Aġenzija Appoġġ — Rapporti ta' abbużi sesswali fuq it-tfal
Question
Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2008 kemm kien hemm rapporti ta' abbuż sesswali fuq it-tfal li waslu għand l-Appoġġ u kemm l-Appoġġ irrefera minn dawn il-każijiet lill-pulizija?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li in-numru ta’ rapporti ta' abbużi sesswali fuq it-tfal li waslu għand l-Agenzija APPOGG fis-sena 2008 kienu 163
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ta’ kemm minn dawn il-kazijiet gew referuti lill-pulizija u kemm minnhom spiccaw il-Qorti tinzamm mill-Pulizija u mhux mill-Agenzija APPOGG.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentar 37584 u jinforma l-Kamra kemm huwa n-numru ta' street lights ġewwa t-toroq ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm hu l-konsum ta' elettriku? Kemm tiswa l-maintenance ta' dawn il-bozoz? Kemm jinbidlu bħala medja kull sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37562 u jagħti lista tal-Extra Budgetry Units inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi kollha? Jista' jagħti dettalji dwar kemm irċevew fondi mingħand il-gvern f'forma ta' sussidju u/jew transfers oħra sena b'sena bejn 2004 u 2012? Jista' jagħti lista sena b'sena minn min dawn EBUs kollha li kkontribwew flus lill-gvern mir-revenue tagħhom sena b'sena bejn 2005 u 2012 cioè ma ħadux sussidju imma ikkontribwew lill-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37569 u jgħid kemm-il liġi finanzjarja li tolqot is-settur finanzjaru fl-intier tiegħu ġo pajjiżna ġew approvati mill-Parlament b'mod unanimu sena b'sena bejn 2000 u 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35594 u jgħid fiex waslu l-pjani imħabbra minnu stess f’laqgha pubblika fit-8 ta’ Frar ta’ din is-sena, biex kumpanija Brażiljana tirriloka l-ħidma tagħha f’Malta? Jista' jagħti żmien meta se ssir din ir-rilokazzjoni? Jista' jgħid kemm tħaddem nies bħalissa din il-kumpanija? Jista' jgħid kemm se tkun qed tħaddem nies din il-kumpanija ġaladraba tirriloka f’pajjiżna? Jista' jgħid f’liema qasam topera din il-kumpanija? Ma' dan jista' jindika kemm kien l-investiment li sar f'pajjiżna minn din il-kumpanija Brażiljana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari 37789.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37646 u jgħid kemm kienet l-ispiża għal ħsarat li riżultaw fl-inċineratur tal-Marsa din is-sena? Jista' jagħti l-istess breakdown għall-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba, niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dawn l-ammonti jirriflettu spejjes li ma jkunux previsti u jirrizultaw barra minn dawk tal-manutenzjoni preventiva.
Enemalta — ċifra ta' flus għall-elettriku ġġenerat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37644 u jgħid kemm hi ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tħallas llum bħala kumpenss għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajici lill-familji li zviluppawha u bdew joperaw fid-djar privati u jew stabilimenti kummercjali ? Jista’ jgħid meta fil-fatt se jitħallsu? Għaliex fil-fatt għadhom ma tħallsux?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37650 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti l-ismijiet u l-indirizzi tal-istituzzjonijiet/persuni li għandhom l-awtoritajiet li jagħtu l-korsijiet li jwasslu biex persuna tkun kwalifikata bħala care worker?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li preżentament m’hemm l-ebda leġiżlazzjoni li tirregola l-korsijiet ta’ care worker u għaldaqstant mhuwiex possibbli li tingħata lista komprensiva tal-istituzzjonijiet kollha li jagħtu dan it-taħriġ.
Madankollu, fis-Settur Pubbliku, dan it-taħriġ jiġi offrut mill-MCAST, mill-ETC kif ukoll mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37317, jista' l-Ministru jgħid x'irid ifisser bil-frażi: 'mill-aktar fis possibli' meta dawn il-gradwati bħala pharmacy technicians ilhom li għamlu l-interviews sa minn Mejju 2012? Jista' jagħti t-terminu taż-żmien meta dawn se jkunu ingaġġati? Jista' jgħid xi jrid ifisser bil-frazi: 'skont l-esigenzi tas-servizz pubbliku', jiġifieri x'inhuma l-esigenzi tas-servizz pubbliku għas-sena 2012 u 2013? Kemm għandu pharmacy technicians nieqsa mill-compliment normali, fid-diversi istituzzjonijiet fid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ingaġġ fil-grad ta’ Pharmacy Technicians jinsab f’fażi avvanzata u huwa mistenni li fi żmien qasir jiġu kkuntattjati l-persuni magħżula sabiex jikkonfermaw jekk jaċċettawx il-ħatra bħala Pharmacy Technicians.
Niċċara wkoll li l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku huma stabbiliti mhux biss mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità iżda jiġu stabbiliti wkoll flimkien mal-Public Administration HR Office u l-Ministeru għall-Finanzi, Ekonomija u l-Investiment.
Skola Primarja Ta' Sannat — tifel li qed jistenna biex jissejjaħ quddiem l-Istatementing Board
Question
Tista' l-Ministru tispjega għaliex it-tifel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jattendi skola primarja ta' Sannat, Għawdex għadu sal-lum ma ssejjaħx quddiem l-istatementing board u l-ġenituri tiegħu ilhom żmien li applikaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikazzjoni ta’ dan it-tifel daħlet għand l-Istatementing Moderating Panel f’Lulju 2012, u qiegħda tiġi pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra li daħlu f’dawn l-aħħar xhur. Il-proċess isir skont il-prioritajiet tal-każi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswew is-siġġijiet tal-ġilda li nxtraw għall-uffiċini l-ġodda tal-Ministri fil-bini tal-Parlament il-ġdid? Jista' jgħid kemm ġew jiswew il-waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa issa għadhom ma nxtraw l-ebda siġġijiet għall-Parlament il-Ġdid.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-Ministru ma ratx kif għamlet biex Bethelem Għajnsielem terġa ssir din is-sena? Kif jista' jkun li lanqas għamlet stqarrija dwar telf għal Għawdex ta' din l-attrazzjoni turistika li s-soltu ġġib f'Għawdex kemm turiżmu intern kif ukoll estern?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għal Għawdex dejjem għen bl-aktar mod qawwi, kemm finanzjarjament u anke b'mezzi oħrajn kull darba illi ġie organizzat Bethlehem f'Għajnsielem. Anke din is-sena l-Ministeru għal Għawdex kien lest li jerġa joffri l-għajnuna kollha possibbli sabiex Bethlehem f'Għajnsielem jerġa' jiġi organizzat. Irriżulta però, li l-Fondazzjoni Bethlehem f'Għajnsielem, minħabba raġunijiet imxandra permezz ta' stqarrija maħruġa mill-istess fondazzjoni, ħadet id-deċiżjoni illi din is-sena ma jsirx Bethlehem f'Għajnsielem.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' fond li l-gvern daħħal mill-proċessi terzi ta' privatizzazzjoni bejn l-1998 u l-2012 sena b'sena? Kemm kien l-ammont ta' revenue iġġenerat a favur il-gvern minn bejgħ ta' proprjetà pubblika u minn amnestiji fiskali sena b'sena bejn l-2000 u 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Bormla — knisja ta' San Ġwann t'Għuxa - upgrading tal-inħawi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37648 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li quddiem il-knisja ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla eżatt ħdejn il-garaxxijiet li jiġu qrib is-sur tiġi rranġata t-triq u ikun hemm upgrading ta' dawk l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalissa m’hemmx xogħlijiet ippjanati minn Transport Malta fit-triq imsemmija.
Għawdex — Nadur - Triq it-Torri ta' Sopu - periklu
Question
Tista' l-Ministru tghid għalfejn għadu ma tneħħix il-periklu ta' Triq it-Torri ta' Sopu fin-Nadur Għawdex minkejja d-diversi interpellazzjonijiet datati lura saħansitra għall-1998?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qiegħda titħejja sejħa għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa f'din it-triq.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33750, jaf il-Ministru li l-persuni li kienu oriġinarjament jirrisjedu f'dan il-post, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ġew nieqsa? Jaf il-Minsitru li l-persuna għand min spiċċa dan il-fond, u cioè bint iż-żewġ persuni li kienu jirrissjedu f’dan il-post, tat iċ-ċwievet ta’ dan il-fond lil persuna oħra li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn spezzjonijiet li għamlet l-Awtorita’ tad-Djar jirrizulta li l-post mhuwiex abbandunat izda okkupat mill-inkwilin b'mod legali.
IPSL — ħaddiema fil-Ministeru tal-Edukazzjoni - overtime u allowances
Question
Jista' l-Prim Ministru jippreżenta lista tal-ħaddiema li ħadmu mal-Ministeru tal-Edukazzjoni (Dipartiment/Ministeru/Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada eċċ.) (inkluż l-ID card number) u li kienu fuq il-kotba tal-IPSL (mill-bidu sal-lum)? Jista' jgħid x'inhu l-grad preżenti ta' dawn il-ħaddiema u x'tip ta' xogħol ġew imqabbdin jagħmlu fil-bidu u qed iwettqu llum? Jista' jgħid kemm damu f'dan ix-xogħol u ż-żminijiet kollha inklużi bħala impjegati tal-IPSL? Jista' jgħid kemm ġew mogħtija fi flus f'overtime u allowances?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema kollha li ħadmu jew qed jaħdmu mal-Ministeru tal-Edukazzjoni għadhom ħaddiema tal-IPSL.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-fabbriki tal-manifattura li matul dawn it-tliet snin żiedu l-investiment jew liema huma il-fabbriku ġodda li bdew joperaw f'Malta matul dawn it-tliet snin? Kemm kien l-investiment tagħhom f'kull każ? Kemm ingħataw għajnuna mill-Malta Enterprise jew minn entità oħra governattiva kull fabrika? Kemm kien in-numru ta' impjiegi ġodda maħluqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema hija l-fabbrika Braziljana li se tibda topera f'Malta dalwaqt u li diġà trasferiet l-operat tagħha f Malta? Kemm hemm ħaddiema ngaġġati magħha sal-lum? Kemm huwa l-investiment produttiv li ġie investit minnha f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.