Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta. Negozji Żgħar u Konsumatur — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jinsab fl-Isptar Monte Carmeli u li applika għar-Residenza San Vinċenz de Paul imma għadu mingħajr risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni għall-ammissjoni fid-Dar tal-Anzjani msemmija, ġiet approvata. Il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġie infurmat permezz ta’ ittra mill-bord.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35318, jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li jidher li hemm xi żbalji fil-kontijiet tad-dawl u ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ARMS reġgħet għamlet kuntatt mal-klijent sabiex dan jirregola ruħu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34824, jista' l-Ministru jara li l-persuna kkonċernata tiġi kkuntatjata?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjoni tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern għadha l-istess kif kienet meta ngħatat ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34824. Però kif ingħad f’din ir-Risposta, saret stima riveduta tal-art indikata skont it-termini tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88). Id-Dipartiment jagħmel kuntatt mal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, aktar ’il quddiem, meta jkun f’pożizzjoni li jipproċedi bil-ħlas tal-kumpens dovut.
Jista' l-Ministru jara li l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jiġu kkuntatjati peress li minkejja li gawdew mir-riforma tal-eks ħaddiema tat-Tarzna, xorta waħda jħossu li hemm xi anomaliji?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni indikati minnu ġew infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħhom
Tista' l-Ministru tgħid meta se tiġi msejħa l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat biex tidħol bħala supply kindergarden teacher?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-riżultat għal Supply Kindergarten Assistants fejn tinsab il-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament ġie ppublikat mill-Public Service Commission fit-28 ta’ Ġunju 2012.
Qabel dan ir-riżultat hemm żewġ riżultati oħra. Riżultat li ġie ppublikat fis-26 ta’ Marzu 2012 fejn baqa’ 24 kandidati li għad iridu jiġu msejħa u riżultat ieħor li ġie ppublikat fl-14 ta’ Ġunju 2012 fejn għad iridu jissejjħu 19-il kandidat.
Wara li jiġu msejħa l-kandidati f’dawn iż-żewġ listi jibdew jiġu msejħa l-kandidati fit-tielet lista fejn tinsab il-persuna msemmija f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
Persuni li jservu fuq boards tal-gvern jew korporazzjonijiet parastatali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37025 u cioè: Wara s-sejħa li kienet saret għall-persuni interessati biex jservu fuq boards tal-gvern jew korporazzjonijiet parastatali, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intgħażlu minnhom s’issa, min huma u fuq liema boards qegħdin jservu bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li hemm 36 persuna li isimhom jidher fuq ir-reġistru u li jokkupaw karigi f’bordijiet tal-Gvern skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tajjeb niġbed l-attenzjoni li fil-mument li sar ir-reġistru, l-maġġoranza tal-bordijiet kienu diġa mwaqqfa.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-aġġudikazzjoni tat-tender marbut mal-pannelli fotovoltajiċi fuq bjut tal-gvern u propjetajiet oħra u jekk l-aġġudikazzjoni saret, kemm hija l-feed in tariff maqbula kif ukoll jekk din il-feed in tariff hix se sservi ta' benchmark għal proġetti oħrajn simili?
Jista' l-Ministru jikkonferma u jindika x’inhu l-iskop li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed iżomm laqgħat regolari ma' għadd ta' negozjanti fl-uffiċini tal-MGI – Malta Government Investments – wara l-ħin meta l-istaff ikun telaq?
Response (FENECH, TONIO)
Fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu, l-Onorevoli Leo Brincat qed jirreferi għas-Sur Alan Caruana, Chairman Eżekuttiv tal-Malta Government Investments Limited u direttur tal-MIMCOL li t-tnejn huma bbażati f’The Clock Tower, Tigne’. L-istaff imsemmija fl-istess Mistoqsija Parlamentari hu dak tal-MIMCOL.
Ninsab infurmat illi l-laqgħat kollha li sejjaħ is-Sur Caruana huma ta’ natura professjonali li fihom ingħatat l-assistenza u kien hemm il-parteċipazzjoni ta’ l-istaff tal-MIMCOL kif kien meħtieġ u neċessarju.
Ta’ min wieħed iżid li l-MIMCOL għandha mpjegati oħra responsabbli mis-sigurta’ fuq bażi ta’ erbgħa u għoxrin siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. B’hekk, it-tip ta’ laqgħat li għalihom qed jalludi l-Onorevoli Brincat ma setgħu qatt saru.
Msida — Triq it-Torri - kwestjoni dwar inġenji fit-triq
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija parlamentari 26604, li ġiet indirizzata lilu rigward il-problemi li għadu qed ikollhom ir-residenti ta' Triq Xmiexi, l-Imsida fejn ħafna drabi qed isibu diffikultajiet kbar biex jidħlu jew joħorġu mit-triq tagħhom minħabba inġenji eċċ. li jkun hemm fi Triq it-Torri f’diversi ħinijiet tal-ġurnata, li ġieli jagħmluha impossibbli biex jagħmlu dan u dan peress li ħafna residenti huma mħassbin serjament li f’każ ta' emergenza anki ambulanza/ambulanzi jistgħu jiffaċċjaw problemi simili jekk jinqala' bżonn ta' emergenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nirreferi l-ilment tal-Onorevoli Interpellant lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga u jieħu dawk il-passi kollha xierqa skont il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm VAT inspectors fil-VAT Department? Dan huwa l-full compliment jew le? Kemm suppost għandu jkun hemm VAT inspectors biex dawn ilaħħqu mal-work load tagħhom? Jista' jgħid jekk il-VAT inspectors kollha humiex jagħmlu xogħol ta' VAT inspectors, jew jekk hemmx minnhom li qed jingħataw xogħol purament klerikali? Jekk dan huwa minnu kemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — aċċessibilità fl-uffiċini
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtha biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul dawn l-aħħar sitt xhur dan il-Ministeru kellu każ wieħed fejn persuna b'nuqqas ta' smigħ kif ukoll b'diffikultà tal-kelma kellha bżonn tinqeda minn Ambaxxata. Il-persuna kkoċernata wżat il-"lip reading" kif ukoll il-kitba sabiex tikkomunika b'suċċess mal-uffiċċjal ikkonċernat.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar sitt xhur fi ħdan il-Ministeru tiegħi kienet biss Transprt Malta li rrikorrew għandha persuni neqsin mid-dawl jew mis-smigħ. Fil-fatt b' kollox kien hemm sitt persuni li ħamsa minnhom il-komunikazzjoni saret kollha bil-miktub u f'każ wieħed il-persuna kienet mgħejjuna bi hearing aid u setgħet issir komunikazzjoni verbali.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żamma tal-informazzjoni mitluba m’għandha ebda relevanza għall-qadi tal-għanijiet speċifiċi u leġittimi tad-dipartimenti u entitajiet taħt dan il-Ministeru u għaldaqstant żamma ta’ informazzjoni simili tmur kontra il-Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Data u għaldaqstant data msemmija ma tinżammx.
Rabat — Għalqa ta' Kola - nefqa għall-bini tal-car park
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tal-gvern għall-bini tal-car park fl-Għalqa ta' Kola ġewwa r-Rabat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ispiża fuq xogħlijiet li saru mid-Dipartiment konċernat fi ħdan dan il-Ministeru għall-bini ta' car park fl-Għalqa ta' Kola tammonta għal Euro 79,050.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-figura msemmija ma tinkludix ix-xogħol ta’ hot asphalting peress li dan ix-xogħol kien responsabbiltà ta’ Transport Malta li għalih inħarġet sejħa għal offerti mill-istess Transport Malta.