Billi fil-ħinijiet ta' filgħodu u filgħaxija, (7:00am - 9:00am u 4:30pm - 7:00pm) qed ikun hemm problemi kbar tat-traffiku li qed jikkawżaw traffic jams esaġerati fil-bypass ta' Birkirkara, fil-mili ta' Santa Venera, Regional Road, u fejn il-Monument tal-Ħaddiem fl-Imsida, liema traffic jams qed iwasslu għal inkonvenzjenzi kbar għas-sewwieqa, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex din il-problema tiġi rimedjata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress illi l-immaniġġjar tat-traffiku huwa primarjament responsabbilta` tal-Pulizija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu ukoll lill-Ministru kkonċernat.
Madankollu, jien infurmat ukoll li uffiċċjali tal-Infurzar ta’ Transport Malta diġa' qegħdin jiġu stazzjonati f’postijiet strateġiċi matul il-ħinijiet indikati sabiex jgħinu lill-Pulizija fl-immaniġġjar tat-traffiku. Apparti dan, Transport Malta ser tibda timplimenta proġett ta' Immaniġġjar tat-Traffiku Intelliġenti fix-xhur li ġejjin, liema proġett huwa ntiż sabiex jindirizza w jikkontrolla s-sistemi tat-traffiku fuq it-toroq prinċipali bil-għan li tali sistemi jsiru aktar effiċċjenti u effettivi. Dan il-proġett ser ikun jikkonsisti minn qafas ta'
Closed Circuit Cameras
u
Variable Message Signs
sabiex ikun hemm moniteraġġ kontinwu tas-sistema tat-traffiku u permezz tal-
Variable Message Signs
u xandiriet fuq il-
media,
s-sewwieqa jkunu nfurmati dwar il-kundizzjoni tat-traffiku sabiex ikunu f'pożizzjoni li jagħżlu rotot alternattivi. Ser ikun hemm ukoll sistema ta' ottimizzazzjoni tal-ħinijiet tas-sistemi tat-
traffic lights
sabiex tali inkroċji fit-toroq jaħdmu bl-aktar mod effiċjenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji għal postings tad-Deputy Nursing Officers li ġew promoted dan ix-xahar, jiġifieri b'liema mod ingħataw il-postings il-ġodda? Jista' jgħid kif ġiet assigurata l-meritokrazija u t-trasparenza f'dawn il-postings? X'sistema hemm ta' appell għal dawk li ngħataw postings li ma jħossuhomx li ġew posted f'wards li huma fil-linja ta' esperjenza u taħriġ li għandhom? Kif qed ikun assigurat li dawn id-Deputy Nursing Officers ma jħossuhomx dimottivati, jekk jiġu posted f'linja ta' xogħol li ma jħossuhomx konfidenti biżejjed fiha? Jista' jgħid jekk dawk li għamlu snin aċting Nursing Officers ingħatawx l-opportunità, issa li ġew promoted uffiċjalment għal dawn il-posts, li jibqgħu fl-istess swali jew dipartimenti? Jista' jassigura li kulħadd ġie ittrattat bl-istess kriterji u ma saretx diskriminazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kien hemm proċess tal-għażla tal-Public Service Commission u r-riżultat ġie ppubblikat. Il-posting tad-Deputy Nursing Officers sar kif deskritt:
Ġiet stabbilita l-proċedura dwar kif għandu jsir dan id-
deployment,
b’konsultazzjoni mal-Malta Union of Midwives and Nurses. In-numru ta’ vakanzi biex jimtlew ġie stabbilit minn qabel ma beda l-proċess.
1. Kull min kien diġa fil-grad ta’
Deputy Nursing Officer
(DNO) qabel il-proċess tal-għażla u li kellu ittra ta’ talba ta’ trasferiment kellu jieħu l-ewwel prijorità sakemm dan it-trasferiment kien possibbli.
2. Kull min laħaq DNO u kien diĠa’ jaħdem f’post fejn kien hemm vakanza kellu jingħata l-“
first right of refusal
”.
3. Il-kumplament kellu dritt li jagħżel skont l-ordni tal-mertu skont ir-rizultat tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
. Din il-proċedura ġiet segwita għajr f’erba’ ċirkostanzi għall-raġunijiet speċifiċi.
B’referenza għall-Commission Decision on the State Aid No SA.33015 which Malta is planning to implement for Air Malta plc datata 27 ta' Ġunju 2012 C(2012) 4198 Final, u speċifikatament b’referenza għall-klawsola 17 tal-istess deċiżjoni li tipprovdi li by 2013, slots pairs will be surrendered at coordinated airports such as London-Gatwick, Manchester, Amsterdam, Frankfurt, Geneva, Catania, Stuttgart, London-Heathrow and Munich. Through the withdrawal or reduced frequency other airlines will be able to benefit from potentially increasing their load factors and/or yields, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux previst, in vista ta’ dak li qed jingħad f’din il-klawsola, jekk l-Air Malta se tiġix kostretta ċċedi u/jew tnaqqas xi slots fuq xi rotot li bħalissa qegħda topera?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' din il-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed jilmentaw dwar wires tad-dawl tal-Korporazzjoni Enemalta li qed jiġbdu l-knatan minn mal-faċċata tad-dar l-aktar fil-maltemp? Jista' jara li tissolva din il-problema u jitwaħħal arblu biex ma ssirx ħsara fil-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Wara numru ta' inċidenti li seħħew fi Tal-Barrani limiti taż-Żejtun fost l-oħrajn, jista' l-Ministru flimkien mal-Awtorità konċernata jikkunsidraw li jsiru barriers fis-central strip ħalli ċertu inċidenti jiġu evitati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tinvestiga din it-talba biex tara x'jista' jsir.
Lukandi u ristoranti — rendikont lill-Enemalta u l-WSC
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ħallsu l-lukandi u ristoranti f'Malta u f'Għawdex f'kirjiet u konsum tad-dawl u ilma lill-Korporazzjoni Enemalta / Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u ARMS Ltd għas-snin bejn l-2003 u Lulju 2012 sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jivverfika jekk it-traffic hump li hemm fit-Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ viċin ta' Triq il-Ħlewwa hijiex aktar għolja mid-daqs speċifikat u ħafna vetturi baxxi jispiċċaw iħħokku l-qiegħ magħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal Balzan — Triq it-Tabib Zammit - traffic hump għolja
Question
Jista' l-Ministru jivverifika jekk it-traffic hump li hemm fi Triq it-Tabib Zammit f'Ħal Balzan viċin ta' Triq il-Providenza hijiex ta' ogħli kif speċifikat għax ħafna vetturi baxxi jispiċċaw iħokku il-qiegħ magħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali ta’ Transport Malta, rriżulta li din ir-road hump fi Triq it-Tabib Zammit inbniet skont l-għoli speċifikat fl-ittra ta’ approvazzjoni bid-data 23 ta’ Jannar 1998.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' esproprjazzjonijiet li tħallsu mill-1 ta' Jannar 2012 sal-lum li tinkludi dettalji tal-proprjetà li ġiet esproprjata, tal-benefiċċjarju tal-kumpens u kemm kien jammonta il-kumpens? Jista' jgħid ukoll kif intgħażlu l-esproprjazzjonijiet li ġew imħallsa u min għamel din l-għażla?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ esproprjazzjonijiet li tħallsu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-lum bid-dettalji kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Trasferiment ta' Anzjan mill-Isptar Mater Dei għal Dar tal-Anzjani
Question
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jiġi trasferit mill-Isptar Mater Dei għal Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa peress li l-mara tiegħu li hi anzjana u li toqgħod l-Imtarfa għandha problema ta' mobilità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applika fl-10 ta’ Settembru 2012 mill-Isptar Mater Dei u ġie approvat għad-Dar tal-Imtarfa fit-13 ta’ Settembru 2012. L-anzjan qiegħed fuq il-lista ta’ stennija biex jidħol fid-Dar tal-Imtarfa skond il-mertu tal-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jiswa kuljum l-iscafolding li tpoġġa mal-faċċata tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar madwar xahrejn ilu u sal-lum kull ma sar kien ġurnata xogħol biss fuq il-faċċata tal-istess Awtorità?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-personal assistant tas-CEO? Sar l-proċess normali kif stipulat fil-ftehim kollettiv tal-UTAC għal ħafra ta' personal assistant tas-CEO? Jista' jgħid x'hemm inkluż f'forma ta' allowances u benefiċji fil-pakkett finanzjarju li għandha l-persuna magħżula?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus l-uffiċċju l-ġdid taċ-CEO tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jagħti breakdown ta' din in-nefqa inkluż dak kollu li nxtara bħala parti mir-refurbishing ta' dan l-uffiċċju? Huwa minnu li fost l-oħrajn, intnefqu mal-€1,200 fuq pjanti (indoor plants) biex isebbaħ l-uffiċju tiegħu?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa mill-Vot tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu li tkun allokata għall-pubbliċità? Kemm minnha hija għall-ħolqien ta' seating capaicty u kemm minna hija għall-amministrazjoni ġenerali? Kem hija l-allokazjoni kull sena? Jista' l-Ministru jagħti l-informazjoni sena b'sena għas-snin 2010, 2011 u 2012 ?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-ex iskola sekondarja tas-subien tal-Marsa, F.X. Attard, tinsab magħluqa u x’inhu maħsub li jseħħ mill-użu tal-proprjetà msemmija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskola F.X. Attard fil-Marsa, li għalqet is-sena skolastika li għaddiet, hija fil-pjan tad-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi dwar it-twaqqif tal-Kulleġġi u għall-iskejjel t’għada. Bħalissa hemm numru ta’ proġetti edukattivi li qed jiġu kkunsidrati iżda mhux eskluż li l-bini jingħata lura lill-Gvern Ċentrali biex jiddisponi minnu fl-aħjar mod possibli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37469, 36307 u 35939 u jgħid minn sena ilu 'l hawn kemm tneħħew postijiet ta' parkeġġ minn l-awtoritajiet kkonċernati f'kull lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.