Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz ta' day centres għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża matul l-2012 maħsuba biex ikompli jinfirex fil-komunità s-servizz ta' day centres għall-persuni bi problemi tas-saħħa mentali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul is-sena 2012 l-Isptar Monte Carmeli alloka €450,000 sabiex jinfirxu servizzi ta’ saħħa mentali fil-komunità. Din l-ispiża ma kienitx allokata biss sabiex jinfirxu Day Centres, iżda wkoll għall-firxa ta’ kliniċi u sabiex jiġu msaħħin servizzi ezistenti kemm ta’ Day Centres kif ukoll kliniċi għas-saħħa mentali fil-komunità. Illum għandna ħames ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni ta’ problemi ta’ saħħa mentali.

Gżira — day centre għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk infetaħx day centre għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali fil-Gżira? Jekk iva, x'kienet l-ispiża issa u kemm kienu l-pazjenti li bbenefikaw? Jekk le, għaliex għadu ma bedix u meta huwa maħsub li jibda?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s’issa għadu ma nfetaħ ebda Day Centre fil-Gżira għal nies bi problemi ta’ saħħa mentali. F’dawn l-aħħar snin sar ħafna investiment u żvilupp fis-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità. Qabel jinfetħu servizzi ġodda qegħdin nikkonsolidaw is-servizzi diġa eżistenti. .

Mosta, ir-Rabat u Birkirkara — day centre għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk infetaħx day centre għall-persuni bi problemi ta' saħħa mentali fil-Mosta, ir-Rabat u Birkirkara? Jekk iva, x'kienet l-ispiża issa u kemm kienu l-pazjenti li bbenefikaw? Jekk le, għaliex għadu ma bedix u meta huwa maħsub li jibda?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s’issa nfetħu Day Centres fil-lokalitajiet ta’ Qormi, Cospicua, Zejtun, Paola u Floriana. Day Centres fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq huma pjanati li jinfetħu fit-tlett snin li gejjin.

Kotba tal-Reliġjon tal-Year 6

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-ktieb tar-Reliġjon tal-year 6 inbidel meta kienet bdiet is-sena skolastika fejn ħafna tfal sal-lum għad m'għandhomx il-ktieb il-ġdid beix jistudjaw fuqu? Għaliex dan ma sarx waqt il-perjodu tas-sajf meta l-istudenti jkunu bdew jixtru l-kotba tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sillabi u t-testi marbuta magħhom tar-reliġjon huma responsabbilta’ finali tas-Segretarjat tal-Katekeżi fi ħdan il-Knisja Kattolika. Sehem il-DQSE huwa biss li jikkontribwixxi għat-tiswir tagħhom permezz tal-uffiċjali tiegħu u jiffinanzja t-testi għall-iskejjel tal-istat. L-iskejjel kien ġew infurmati lejn l-aħħar tas-sena skolastika 2011-12 li kien se jinbidel is-sillabu tal-Year 6 u li għas-sena skolastika ta’ wara, tal-2012-13, kien se jkun hemm test ġdid. Ġara iżda li fil-bidu ta’ din is-sena skolastika d-DQSE gie informat minn dan is-Segretarjat li t-testi ta’ xi snin fosthom tal-Year 6 ma kinux se jkunu lesti fil-hin. Għat-testi tal-Year 6 ingħatat garanzija li t-test ikun lest fl-ewwel Term ta’ din is-sena skolastika. Għalhekk, anke għaliex l-għalliema kienu ilhom sajf jippreparaw għas-sillabu l-ġdid tal-Year 6, ittieħdet id-deċiżjoni li jinżamm dan is-sillabu l-ġdid u li jittieħdu dawn il-miżuri ta’ appoġġ lill-iskejjel: Þ Il-materjal kollu meħtieġ għat-tagħlim ikun ipprovdut elettronikament u jkun jista’ jintuża fil-klassijiet permezz tal-interactive whiteboards Þ L-Uffiċjali Edukattivi tar-reliġjon jippreparaw karta mudell tal-eżami ta’ nofs is-sena biex jaġevolaw lill-għalliema Þ Dawn l-Uffiċjali jduru kull skola biex jassiguraw irwieħom li l-għalliema għandhom l-appoġġ kollu meħtieġ Þ Kull klassi ngħatat 25 Ewro mill-fondi ċentrali biex tkopri l-fotokopji żejda tal-worksheets sakemm jiġu t-testi, u Þ Ġie ppreparat sillabu tal-eżami tal-Year 6 ad hoc għas-Sena skostika 2012-13 biss (ara c-cirkulari annessa) biex jittaffa l-inkonvenjent għall-istudenti u l-għalliema.

Ħruġ tad-Direttorji tat-telefown

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 37479, fejn qed jingħad li l-MITA se tippubblika hi d-direttorju tas-servizzi tat-telefon, jista'l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif l-istess MITA se tiffinanzja l-pubblikazzjoni tad-diretorju?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li deċiżjoni bħal din tittieħed wara li ssir konsultazzjoni mall-Ministeru tal-Finanz,i meta jintemm l-eżerċizzju preżenti biex tiġi determinata l-metodoloġija tal-ġbir tal-informazzjoni u l-istejjem tal-ispejjeż tal-produzzjoni.

Tkabbir ta' tadam għall-ipproċessar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37446 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar min liema lokalitajiet huma l-bdiewa li qed ikabru t-tadam għal skop ta' proċessar? Kemm hu n-numru ta' bdiewa, raħal raħal skont ir-raħal li minnhom ġejjin li ikabbru t-tadam? Kif jinqasmu skont l-irħula t-tunellati ta' tadam li ġie proċessat din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument b’tabella li turi in-numri ta’ bdiewa li qed ikabru t-tadam għal skop ta' proċessar maqsuma skont il-lokalitajiet, ninfurmah li l-lokalitajiet murija huma dawk li fuqhom huma reġistrati il-bdiewa. Niġbed l-attenzjoni li ma tinġabarx informazzjoni ta’ammont ta’tadam għall-ipprocessar f’tunellati skont l-irħula imma hi klassifikata skont kull bidwi u mhux skont kull raħal. Għalhekk biex tinħareġ l-informazzjoni mitluba jkun meħtieġ proċess twil manwali u ma kienx ikun possibbli ngħati tweġiba f’din is-Seduta peress li ħafna mill-bdiewa bosta drabi ikollħom diversi għelieqi imxerdin f’iktar minn lokalità waħda.

Applikazzjoni għal xiri ta' fond

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet t-talba li saret mill-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li applika biex jixtri il-fond tiegħu li jinsab il-Birgu li s-sid huwa il-Gvern ta' Malta?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern lesta x-xogħol kollu sabiex il-binja li tinkludi fiha l-fond li dettalji tiegħu ntbagħtu separatament jiġi trasferit lill-Awtorità tad-Djar. Issa jonqos li l-Awtorità tad-Djar toħroġ Avviż legali li turi t-trasferiment ta’ din il-proprjetà u wara li dan l-avviż legali jiġi ppublikat, l-applikant ikun irid jagħmel l-arranġamenti mal-istess Awtorità tad-Djar biex jixtri l-fond in kwistjoni.

Awtorità tad-Djar — applikazzjoni għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separartament li għandha applikazzjoni għal post alternattiv quddiem l-Awtorità tad-Djar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant in kwestjoni applika għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar is-17 ta’ Novembru, 2010 u l-applikazzjoni tiegħu hija pproċċessata flimkien mal-applikazzjonijiet l-oħra. Il-lokalita' preferuta tiegħu hija l-Fgura.

Mosta — proċess għall-ftuħ ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36904 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36319, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment li ta r-risposta jivverifika l-informazzjoni li ngħatat f'dik ir-risposta la darba fir-realtà ta' ċirkostanzi li dwarhom saret il-mistoqsija, wieħed jista' jara li fit-triq imsemmija ma baqa' l-ebda biċċa art li għad trid tiġi żviluppata? Jista' jara li r-risposta tal-mistoqsija tiġi aġġornata? Fil-każ attwali fejn l-art fit-triq imsemmija hija kollha żviluppata, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li ssir sabiex t-triq imsemmija tinfetaħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

tibdil fir-rotta 31

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36919 u cioè:Ġaladarba l-klinka tal-gvern tal-Mosta ġiet magħluqa sabiex ikun mibnija mill-ġdid u issa dawk li kienu jinqdew minn din il-klinika sar ikun meħtieġ li jinqdew mill-klinika ta' Birkirkara, jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li r-rotta 31 temenda r-rotta tagħha sabiex ikun jista' jsir dak li kien isir b'rotta preċedneti 58 li kienet iddur mar-roundabout ta' fejn hemm it-triq biex tieħu għall-klinika ta' Birkirkara? Jaf il-Ministru li biex persuni jkunu jridu jinqdew mill-klinika ta' Birkirkara, ikollhom jaqsmu triq li hija arterja prinċipali li tista' tkun ta' periklu għal dawk li jkunu jridu jaqmsu din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li preżentament, dawk il-passiġġieri li jagħmlu użu mir-rotta 31 jistgħu jieqfu l-Isptar Mater Dei u minn hemm jirkbu mar-rotta 106 li għandha frekwenza ta’ kull 30 minuta u li twaqqaf lill-passiġġieri eżatt ħdejn il-klinika ta’ Birkirkara. Infurmat ukoll li r-Rotta 106 tgħaddi wkoll minn Triq in-Naxxar ġewwa Birkirkara u għaldaqstant persuna li trid tattendi l-klinika ta’ Birkirkara u tkun gejja ma’ xi rotta oħra li tgħaddi minn din it-triq, tista tieqaf fi Triq in-Naxxar u tirkeb ir-Rotta 106.

Palm reader fid-dipartimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36942 u jikkonferma jekk hux se tiddaħħal is-sistema tal-palm readers fid-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jekk fl-affermattiv, inħarġet it-tender għal dan ix-xogħol? Kemm se jitwaħħlu palm readers minn min rebaħ dan il-kuntratt u x'inhu l-valur tal-kuntratt?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qabel li jiġu stallati sistemi tal-palm readers fil-każijiet fejn il-management tad-dipartimenti konċernati ħassew il-bżonn li jagħmlu dan. Kull dipartment involut ħa l-passi neċessarji biex ssir l-implimentazzjoni neċessarja.

MRA — konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili - tankijiet tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37125 u 36604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Imdina — bini ta' ġibjun

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37136 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta (inkluż section) kif ukoll tal-permessi tal-ġibjun ġdid li qiegħed jinbena fil-foss tal-Imdina fejn qabel kien hemm it-tennis courts?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Belt — kiri tas-Saluting Battery

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37381, 36678 u 36315 u cioè: B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 34533, 35174 u 35169 u ġaladarba l-Ministru ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba fil-mistoqsija parlamentari 35174, jista' l-Ministru jgħid taħt liema klawsola tal-kapitlu 268 tal-Liġijiet ta' Malta, jiġifieri tal-att li jirregola t-trasferiment tal-proprjetà tal-gvern, saret il-konċessjoni esklussiva lill-Island Caterers?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37382, 36680, 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Sewwieqa tal-Arriva — xuffiera li ġew agrediti, insultati, mhedda u msawta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti intavolati minn sewwieqa tal-Arriva fejn irrappurtaw każijiet fejn huma ġew agrediti, insultati, mhedda u anke msawta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Talba għall-akwist ta' dar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'proċedura jonqos li tinħadem sakemm it-talba li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li qed isir lid-dipartiment ikkonċernat tkun tista' tiġi aċċettata?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ewwel ma jrid isir huwa li jiġi aċċertat min huma s-sidien tal-proprjetà li dettalji dwarha intbgħatu separatament. Dan jista’ faċiliment isir billi l-persuni interessati jagħmlu kuntatt mad-Dipartiment sabiex jiġi spjegat lilhom il-proċedura li tkun trid issir. Wara li s-sidien iġibu prova tat-titlu tagħhom fuq l-art li ġiet akkwistata mill-Gvern u jiġu rikonoxxuti mid-Dipartiment bħala s-sidien vera ta’ din l-art, is-sidien ikunu jistgħu jikkontestaw l-ammont offrut lilhom quddiem il-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet skont it-termini tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88).

Mosta — Club Naħla fis-servizzi edukattivi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37486, tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura sabiex fil-Mosta, fis-sistema edukattiva jkollu is-servizz ta' club Naħla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proċedura hi li l-iskola tal-lokalità titlob lill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi tiftaħ ċentru ta’ Klabb Naħla fl-iskola. Ta’ min ifakkar li dan is-servizz hu miftuħ għal dawk l-istudenti li jkunu ġejjin minn familji żvantaġġjati.

proġett dwar il-bini ta' rmiġġ għall-cruiseliners

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 36847, jista’ l-Ministru issa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istimi l-qodma u tal-istimi l-ġodda msemmija fit-tweġiba?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.