Peress li l-parti ta' Xatt ir-Risq, in-naħa tal-Birgu, jidher li x-xogħol kważi lest, jista' il-Ministru jgħid x'sar minnha t-tip ta' ħnejja li kienet tfakkar Jum il-Ħelsien? Jista' jgħid jekk hux se terġa' titpoġġa f'postha?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħnejja li semma l-Onor. Interpellant tinsab f’wieħed mill-imħażen fuq is-sit tal-baċir numru wieħed. Sa issa għadu ma' ġiex definit fejn din ser terġa’ titpoġġa.
Jista' l-Minsitru jara li jiġu rranġati l-linji fl-area li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li hemm min qed jilmenta u anke wara li l-kunsilli lokali kkuntatja lil Transport Malta, xorta waħda baqa' ma sar xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-gvern qed iħejji xi post biex xi immigranti illegali jkunu jistgħu jabitaw fih u jikkonferma din ix-xniegħa? Jekk iva, fejn qed jiġi diskuss il-post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob l-Onorevoli Membru jispeċifika għal liema post qed tirreferi ix-xniegħa li semma fil-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jara jekk persuna b'diżabilità li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tistax tingħata l-pensjoni taż-żewġ terzi minħabba li għal dawn l-aħħar 18-il sena ħadet biss il-pensjoni tal-invalidità?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jerġa' jkollha s-servizz tad-dawl provdut lilha?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-servizz tal-elettriku imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien ġie sospiż minnħabba kontijiet pendenti li jammontaw għal €3,301.62.
Dan is-servizz jerġa jingħata lura ladarba l-klijent jagħmel arranġament għall-ħlas ta’ dan l-ammont pendenti.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li applikat biex tibdel l-akkomodazzjoni tagħha?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qiegħda proċessata mal-applikazzjoni l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva.
L-Awtorita’ tad-Djar prezentament għandha 332 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni soċjali minn persuni li joqogħdu ġo post tal-Gvern u li għamlu t-talba tagħhom biex ibiddlu l-post tagħhom.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-kartuna s-safra imma peress li hija barranija ma ħarġulhiex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li wara diversi tentattivi, sar kuntatt mal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, bin-numru ċellulari mgħoti. Għalkemm ġew mitluba d-dettalji tal-pazjent sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja, dawn baqgħu ma ngħatawx. Ġejna nfurmati li l-pazjent ikkonċernat ingħata l-kura neċessarja mill-isptar u kien ser ikompli jieħu t-trattament l-Italja. L-istess persuna kienet grata li ġiet ikkuntattjata sabiex tingħata l-għajnuna neċessarja pero’ il-każ kien magħluq.
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-nies tal-Cleansing Services Department humiex se jiġu effettwati minn xi redeployment billi ħafna mill-public conveniences qegħdin jgħaddu permezz ta' tenders tal-kunsilli lokali lill-operaturi privati, f’ċerti każijiet bi ħlas?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-dan il-Ministeru għadu jħaddem l-istess policy kif kien spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25024.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li wasluli li f’sejħiet għat-tenders f’isem il-Cleansing Services Depatment tal-Ministeru tar-Riżorsi li qed joħorġu l-kunsilli lokali għat-tmexxija tal-public conveniences, il-gvern huwiex invarjabbilment jinsab mhux kompetittiv fil-bids li jagħmel u dan għaliex qed jagħmel factoring in tal-labour costs tan-nies tad-dipartiment? X’inhi l-policy tal-gvern fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-Cleansing Services Department bħala deployment eċċ.?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37270, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-kaz ta’ kuntratti ta’ latrini pubblici tal-Kunsilli Lokali, id-direttorat jikkompeti ma’ kuntratturi oħrajn. Effetivament, bħal ma sar dejjam għal ħafna snin, kull meta jsiru l-stimi simili, l-pagi tal-ħaddiema jkunu nklużi. Il-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-ħaddiema tal-gvern tal-kategorija konċernata huma fost l-aħjar u għaldaqstant ħafna drabi l-kuntratturi privati jkunu f’ qagħda li jressqu offerti aktar vantaġġużi. Li wieħed jagħżel li ma jinkludix in-nefqa tal-pagi fl-offerta mitfugħa toqtol l-inizjattiva privata u tmur dajametrikament kontra l-kunċett ta’ suq ħieles.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm membri tas-Segretarjat Privat tal-Uffċċju tal-Prim Ministru li kien ġew ingaġġati b’kuntratt definit jew indefinit (tweġibiet separati) li fl-aħħar xhur/ġimgħat ġew ingaġġati fuq bażi ġdida kuntrattwali mal-Uffiċċju Tiegħu u/jew ta' ħaddieħor u/jew ma' xi aġenzija, awtorità, entità parastatali jew governattiva li taqa' taħtu u/jew ta’ xi Ministeru ieħor? Jista' jagħti dettalji sħaħ anki jekk ma jingħatawx ismijiet ta’ kull każ involut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-ebda membru tas-Segretarjat ma jista' jkollu kuntratt indefinit peress li dawn il-membri kollha jkollhom ‘political appointment’. Teżisti differenza fejn uħud mill-membri tas-Segretarjat ikunu ġa impjegati mal-gvern jew entitajiet governattivi filwaqt li jkun hemm oħrajn ġejjin minbarra ċ-ċivil jew entitajiet governattivi li huma msejħa bħala ‘external’.
Fis-Segretarjat tiegħi, fl-aħħar tlett xhur kien hemm persuna waħda li ġa kienet impjegata tal-gvern u li spiċċat mis-Segretarjat sabiex tmur taħdem bħala Youth Worker fid-Dipartiment tas-Servizzi Edukattivi fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol f’Settembru 2012.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien hemm membri tas-Segretarjat Privat tal-Ministeru li kien ġew ingaġġati b’kuntratt definit jew indefinit (tweġibiet separati) li fl-aħħar xhur/ġimgħat ġew ingaġġati fuq bażi ġdida kuntrattwali mal-Ministeru tiegħu u/jew ta' ħaddieħor u/jew ma' xi aġenzija, awtorità, entità parastatali jew governattiva li taqa' taħtu u/jew ta’ xi Ministeru ieħor? Jista' jagħti dettalji sħaħ anki jekk ma jingħatawx ismijiet ta’ kull każ involut?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda membru tas-Segretarjat ma jista jkollu kuntratt indefinit peress li dawn il-membri kollha jkollhom 'political appointment'. Teżisti differenza fejn uħud mill-membri tas-Segretarjat ikunu ġa mpjegati mal-Gvern jew entitajiet governattivi filwaqt li jkun hemm oħrajn ġejjin minbarra ċ-ċivil jew entitajiet governattivi li huma msejħa bħala 'external'
Fis-Segretarjat tiegħi, fl-aħħar xahar kien hemm persuna li ġa kienet impjegata tal-Gvern u li spiċċat mis-Segretarjat għaliex ġiet ingaġġata bħala Manager mal--MIMCOL
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — membri ingaġġati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tas-Segretarjat Privat tal-Ministeru li kien ġew ingaġġati b’kuntratt definit jew indefinit (tweġibiet separati) li fl-aħħar xhur/ġimgħat ġew ingaġġati fuq bażi ġdida kuntrattwali mal-Ministeru tiegħu u/jew ta' ħaddieħor u/jew ma' xi aġenzija, awtorità, entità parastatali jew governattiva li taqa' taħtu u/jew ta’ xi Ministeru ieħor? Jista' jagħti dettalji sħaħ anki jekk ma jingħatawx ismijiet ta’ kull każ involut?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ebda membru tas-Segretarjat ma jista jkollu kuntratt indefinit peress li dawn il-membri kollha jkollhom ‘political appointment’. Teżisti differenza fejn uħud mill-membri tas-Segretarjat ikunu ġa mpjegati mal-Gvern jew entitajiet governattivi filwaqt li jkun hemm oħrajn ġejjin minbarra ċ-ċivil jew entitajiet governattivi li huma msejħa bħala ‘external’.
Għat-tieni parti tad-domanda, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta hija fin-negattiv.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — membri ingaġġati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tas-Segretarjat Privat tal-Ministeru li kien ġew ingaġġati b’kuntratt definit jew indefinit (tweġibiet separati) li fl-aħħar xhur/ġimgħat ġew ingaġġati fuq bażi ġdida kuntrattwali mal-Ministeru tiegħu u/jew ta' ħaddieħor u/jew ma' xi aġenzija, awtorità, entità parastatali jew governattiva li taqa' taħtu u/jew ta’ xi Ministeru ieħor? Jista' jagħti dettalji sħaħ anki jekk ma jingħatawx ismijiet ta’ kull każ involut?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-ebda membru tas-Segretarjat ma jista jkollu kuntratt indefinit peress li dawn il-membri kollha jkollhom ‘political appointment’. Teżisti differenza fejn uħud mill-membri tas-Segretarjat ikunu ġa mpjegati mal-Gvern jew entitajiet governattivi filwaqt li jkun hemm oħrajn ġejjin minbarra ċ-ċivil jew entitajiet governattivi li huma msejħa bħala ‘external’.
Fl-aħħar xhur / ġimgħat ebda membru tas-Segretarjat privat tiegħi ma' ġew ngaġġati fuq bażi ġdida kuntrattwali mal-Ministeru tiegħi, ta' ħaddieħor - sa fejn naf jien - jew xi enti li taqa' taħt il-Ministeru tiegħi.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dan id-dekasteru joffri ħafna servizzi li jintużaw minn diversi persuni fosthom persuni nieqsin mid-dawl u mis-smiegħ u ma jinżammux records. Fil-każi kollha il-pazjent jiġi trattrat b’dinjità u rispett, u jingħata l-attenzjoni u t-trattament meħtieġ kif kien ikun hemm bżonn.
Ministeru tal-Intern — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fi ħdan dan il-Ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħtu, bħalissa huwa biss d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole li għandu klijent wieħed li għandu xi forma ta’ diżabilità kif indikata mill-Onorevoli Interpellanta. Il-klijent in kwistjoni jbati minn nuqqas ta’ smigħ, u għalkemm ma hemm l-ebda diffikulta ta’ komunikazzjoni mal-Probation Officer, id-Dipartiment qiegħed f’komunikazzjoni mal-Kunsill Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità biex jara kif dawn tal-aħħar jistgħu jipprovdu servizz jew għajnuna f’każijiet simili.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
- Qrati tal-Gustizzja: f’dawn l-ahhar sitt xhur ma kienx hemm il-htiega
- Awtorita’ tad-Djar: ma zzommx tali informazzjoni
- Sigurta’ Socjali: f’dawn l-ahhar sitt xhur ma kienx hemm il-htiega
- Dipartiment Standards ghal Harsien Socjali: f’dawn l-ahhar sitt xhur ma kienx hemm il-htiega.
- Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali: ma zzommx tali informazzjoni
MEUSAC: L-Għaqda għall-Persuni Neqsin mid-Dawl (
Malta Society of the Blind
) hija organizzazzjoni li ssieħbet fil-Kumitati Settorjali tal-MEUSAC fl-1 ta’ Awwissu 2012. L-Għaqda għandha 100 membru msieħba fiha u hija rappreżentata fil-proċess ta’ konsultazzjoni mħaddem mill-MEUSAC. Rappreżentant tagħhom li huwa nieqes mid-dawl attenda wkoll xi laqgħat. Il-komunikazzjoni mal-Għaqda saret kemm bil-kitba u kemm b’mod elettroniku.
L-ebda persuna nieqsa mis-smigħ jew għaqda ta’ persuni nieqsa mis-smigħ ma talbet is-servizzi tal-MEUSAC f’dawn l-aħħar sitt xhur.
- Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: f’dawn l-ahhar sitt xhur ma kienx hemm il-htiega
- Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: f’dawn l-ahhar sitt xhur ma kienx hemm il-htiega
- Kummissarju ghat-Tfal: f’dawn l-ahhar sitt xhur ma kienx hemm il-htiega
- MCESD: f’dawn l-ahhar sitt xhur ma kienx hemm il-htiega
- Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali: Agenzija SAPPORT - għandha dsatax (19) il-klijent li jattendu fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall- Persuni b’Diżabilità, speċifikament fiċ-ċentru għall-persuni neqsin mid-dawl. Hemm ukoll żewġ (2) persuni oħra li jattendu għal-lezzjonijiet tal-Braille u tlieta (3) oħra li jattendu għal-lezzjonijiet ta’ programm tal-Computer għall-persuni neqsin mid-dawl. Mezzi ta’ komunikazzjoni li jintużaw ma’ persuni li huma neqsin mid-dawl huma komunikazzjoni verbali, braille u computer bil-Window Eyes.
Fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’Diżabilità li jagħtu is-servizz għall-persuni b’diżabilità intelletwali hemm jattendu żewġ (2) persuni li huma
deaf blind
, tnax (12) il-persuna li huma neqsin mid-dawl u żewġ (2) persuni oħra li huma neqsin mis-smiegħ. Ma’ dawk li huma
deaf blind
tintuża t-tactile sign language u pixels b’kuluri speċifiki. Ma’ persuni li għandhom nuqqas ta’ smiegħ jintużaw il-lingwa tas-sinjali u l-pixels.
Fis-Servizzi Residenzjali l-Aġenzija SAPPORT preżentament għandna żewġ (2) persuni li huma neqsin mis-smiegħ. Dawn il-persuni għandhom lingwa tas-sinjali li mhix konvenzjonali u allura il-komunikazzjoni ssir bl-użu tal-istess lingwa.
Agenzija APPOGG u Agenzija
sedqa:
ta` min jghid ukoll illi klijenti li jattendu ghal xi servizzi kemm fil-kas ta` l-Agenzija APPOGG u l-Agenzija
sedqa,
il-htigijiet partikolari taghhom ikunu esplorati mill-haddiema socjali li imbaghad huma jiehdu hsieb ifittxu s-sapport mehtieg. Rekord ta` dan ma jinzammx ghaliex il-klijenti ikunu trattati bhal haddiehor.
- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: hija mghamra sabiex persuni nieqsin mid-dawl u smigh ikunu moqdija fil-bzonnijiet taghhom. B’kollox il-Kummissjoni qdiet 170 persuna nieqsin mis-Smigh u 196 persuna nieqsin mid-dawl
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li kien hemm zewg persuni neqsin mis-smiegh li ghamlu uzu minn servizz moghti mill-Ministeru, Dipartiment jew Entita' fil-perjodu msemmi. F'kaz minnhom ntuzat komunikazzjoni bil-kitba waqt li fil-kaz l-iehor ntuzat komunikazzjoni verbali peress li l-persuna kellha ftit smiegh.
Ministeru għal Għawdex — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tagħha f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36897, peress li l-ismijiet ta' min ipprovdi s-servizz meta dan jikkonsisti f'body corporate (u mhux allura individwu), l-isem jidher li ma jindikax x'tip ta' kumpanija hija, jista' l-Ministru, għal kull waħda minn dawn li ħadu l-kuntratt, ipprovdew is-servizz u tħallsu, jgħid l-isem komplet tal-kumpanija (partikolarment għall-kumpaniji li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament), fejn hija rreġistrata u fejn hi fiżikament residenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.