B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 34508, 35620, 36038 u 36846, jista' l-Ministru issa jgħid għaliex qed jostor l-informazzjoni mitluba dwar il-fondi kapitali minfuqa mill-Ministeru għal Għawdex? Peress li r-rifjut kontinwu li tingħata l-informazzjoni mitluba jnissel dubji serji ta’ possibilità ta’ abbużi aktar u aktar meta l-Awditur Ġenerali sab ħafna irregularitajiet serji tal-Ministeru għal Għawdex fl-infiq ta’ flus il-poplu tant li t-Times of Malta qalet li l-istess Ministeru jieħu l-midalja tad-deheb għall-abbużi li jsiru minnu, jista’ l-Ministru jassigura lill-Kamra li ma kienx hemm abbużi f’din in-nefqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36845 u igħid kemm entitajiet ġew privatizzati mill-1999 sa Diċembru 2011? Liema huma? Kemm kienu jħaddmu nies magħhom kull waħda minnhom f’Malta u f’Għawdex separatament meta ġew privatizzati? Liema huma l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati? Kemm qed iħaddmu nies magħhom illum f’Malta u f’Għawdex separatament kull waħda minnhom l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37513 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jispeċifika liema huma l-istanzi li fihom persuna li jkollha l-OMAS pass għax taħdem f'post tax-xogħol li tirrikjediha tidħol fl-ajruport titlef id-dritt li tibqa' żżomm dan l-OMAS pass? Fi kliem ieħor liema huma l-istanzi li minħabba fihom jista' jittieħed jew jiġi rtirat l-OMAS pass mill-awtorità kompetenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-istanzi li minħabba fihom jista' jittieħed jew jiġi rtirat l-Airport Security Pass huma meta l-OMAS tiġi nfurmata mill-kumpanija jew entità li min ikun inħariġlu l-Airport Security Pass ikun temm l-impjieg tiegħu jew f’każijiet li jaqgħu taħt it-termini tal-Avviż Legali 488/2011.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta se jibda x-xogħol fuq il-parkeġġ tal-Katidral ta' Għawdex? Meta saret it-talba għall-ħruġ tal-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-progett? Għaliex għadu ma ħariġx il-permess?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta hu ppjanat li jitlesta ix-xogħol fuq ir-restawr tal-faċċata tal-Katidral ta' Għawdex u jekk ix-xogħol hux miexi skont kif pjanat? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-proġett? Kemm dam biex ġie ottenut il-permess relattiv?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra
Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra meta se jibda x-xogħol fuq il-parkeġġ tal-Katidral ta' Għawdex? Meta saret it-talba għall-ħruġ tal-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-progett? Għaliex għadu ma ħariġx il-permess?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra meta hu ppjanat li jitlesta ix-xogħol fuq ir-restawr tal-faċċata tal-Katidral ta' Għawdex u jekk ix-xogħol hux miexi skont kif pjanat? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-proġett? Kemm dam biex ġie ottenut il-permess relattiv?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-faċċata tal-Katidral ta' Għawdex mhux qed jitwettaq mill-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix ma' bintha li hi persuna b'diżabilità f'fond bil-kera tapplika biex tibdel il-kamra tal-banju li tinsab f'kundizzjoni ħażina ħafna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda talba minghand il-persuna imsemmija.
Ghalldaqstant din il-persuna gentilment mitluba tavvicina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex tigi mghejjuna timla applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm applikaw infermiera għal
post
ta'
deputy nursing officer
fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità;
b) kemm għaddew minn dawn l-infermiera applikanti; u
c) kemm se jiġu ingaġġati minnhom f'dan il-post?
Jista' jagħti d-dettalji bl-ismijiet ta' dawk li għaddew, skont il-klassifika li ngħataw, kif ukoll l-kwalifiki (lista ta' kwalifiki li ppreżentaw ma' l-applikazzjoni u/jew waqt l-interview), l-esperjenza sħiħa li għandhom bħala infermiera fid-dipartiment, u wkoll abilitajiet oħra li ppreżentaw fis-CV tagħhom, applikant, applikant?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li applikaw 348 persuni għall-post ta’ Deputy Nursing Officer fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, li minnhom għaddew 286.
L-ingaġġ tal-applikanti li għaddew isir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku. Dettalji ta’ min għadda kif ukoll il-klassifika tagħhom ġew publikati meta tpoġġa r-riżultat fuq in-
noticeboards
tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku kif ukoll fuq dik tal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità u tal-isptarijiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru.
Informazzjoni rigward dokumenti preżentati mill-applikanti hija kunfidenzjali u kwalunkwe talba li ssir f’dan ir-rigward għandha ssir lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Transport Malta — servizz tal-Arriva - rotta li tidħol f'Popeye's Village
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-Transport Malta li fost it-rotot ta' Malta permezz tal-Arriva, tiddaħħal Popeye's Village bħala post minn fejn tgħaddi l-Arriva, speċjalment meta dan il-post huwa destinazzjoni turistika?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Mediċina Gilenya — tender biex tinxtara l-mediċina
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-pjan li fis-settur tas-saħħa pubblika tiddaħħal il-mediċina Gilenya (Fingolimod) pillola li pazjenti bl-Multipe Sclerosis jieħdu darba kuljum minflokk it-titqiba Interferon u li l-istudji juru tnaqqis fir-relapse tal-marda b'madwar 50%? Fl-affermattiv, meta mistennija li joħorġu t-tenders biex tinxtara din il-mediċina?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Gilenya® hija mediċina li fiha s-sustanza attiva fingolimod li tintuża fil-kura ta’ adulti bl-isklerożi multipla attiva ħafna. S'issa din il-mediċina ma tinstabx fil-Formularju tal-Gvern. Ma jistgħux jinħarġu tenders biex jinxtraw mediċini qabel dawn il-mediċini jitpoġġew fuq il-Formularju.
Persuni li jbatu minn Alzeihmer Diseases — mediċina b'xejn
Question
Billi xi xhur ilu kien approvat f'din il-Kamra li persuni li jbatu minn Alzeihmer Diseases huma intitolati għall-mediċina b'xejn taħt l-iskema V tas-Servizzi Soċjali, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li:
a) il-gvern jixtri din il-mediċina;
b) kemm-il kartuna tax-Schedule V (kartuna safra) ħarġet li tintitola pazjenti għal kura b'xejn għall-Alzeihmer Diseases;
ċ) meta se toħroġ it-tender biex tinxtara l-mediċina għall-Alzeihmer Diseases; u
d) meta mistenni li l-ewwel pazjenti se jibdew jirċievu l-mediċina b'xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tibdil infrastrutturali fl-Isptar Zammit Clapp, Sptar Boffa, Sptar Karen Grech u Sptar San Luqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar 15-il sena kemm-il pjan ta' tibdil infrastrutturali sar fl-Isptar Zammit Clapp, Sptar Boffa, Sptar Karen Grech u Sptar San Luqa (inkluż l-ex outpatients ) Min kienu l-periti li għamlu d-disinji? Kemm kienet it-talba tal-ispiża tal-periti f'kull każ? S'issa, kull perit kemm tħallas għas-servizz li kien ta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Sptar Zammit Clapp
Il-pjan originali tad-Dipartiment tas-Saħħa bejn is-sena 2005 u 2006 kien li ġewwa l-Isptar Zammit Clapp kellu jsir xogħol ta’ refurbishment; u wkoll jsir il-bini ta’ Dipartiment tar-Radjuterapija u mhux li jsir centru specjalizzat ghal-kura tal-kanċer.
Il-Perit li għamel id-disinji tad-Dipartiment tar-Radjuterapija ġewwa l-Isptar Zammit Clapp huwa l-Perit Valerio Schembri ta’ Valerio Schembri Project Workshop Ltd. Dan il-Perit għadu ma tħallas xejn u l- Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità ittieħed il-Qorti sabiex titħallas claim għal xoghol li allegament sar minn dan il-Perit. Sentenza tal-Qorti li ingħatat riċenti kienet kontra l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.
Il-Ministeru mistenni jappella minn din is-sentenza.
Sptar Boffa
Mit-2009 l-hawn ix-xogħol ta’ disinji dwar tibdil infrastrutturali ġewwa l-Isptar Boffa sar kollhu mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Ma ġewx ingaġġati terzi Periti sabiex jagħmlu xogħol ta’ disinji jew xogħol ta’ tibdil infrastrutturali matul dan iż-żmien.
Sptar Karen Grech
Mit-2009 l-hawn ix-xogħol ta’ disinji dwar tibdil infrastrutturali ġewwa l-Isptar Karen Grech sar milll- Fondazzjoni ghas-Servizzi Mediċi. Ma ġewx ingaġġati terzi Periti sabiex jagħmlu xogġol ta’ disinji jew xogġol ta’ tibdil infrastrutturali matul dan iż-żmien. F’ Awwissu tat-2007 ġew outsourced is-servizzi ta’ Perit sabiex jagħmel xi xogħol ta’ disinji u sabiex jagħti xi konsulenza iżda din l-attivita’ ġiet itterminata fl-2009. Ma jirrizultax li sar xi xogħol mil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità fuq disinji dwar tibdil infrastrutturali matul l-aħħar ħmistax-il sena.
Sptar San Luqa
Mit-2009 l-hawn ix-xogħol kollhu ta’ disinji dwar tibdil infrastrutturali ġewwa l-Outpatients tal-Isptar San Luqa sar kollhu mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Medici. Ma ġewx ingaġġati terzi Periti sabiex jagħmlu xogħol ta’ disinji jew xogħol ta’ tibdil infrastrutturali matul dan iż-żmien. Ma jirriżultax li sar xi xogħol mil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità fuq disinji dwar tibdil infrastrutturali matul l-aħħar ħmistax il-sena.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ornamenti tal-ġebel li kienu fuq il-pliastri mal-Bieb prinċipali taċ-Ċimiterju tal-Mosta jkunu restawrati sabiex jerġgħu jieħdu posthom fejn kienu qabel ma inqalgħu minħabba l-ħsara li kellhom? Jista' jgħid x'se jsir biex ir-restawr ta' dawn l-ornamenti tal-ġebel jsir?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ornamenti tal-ġebel li kienu fuq il-pilastri fiċ-Ċimiterju tal-Mosta tneħħew peress li kienu sors ta’ periklu. Id-Direttorat għal Saħħa Ambjentali qed jagħmel l-arranġamenti kollha sabiex isiru t-tiswijiet neċessarji sabiex jitpoġġew f’posthom mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'każ ta' individwu li huwa s-sid u għandu raba privati li iżda m'għandu l-ebda aċċess ħlif li jagħmel użu minn passaġġ li jgħaddi mir-raba tal-gvern li hemm idawwar ir-raba ta' dan il-bidwi? Għalhekk, f'dan il-każ, il-bidwi għandu dritt li jgħaddi mir-raba li hemm u li fiha hemm passaġġ li jwassal għar-raba ta' dan il-bidwi?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fin-nuqqas li kuntratt bilaterali jipprovdi għal użu ta’ dritt ta’ passaġġ, f’dan il-każ japplikaw il-provedimenti rispettivi tal-Kodiċi Ċivili (Kap.16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
Enemalta — ċifra ta' flus għall-elettriku ġġenerat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tħallas llum bħala kumpenss għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajici lill-familji li zviluppawha u bdew joperaw fid-djar privati u jew stabilimenti kummercjali ? Jista’ jgħid meta fil-fatt se jitħallsu? Għaliex fil-fatt għadhom ma tħallsux?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Diesel biex jitħaddem l-inċineratur tal-Marsa — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għad-diesel biex jitħaddem l-inċineratur tal-Mrsa sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa biex jitħaddem l-inċineratur ieħor kawża ta' ħsarat li kellu l-inċineratur in kwistjoni matul l-istess perjodu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Wastserv ma għamlet l-ebda nfieq ieħor fuq inċineraturi oħra barra fuq l-uniku inċineratur li hija għandha, ninfurmah li qiegħed impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għal ħsarat li riżultaw fl-inċineratur tal-Marsa din is-sena? Jista' jagħti l-istess breakdown għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Bormla — knisja ta' San Ġwann t'Għuxa - upgrading tal-inħawi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li quddiem il-knisja ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla eżatt ħdejn il-garaxxijiet li jiġu qrib is-sur tiġi rranġata t-triq u ikun hemm upgrading ta' dawk l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.