Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsa — Triq Diċembru Tlettax - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministur jgħid meta hu ppjanat li se jitlesta l-underpass fi Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa għax milli jidher fuq is-sit ir-ritmu tax-xogħol naqas b'mod sostanzjali f'dawn l-aħħar jiem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Permess tal-MCP Car Park

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 37384, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll fuq il-pjanta approvati tal-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #37651 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

care worker — kwalifikazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tagħti l-ismijiet u l-indirizzi tal-istituzzjonijiet/persuni li għandhom l-awtoritajiet li jagħtu l-korsijiet li jwasslu biex persuna tkun kwalifikata bħala care worker?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Istitut għas-Servizzi fil-Komunità fl-MCAST jagħti korsijiet li jwasslu biex persuna tkun kwalifikata bħala care worker.

ilment

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 36522, jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport imsemmi fir-risposta tal-Onorevoli Ministru Azzopardi wasal fid-Dipartiment tal-Proprjetà fi hdan l-Awtorità tad-Djar ricentament. L-inkwilin huwa gentilment mitlub javvicina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex japplika ghal ghajnuna finanzjarja sabiex jigu imsewwija l-hsarat kkonstatati mill-Perit tad-Dipartiment tal-Artijiet.
Leg 11 PQ #37676 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Kumpless Ninu Cremona — language lab

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol sabiex jitlesta language lab fil-kumpless Ninu Cremona ? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiza matul din is-sena fuq dan il-language lab ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sit li kien identifikat biex jiġi kkonvertit f'language labma baqax disponibbli però dan il-proġett qed ikun inkorporat fil-Pjan t'Azzjoni Eko-Għawdex 2013-2015.
Leg 11 PQ #37677 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' ġibjuni ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inbnew ġibjuni ġodda f’Għawdex fl-2012, fejn inbnew u kemm kienet l-ispiża?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi ppreżentata fit-tabella annessa. Jiena nfurmata wkoll li nbena ġibjun fil-Farm tal-Gvern fix-Xewkija, liema ġibjun inbena minn Transport Malta.
Leg 11 PQ #37678 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' ħitan tas-sejjieħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inbnew ħitan tas-sejjieħ ġodda f’Ghawdex fl-2012, fejn inbnew u kemm kienet l-ispiza ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li matul l-2012 inbnew ħitan tas-sejjieħ ġodda kif jidher hawn taħt: Triq il-Ġebla tal-Ġeneral, San Lawrenz, 880 metri kwadri bi spiża ta' €15,161; Ġnien it-Tlett Għoljiet, Marsalforn, 2101 metri kwadri bi spiża ta' €77,134. Ħitan li jkunu waqgħu jerġgħu jinbnew skont il-bżonn.
Leg 11 PQ #37679 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Tindif ta' Wieden f'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm– il wied tnaddaf f’Għawdex fl-2012 u x’kienet l-ispiża minfuqa biex sar dax-xogħol ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li wara li sar tindif fil-widien fis-snin 2010 u 2011, it-tindif li jmiss, li jirrekjedi permessi u studji, huwa skedat għas-snin 2013 u 2014.
Leg 11 PQ #37680 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Xogħlijiet ta' estensjonijiet fit-toroq ta' Pinu u tax-Xlendi

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-estensjonijiet fit-toroq ta’ Pinu u tax-Xlendi ? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża matul din is-sena fuq dan il-proġett ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li bħalissa jinsab għaddej ix-xogħol fuq il-ħitan tal-estenzjoni tat-Triq ta' Pinu filwaqt li x-xogħol fuq l-estensjoni tat-Triq tax-Xlendi beda. S'issa l-ispiża fuq l-estensjoni ta' dawn it-toroq tammonta għal €114,614.45 (excl VAT).

Inċentivi fiskali fuq proċessi ta' konservazzjoni u impjanti ta' ġenerazzjoni t'enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw matul l-2012 inċentivi fiskali lil dawk l-industriji li jikkonsmaw ‘il fuq minn 2GwH fis-sena u li investew fi proċessi ta’ konservazzjoni u impjanti ta’ ġenerazzjoni t’enerġija minn sorsi nodfa ? Jista' jgħid kemm kienu dawk li bbenefikaw minn dawn l-inċentivi ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2012 ġew approvati sitt (6) proġetti li bejniethom kwalifikaw għal inċentivi fiskali b’valur ta’ EUR 4.7 miljuni. Dawn il-proġetti mistennija jħallu benefiċċji sostanzjali li jissarrfu fi frankar ta’ enerġija u anke ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi nodfa u renovabbili. Din l-għajnuna tingħata bħala ‘Investment Aid’ taħt il-liġi tal-Malta Enterprise. Sa issa, ebda minn dawn il-proġetti għadu ma tlesta.

sistema ta' distribuzzjoni tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kien hemm, u meta saru, bejn l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur u d-29 distrubutur tal-gass, jew rappreżentanti tagħhom, rigward is-sistema ta' distribuzzjoni tal-gass? Jista' jgħid x'kienu l-pariri li ngħataw s'issa u jekk is-sistema, li ilha titħaddem għal snin twal minn mindu Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea u allura parti mis-suq ħieles għal dawn is-snin kollha, hix kompatibbli mal-liġijiet tal-kompetizzjoni u mar-regoli tal-Unjoni Ewropea?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur kien iltaqa' mad-distributuri tal-gass u r-rappreżentanti tagħhom rigward is-sistema’ ta' distribuzzjoni tal-gas f'żewġ laqgħat, waħda fit-19 t'Ottubru 2011 u l-oħra fl-4 ta' Novembru 2011. Rigward l-eżitu għandu jkun magħruf illi l-investigazzjoni min-naha tal-Ufficcju għadha ghaddejja u għalhekk l-Ufficcju ma huwiex f’qagħda li jagħti pariri jew opinjoni f’dan l-istadju.

sistema ta' distribuzzjoni tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, ġaladarba qiegħda tinvestiga s-sistema ta' distribuzzjoni tal-gass, li se taffettwa lid-29 distributur tal-gass; hix se tinvestiga, ex officio, id-deċiżjoni ta' Transport Malta li ma tipproċessax iktar liċenzji għall-garaxxijiet tal-VRT? Jista' jgħid jekk l-awtorità kelliex taħdidiet ma' Transport Malta u x'kienet l-opinjoni tal-awtorità f'dan ir-rigward?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni, fi hdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ser ikun qed jiltaqa’ ma Transport Malta fil-jiem li gejjin dwar il-licenzji tal-garaxxijiet tal-VRT. Wara li jkun gabar l-informazzjoni mehtiega, l-Ufficcju jkun f’posizzjoni biex jiddeciedi x’azzjoni tista’ tittiehed.

Depożiti u self fil-banek Maltin u Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37231 u 37430 u jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u kemm kien is-self mill-banek f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Diċembru 2010, fl-aħħar ta’ ta’ Settembru 2011, fl-aħħar ta’ Diċembru 2011, fl-aħħar ta’ Marzu, ta’ Ġunju u ta’ Settembru 2012? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għal Għawdex — standard item of expenditure

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex sal-aħħar ta’ Settembru u sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena? Jista jgħid x’hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena taħt kull standard item?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi kif kienet l-ispiża bejn Jannar u Settembru 2012 taħt il-Vot Rikurrenti tal-Ministeru għal Għawdex. Id-dettalji sa l-aħħar ta’ Ottubru jkunu jistgħu jingħataw fil-ġranet li ġejjin, meta t-Teżor ikun ipproċessa l-pagamenti u għalaq l-accounts ta’ Ottubru. Bilanċi li jifdal fil-vot, bħal kull vot ieħor rikurrenti, ikunu kommessi jew qegħdin jiġu kommessi b’mod regolari sabiex il-Ministeru jkun jista' jkompli jesegwixxi l-funzjonijiet tiegħu sal-aħħar tas-sena.
Leg 11 PQ #37704 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ħaddiema li jaħdmu fil-Qasam tal-Bunkering

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies jaħdmu fil-qasam tal-bunkering (il-forniment lill-vapuri u ajruplani b’karburanti minerali, lubrikanti u materjal ieħor relatat) f'Malta u f'Għawdex separatament fl-aħħar tal-2011 u fl-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #37705 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — proġett tal-pixxina

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett tal-pixxina li se tinbena fir-Rabat Għawdex? X’jonqos isir? Meta mistenni li tkun lesta minn kollox biex tibda jintuża? Kemm huwa ikkalkolat li jkun in-numru ta’ persuni li jagħmlu użu ta’ din il-pixxina matul sena? Kemm mistennija li se tiswa? Mil-liema Vot se titħallas?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s’issa sar dan li ġej fir-rigward tal-proġett tal-pixxina: (a) Ġie ppubblikat u ngħata tender for electrical and mechanical consultancy services. (b) Ġie ppubblikat it- tender for the construction and earth works at the Gozo Natatorium u dan qiegħed fil-fażi ta’ aġġudikazzjoni. (c) It-Tender for the Construction, Technical Consultancy and Assistance for the Design of the Mechanical, Electrical and Environmental Systems of the Gozo Natatorium qiegħed fil-fażi preparatorja. Hu mistenni li l-pixxina tkun lesta fis-sena 2014, u dan il-proġett hu stmat €6.2 miljun. Minn analiżi li sar, huwa kkalkulat li din il-pixxina ser tintuża kif ġej: o Waterpolo clubs ser jużaw din il-faċilità - 100% tal-membri o Football clubs - 80% tal-membri o Diviżjoni ta’ l-Edukazjoni - 50% ta’ l-istudenti o Kumpless Sportiv t’Għawdex / Skola Sports - 100% tal-membri o Sptar Ġenerali t’Għawdex - 20% tal-pazjenti o Gruppi tal-fitness - 100% tal-parteċipanti o Oħrajn. Dan il-proġett ser ikun iffinanzjat minn fondi ta’ Eko-Għawdex taħt il-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 11 PQ #37706 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema tal-Ministeru — roster

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm impjegati tal-Ministeru tpoġġew fuq roster din is-sena s’issa? X’inhu l-grad tagħhom u f’liema fergħa qegħdin jaħdmu? Fejn kienu jaħdmu qabel nagħtaw ir-roster? Min talab għar-roster f’kull każ u min approvahom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Xagħra - proġettt tal-Qortin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’sar s’issa matul din is-sena fuq il-proġett tal-Qortin, ix-Xagħra Għawdex? X’jonqos isir u meta mistenni li jitlesta? Kemm kienet in-nefqa ta’ dan il-proġett sena sena s’issa u kemm hija mistennija li tkun in-nefqa totali tal-proġett sena sena mil-lum sa meta jitlesta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Xogħlijiet ta' kostruzzjonijiet tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-tenders li hemm pubblikati preżentement, għal xogħol ta' kostruzzjoni tat-toroq li jrid isir f'kull waħda mil-lokalitajiet tat-12 il-distrett elettorali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-preżent m’hemm l-ebda tenders pubblikati għal xogħol ta' kostruzzjoni tat-toroq tat-12 il-distrett.

Enemalta — San Pawl il-Baħar - arbli tad-dawl fi stat ħażin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm arbli tad-dawl li jinsabu fi stat ħażin, kif rappurtati lill-Korporazzjoni Enemalta, biex jinbidlu, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Kemm ilhom hekk rappurtati dawn l-istess arbli tad-dawl? Kemm, u fejn , fl-istess lokalita inbidlu, jew inqalgħu arbli tad-dawl matul din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.