Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #38639 Sitting 533 2012-12-05 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

Private Public Partnership — xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallas kull kunsil lokali li benefika mill-iskema tal-Private Public Partnership f'xogħlijiet infrastrutturali bħal servizzi tal-ilma, drenaġġ u bankini f'kull triq li saret din is-sena u s-sena l-oħra? X'kien ix-xogħol f'kull triq? Liema kienu t-toroq? Kemm kienet l-ispiża li ħareġ il-kunsill f'kull triq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38552.

Servizz tad-dawl sospiż minħabba ħsarat jew manutenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġiet sospiża l-provvista tad-dawl f'Malta u Għawdex separatament lokal b'lokal kawża ta' ħsarat u kemm għal raġuni ta' manutenzjoni matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Servizz tal-ilma sospiż minħabba ħsarat u manutenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġiet sospiża l-provvista tal-ilma f'Malta u Għawdex separatament lokal b'lokal kawża ta' ħsarat u kemm għal raġuni ta' manutenzjoni matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — spejjeż kawżati lill-households minħabba qtuħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet li tressqu lill-Korporazzjoni Enemalta dwar spejjeż kawżati lill-households ta' Malta u Għawdex kawża ta' faults fil-provvista tad-dawl kawża minn qtuħ tal-provvista jew xorta oħra mil-Korporazzjoni Enemalta jew powerstation matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li tressqu 505 każijiet għand il-Korporazzjoni Enemalta matul dawn l-aħħar ħames snin li kienu mqassmin kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Siġar tal-frott ħielsa mill-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru tas-siġar tal-frott ħielsa mill-mard li tkabbru fiċ-ċentru ta' mikropropogazjoni matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm minn dawn is-siġar inbiegħu lill-bdiewa u/jew lill-konsumaturi fl-istess perjodu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Ċentru tal-Mikropropogazjoni — nefqa fuq frott ħieles mill-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena kemm kienet in-nefqa fiċ-ċentru tal-Mikropropogazzjoni li ntefqet sabiex jitkabbru siġar tal-frott ħielsa mill-mard?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MTA — kunċert tal-MTV

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38480 u jgħid x'kienet in-nefqa totali tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu konnessa mal-inawgurazzjoni tal-kunċert tal-MTV f'Malta is-sajf li għaddha? Jista' jagħti l-breakdown ta' din in-nefqa?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Misraħ ta' Ħaż-Żabbar — sleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37443 u jgħid jekk Transport Malta għandiex il-ħsieb jew fil-preżent hemmx xi talba biex isir sleeping policeman fil-misraħ jew madwar il-misraħ ta' Ħaż-Żabbar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat minn Transport Malta li fil-preżent ma hemmx talba għal sleeping policeman fil-post imsemmi.

Good Causes Fund — club tal-football

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37999 u jgħid liema huma l-clubs tal-football li bbenefikaw mill-good causes fund?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għar-rapport annwali tan-National Lotteries Good Causes Fund li jittpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal din is-sena, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Good Causes Fund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37998 u jgħid x'inhi l-proċedura biex wieħed japplika sabiex jibbenefika mill-good causes fund? Min hu intitolat biex jibbenefika minn dan il-fond?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment www.finance.gov.mt, u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Good Causes Fund — entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37997 u jgħid minn meta twaqqfet il-good causes fundliema huma l-entitajiet li jibbenefikaw sena b'sena? Kemm kien l-ammont fi flus li ħadu kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapporti Annwali tan-National Lotteries Good Causes Fund għas-snin 2006 sa 2011 li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Għas-sena 2012, dan se jitpoġġew s-sena d-dieħla kif stipulat fl-Att dwar il-Logħob u l-Lotteriji.

Ex Ħaddiema tat-Tarzna li daħlu jaħdmu mal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ħaddiema tal-ex Tarzna li wara li spiċċaw mit-Tarzna ħadu s-somma u daħlu mal-gvern? Jekk iva, kemm kienu u fejn daħlu?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat jiġifieri lil Ministru responsabbli mill-ETC

Foundation for Social Welfare Services — lista ta' stennija għas-servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-lista ta' stennija għas-servizzi kollha offruti mill-aġenzija kollha tal-Foundation for Social Welfare Services u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija għal kull servizz?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Aġenzija Sapport — spiża tat-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tat-Trasport tal-Aġenzija Sapport f'dawn l-aħħar snin, kull sena separatament, inkluż ukoll l-ispiża għal xiri jew kiri ta' vetturi?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiza tat-Trasport tal-Agenzija Sapport f’dawn l-aħħar snin, kull sena separatament, inkluz ukoll l-ispiża għal xiri jew kiri ta’ vetturi hija din: 2008 2009 2010 2011 2012 - till Oct Trasport 625,921 607,061 582,957 629,701 573,912 kiri 34,636 24,798 40,060 34,943 30,518 xiri - - - - 10,970 Donation ta' Vettura - - - 15,210 -

Foundation for Social Welfare Service — premises

Question

Jista' l-Ministru jgħid x-xogħlijiet saru fil-premises kollha tal-Foundation for Social Welfare Services kemm dik li hija proprjetà tal-fundazzjoni kif ukoll li huma mikrija jew b'xi arranġament ieħor qed jiġu użati mill-istess fundazzjoni f'din l-aħħar sena kull sena separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xoghlijiet li saru fil-premises kollha tal-Foundation for Social Welfare Services kemm dik li hija proprjetà tal-fundazzjoni kif ukoll li huma mikrija jew b'xi arranġament ieħor qed jiġu użati mill-istess fundazzjoni f'din l-aħħar sena huma dawn li gejjin: 1.Refurbishment inkluz installazjoni ta’lift u fire alarm fil-premises maghrufa bhala Galatea apartments fi Gwardamangia sabiex jigu uzati bhala ufficini ghall- Agenziji Appogg u Sedqa; 2.Refurbishment inkluz installazjoni ta’lift u fire alarm fil-premises li kienu jappartjenu lill-Housing Construction Maintenance Dept sabiex jintuzaw bhala ufficini ghall-Agenzija Sapport; 3. Xogholijiet estensivi fil-kwartieri fejn jorqdu u jghixu r residenti tar reabilitazzjoni mid-drogi kif ukoll manutnezjoni ta’ soqfa u tibdil ta’ membrane fil-Kumpless Santa Marija; 4. Gew traslokati l-ufficini tal-haddiema fil-Kumpless Santa Marija sabiex jizdied l-ispazju tal-klijenti; 5. Rikostruzzjoni ta’rampa sabiex gie iffacilitat id-dhul tat-trasport ghal- persuni b’dizabilita fic centru ta’ Matul il-Jum ta’ Fleur De Lys; 6.Refurbishment kompluta tal-binja f’201, Triq il-Kanun f’Santa Venera li se tibda tintuza bhala ufficini ghall-Head Office tal-Fondazzjoni; 7. Installazjoni ta’ Fire Alarm fl-ufficini tal-Appogg fi Guardamangia; 8. Hemm tender li ha jinghalaq fl-4 ta’ Dicembru ghal xoghol ta’tikhil, u zeghba gdida ghall-faccata tal-Agenzija Appogg; 9. Refurbishment ta’ appartament residenzjali ghall-persuni b’dizabilita’ f’Birzebbuga; 10. Tfasslu l-premises ghal-programm gdid ta’ Sedqa (Zernieq 2); 11. Gew installati air-conditioners godda fil-premises li kellhom bzonn (varji); 12. Sar refurbishment fl-ex ufficini tal-Agenzija Sapport fl-Imtarfa li issa qed jintuzaw mill-Kooperativa tal-Me2; 13. Inghata tarmac fid-dahla tac-Centru ta’Matul il-Jum tal-Imtarfa sabiex jigi ffacilitat l-Access ghat-trasport ta’persuni b’dizabilita’; 14. Inbidlu l-kmamar tal-banju tac-centru ta’ matul il-jum ta l-Imtarfa. Dan barra x-Xoghol kontinwu ta’ manutenzjoni u nterventi preventivi fuq il premises kollha tal-Fondazzjoni.

Aġenzija Sapport — servizzi residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw servizzi residenzjali mill-Aġenzija Sapport f'din l-aħħar sena għal kull residenza separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2012 ma kien hemm l-ebda klijenti li daħlu jgħixu f’waħda mis-6 Residenzi tal-Aġenzija Sapport, ħlief li bhalissa qed issir t-transizzjoni tal-ewwel żewġ klijenti li ser jidħlu jgħixu fid-dar ta’ Birżebbugia. Kien hemm iżda 19 -il klijenti li daħlu fir-Residenzi li huma mmexxija minn entitajiet oħra u fejn ir-rwol tal-Aġenzija Sapport hu li tamministra numru ta’ postijiet. Dawn il-klijenti daħlu jgħixu f’dawn id-djar li ġejjin: · 2 klijenti f’Dar Arka; · 14-il klijenti f’Dar il-Wens u, · 3 klijenti f’Dar l-Akkwarell.

Aġenzija Sapport — talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Aġenzija Sapport għal servizzi fil-komunità f'dawn l-aħħar sentejn kull xahar separatament, kemm minnhom ġew milqugħa u kemm minnhom ingħatalhom is-servizz u kemm minnhom għadhom jistennew biex jingħataw is-servizz approvat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar - servizz tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta s-servizz tad-drenaġġ fi Triq is-Simar Xemxija, San Pawl il-Baħar, fil-parti tat-triq li għad m'għandhiex dan is-servizz?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.