern, matul din is-sena kien hemm ukoll nefqa ta' madwar €625,000 li ġew mill-proġett Alter Aqua ffinanzjat minn Coca Cola Foundation.