B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36897, jista' l-Ministru jispjega x'servizz tat l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2012 meta fir-risposta ma ġie speċifikat xejn avolja tħallset €57,276.84?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li s-Sur Piero Ugolini kien Assistant Direttur tal-IMF u kien appuntat mill-IMF u l-World Bank bħala kap ta’ missjoni biex jagħmel l-ezerċizzju tal-FSAP. Huwa ġie inkarigat mill-MFSA bħala l-assessur prinċipali f’internal audits u assessment indipendenti skond il-Basel Core Principles (BCP), International Organisation of Securities Commission (IOSCO) u International Association of International Supervisor (IAIS) fis-setturi supervisorji kollha tal-MFSA. Ir-rapport komplet ta’ dan l-eserċizju jinstab fuq il-website tal-MFSA. Aktar riċenti, l-istess uffiċjal kien Malta biex jagħti konsulenza u jagħti training lil impjegati regulatorji tal-MFSA fuq Prompt Corrective Action skond il-liġijiet tas-servizzi finanzjari u anke biex jgħin fl-ezerċizzju ta’ stress testing li sar fuq il-banek lokali. Ta konsulenza wkoll biex jiġu identifikati indikaturi u kriterji ta’ riskji fis-settur finanzjarju biex dan ikun regulat b’sistemi aktar addattati.
Servizzi ta' konsulenti lill-MFSA — Taxxa tal-valur aġġunt
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36897, jikkonferma l-Ministru li għal dawn is-servizzi, it-Taxxa tal-Valur Aġġunt tħallas f'Malta jew fil-pajjiż tal-Unjoni Ewropea l-ieħor u f'każ tal-aħħar, jekk l-MFSA irċevitx taxed invoice skont il-kundizzjonijiet li japplikaw fl-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li it-Taxxa tal-Valur Aggunt fuq dawn is-servizzi kollha (fejn tapplika) dejjem ġiet imħallsa Malta taħt is-sistema li tapplika ta’ reverse charge.
Servizzi tal-konsulenti lill-MFSA — security company
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36897, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-isem tas-security company ma ġiex żvelat? Għaliex seta' kien hemm dan il-bżonn meta l-pajjiż għandu Korp ta' Servizzi Sigrieti wieħed? Fiex jikkonsistu dawn is-servizzi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li dawn is-servizzi minn kumpanija internazzjonali fil-qasam ta’ Sigurta’ jingħataw meta l-Awtorita’ tħoss il-bżonn li tagħmel verifika indipendenti (due diligence)fuq l-integrita’ ta’ persuni jew azjendi internazzjonali li japplikaw biex tingħatalhom liċenzja biex joperaw fil-qasam tas-servizzi finanzjarji minn Malta jew fil-każ ta’ individwi, biex ikunu uffiċċjali għolja ta’ kumpaniji li japplikaw biex jiġu awtorizzati mill-MFSA. Dan ix-xogħol isir biex l-MFSA tassigura ruħha li ma jkunx hemm abbużi f’dan il-qasam u ma tippreġudikax l-integrita’ u l-kompetivita ta’ Malta fil-kamp tas-settur finanzjarju.
L-isem tal-kumpanija kkonċernata ma’ ġiex svelat għal finijiet ta’ sigurtà.
Servizzi ta' konsulenti lill-MFSA — direct orders lill-kumpaniji
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36897, jista' l-Ministru jiġġustifika x-xogħol sar biex erba' kumpaniji (li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament) li ħadu dawn id-direct orders ingħataw xogħol kull sena u tħallsu ammont esorbitant?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li x-xogħol li nagħtaw dawn l-entitajiet huwa xogħol ta’ konsulenza, riċerka u żvillup fl-oqsma ta’ servizzi ta’ strateġiji fil-komunikazzjoni, opportunitajiet ta’ investimenti ġodda fis-servizzi finanzjarji f’Malta, biex jiġi protett u titkabbar ir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji, jinagħtaw pariri tekniċi u strateġici biex jiġi żviluppat dan is-suq fil-qasam ta’ finanzi u taxxa bl-għan li Malta tibqa ġurisdizzjoni kompetitiva, jirraprezentaw u jassistu lill-MFSA f’laqgħat internazzjonali fuq temi fiskali bħal taxxa, leġislazzjoni u regoli ġodda bl-għan li jiġu introdotti f’Malta, jagħtu pariri biex tiġi żviluppata leġislazzjoni ġdida, tirraporta żviluppi li qed isiru f’ġurisdizzjonijiet oħra u internazzjonali, jiġu żviluppati sistemi ġodda u aktar effettivi ta’ regulazzjoni u superviżjoni, u li dawn jiġu irraportati b’mod kontinwu lil MFSA biex jittieħdu l-azzjonijiet neċessarju u korrettivi fejn ikun hemm il-bżonn.
Servizzi ta' konsulenti lill-MFSA — flus imħallsa lill-kumpanija
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36897, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra x'benefiċċju setgħet ħadet Malta ta' dawn il-flus kollha mħallsin lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li d-direttur u l-fundatur tagħha li kien jaħdem mal-Financial Services Authority tar-Renju Unit u għal inkompentenza u l-fjask li għamel fir-rigward tal-falliment tan-Norther Rock fl-2008, intalab iħalli l-FSA mill-aktar fis possibbli biex sab xi samaratani tajba fl-MFSA immexxija mill-persuni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li s-Sur Clive Briault u Anchor Reputation Management m’ għandhom l-ebda konnessjoni. Il-benefiċċji li ħadet l-MFSA fix-xogħol tagħha ta’ żvilupp kontinwu fil-qasam tas-servizzi finanzjarji f’Malta minn dawn il-konsulenti ġew deskritti b’ċertu dettal fil-mistoqsija parlamentari numru 37459.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kem kien hawn persuni rreġistrati fil-pajjiż li daħlu bħala persuni irregolari matul s-sena 2012? Kemm minn dawn ġew bil-baħar mill-pajjiżi tal-Afrika ta' fuq u kemm ġew b'mod ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta’ din is-sena, waslu Malta 1,567 immigrant irregolari. Dawn kollha waslu Malta bil-baħar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn barranin Malta li kellhom id-dritt tal-vot fil-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fis-sena 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ persuni barranin f’Malta li kellhom id-dritt tal-vot fil-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex fis-sena 2011 għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kien ta’ 27,134, skont ir-reġistru elettorali ta’ April, u ta’ 30,601, skont ir-reġistru elettorali ta’ Ottubru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn barranin li matul is-snin 2011 u 2012 ġabu d-dritt li jivvutaw mhux biss għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali imma ukoll għal dik tal-elezzjoni ġenerali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ persuni barranin f’Malta li ġabu d-dritt tal-vot għall-kunsilli lokali kif ukoll tal-elezzjoni ġenerali, matul is-snin 2011 u 2012, wara li ssodisfaw ir-rekwiżiti kostituzzjonali, inkluża dik ta’ ċittadinanza Maltija, kien ta’ 216 fl-2011 (113 – Reġistru ta’ April u 103 – Reġistru ta’ Ottubru) u ta’ 322 fl-2012 (138 - Reġistru ta’ April u 184 – Reġistru ta’ Ottubru).
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix perjodu fil-ġurnata li tiġi ġġenerata enerġija mill-power station li ma tintużax jew li tiġi ġġenerata enerġija iktar milli għandu bżonn il-pajjiż u għalhekk jinħela? F'liema huma dawn il-ħinijiet tal-ġurnata u kemm tkun l-enerġija ġġenerata li ma tintużax?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’tip t’għajnuna ngħata matul din is-sena fit-tmexxija ta’ djar residenzjali, bħal Dar Pirotta, Dar il-Wens u Dar l-Arka?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi allokati matul l-2012 huma dawn:
· Dar Arka, €328,000
· Dar Pirotta, €225,000
· Dar il-Wens, €160,000
Il-fondi jiġu mgħoddija lill-entitajiet skont l-għotja tas-servizz kif stipulat fil-kuntratti rispettivi. L-entitajiet jirċievu wkoll għajnuna mill-Aġenzija SAPPORT skont il-bżonn, b’mod partikulari għajnuna professjonali u servizz ta’ Ħaddiema Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża li saret matul din is-sena biex persuni b’diżabilità severa jkollhom s-sapport bżonnjuż biex ma jiġux istituzzjonalizzati? Jista' jagħti breakdown ta’ din in-nefqa ?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija SAPPORT għal matul l-2012 ingħatat budget vote ta’ €380,000 għall-Independent Community Living. L-iskop ta’ dan il-vot huwa li persuni b’diżabiltà severa jibqgħu jgħixu fid-djar tagħhom fil-komunità filwaqt li oħrajn jiġu integrati lura fil-komunità minn istituzzjonijiet. Għal dan il-għan twaqqaf bord – is-Service Allocation Committee – u li huwa indipendenti mill-istess Aġenzija. Dan il-bord huwa appunttat mill-Ministeru biex jistabilixxi kriterji u japprova servizzi għall-persuni li jiġu ppreżentati lil dan il-bord. Bħalissa hemm żewġ persuni li qed jibbenefikaw minn dan is-Servizz u safrattant qed jiġu kkunsidrati ħames talbiet oħra li mistennija li jiġu approvati fil-ġranet li ġejjin. Barra minhekk, il-Ħaddiema Soċjali tal-Aġenzija SAPPORT qed jevalwaw talbiet oħra għall-approvazzjoni ta’ dan is-servizz.
Flimkien ma’ dawn, saret allokazzjoni minn dan il-fond biex jinfetaħ programm ġdid fejn ħames persuni b’diżabiltà severa, li waslu biex itemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom, jiġu mgħejjuna fi programmi ibbażati fil-komunità. L-iskop ewlieni ta’ dan il-programm huwa li dawn il-persuni jibqgħu jgħixu fil-komunità bis-sapport meħtieġ li jingħata kemm lilhom kif ukoll lill-ġenituri/carers tagħhom u b’hekk jitbiegħed ir-riskju ta’ istituzzjonalizzazzjoni.
Tajjeb li wieħed iżid li l-ħidma tal-Aġenzija, permezz tas-Servizzi tagħha ta’ Ħidma Soċjali, fil-Komunità, ta’ Matul il-Jum u dawk Residenzjali, tiffoka fuq l-iżvilupp tal-potenzjal tal-persuni b’diżabilità biex b’hekk tiggarantixxi kemm hu possibli li jibqgħu jgħixu fil-komunità. Għalkemm mhux il-klijenti kollha tal-Aġenzija ikunu f’riskju imminenti li jiġu istituzzjonalizzati, mingħajr dawn is-Servizzi tali riskju jkun ferm akbar.
Servizz għall-adoloxxenti bi problemi ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix servizz immirat għall-adoloxxenti bi problemi ta' saħħa mentali biex dawn ukoll jibdew jingħataw il-kura fil-komunità? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji dwaru?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li servizzi għat-tfal u adoloxxenti bi problemi ta’ saħħa mentali fil-komunità jinkludu dawn is-servizzi:
Child Guidance Clinic
(
St. Luke’s Hospital
): Servizz għal tfal u adoloxxenti taħt is-16-il sena,
Out Patients Clinic
(
Mater Dei Hospital
): Servizz għal adoloxxenti l’fuq mis-16-il sena.
Residenza San Vinċenz de Paul — xogħol ta' refurbishment fis-swali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' refurbishment sar fis-swali tar-Residenza San Vinċenz de Paul fl-2012, x'tip ta' xogħol sar u x'kienet l-ispiża?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiża fuq refurbishment fis-swali tar-Residenza San Vinċenz de Paul fl-2012 hija kif murija fit-tabella hawn taħt:
Tip ta’ Xogħol
Spiża
Painting & plastering
fis-swali ta’ St. Francis Ward 1
Euro 3,343
Sistema ta’ Arja Kundizzjonata ġdida f’ St. Francis Ward 4
Euro 59,626
Refurbishment
ta’ St. Joseph Ward 4
Euro 15,365
Aluminium profiles
għall-St. Joseph Ward 4 (xogħolijiet sar minn impjegati ta’ San Vinċenz_
Euro 7,000
New hot water system
fi Block No. 10
Euro 11,081
New hot water system
fi RB 1
Euro 2,083
TOTAL
Euro 98,498
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-2012 biex tinbena dar tal-anzjani ġdida f'Birkirkara? Jista' jgħid meta din id-dar se tibda topera?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din is-sena saru diskussjonijiet biex tinbena Dar tal-Anzjani ġewwa Birkirkara. Għalkemm bdew jitfasslu l-pjanijiet għal dan il-proġett, għadu pjuttost kmieni biex tiġi stabbilita data tal-bidu tal-operat ta’ din id-Dar.
Jista' l-Ministru jgħid fejn infetħu l-aktar Ċentri ta' Matul il-Jum għall-anzjani matul l-2012? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża fuqhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul is-sena 2012 infetaħ Ċentru ta’ Matul il-Jum ġewwa s-Siġġiewi b’ispiża ta’ €15,867.
Għaddejin diskussjonijiet sabiex jinfetħu ċentri ta’ matul il-jum f’lokalitajiet oħra. B’kollox hawn 19-il ċentru ta’ matul il-jum mifruxin ma’ Malta biex l-anzjani tagħna jibqgħu attivi fil-komunità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-pazjenti li fl-2012 bdew jingħataw mediċini tad-demenzja b'xejn? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża fl-2012 fuq din l-inizjattiva?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa għaddej il-proċess biex tinxtara mediċina tal-klassi Acetylcholinesterase inhibitors. Hemm mediċini oħra li diġa qegħdin fil-formularju tal-Gvern li huma utli fil-kura tad-demenzja u dawn diġà jingħataw.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37383, 36750 u 36573 u jgħid kemm intefqu flus fuq xogħlijiet fuq toroq arterjali u distributorji matul din is-sena sal-lum, kull triq separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.