Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birkirkara — rotta tal-linja għaċ-ċentru tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37465 u jintervjeni sabiex anzjani li soltu jagħmlu użu miċ-ċentru tas-saħħa fil-Mosta u li issa dawn is-servizzi imxew għaċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkirkara bid-differenza li issa dawn l-anzjani li jaqbdu l-karozza tal-linja biex jagħmlu dan ikollhom jinżlu fil-bypass ta' Birkirkara jaqsmu l-bypass u jinżlu niżla? Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex Transport Malta tbiddel temporanjament ir-rotta tagħha u jkun hemm karozza tal-linja li tgħaddi apposta minn ħdejn il-klinika tas-saħħa ta' Birkirkara ħalli dawn l-anzjani u persuni bi problemi ta' mobiltà jkunu jistgħu jagħmlu użu minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37614.

ingaġġ ta' youth workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn meta dawk li huma gradwati fil-youth work se jibdew jaħdmu bħala l-youth workers u se jingħataw il-warrant biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Diġa’ hemm numru ta’ youth workers li jaħdmu mal-gvern bħala youth workers. Il-warrant jibda jingħatalhom meta l-Att tal-Professjoni tal-Youth Workers jiġi approvat minn din il-Kamra.

warrant ta' youth worker

Question

Peress li hemm gradi differenti ta' studju minn ċertifikat - diploma, degree u masters, tista' l-Ministru tgħid liema livell ta' studju se jkun biżżejjed biex dawk li għandhom background ta' dan l-istudju jkunu jistgħu jieħdu l-warrant ta' youth worker?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-livell minimu ta’ studju rekwiżit għall-warrant ta’ youth worker se jkun ta’ livell ta’ Baċellerat. L-abbozz tal-liġi qiegħed quddiem il-Parlament.

degree għal min m'għandux warrant

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema degrees li jinħarġu mill-Università ta' Malta ma għandhomx warrant? Għaliex dawn ma jingħatawx warrant u għaliex dawk li jingħataw il-warrent isir dan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università ta' Malta — boroż ta' studju

Question

Tista' l-Ministru tispjega jekk hemmx fakultajiet oħrajn u boroż ta' studju oħrajn fil-Università ta' Malta li se jsiru t-tibdil neċessrji biex min jilħaq il-livell neċessarju ta' studju jkun jista' jingħata l-warrent fis-suġġett ħalli jkun jista' jaħdem b'dak is-suġġett li jkun studja għalih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università ta’ Malta ma toffrix boroż ta’ studju imma l-istudenti full time li jirreġistraw għall-korsijiet undergraduate kollha jingħataw l-istipendju u s-Smart Card. Dawk il-korsijiet full time postgraduate li jwasslu biex tingħata warrant jingħataw ukoll l-istipendju.
Leg 11 PQ #37714 Sitting 520 2012-11-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — standard item of expenditure

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’hemm flus kommessi biex jitħallsu din is-sena taħt kull standard item of expenditure tal-vot rikorrenti tal-Ministeru għal Għawdex sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari Numru 37703 mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Leg 11 PQ #37750 Sitting 520 2012-11-12 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

Kumitat Reġjonali tat-Tramuntana — management letter

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji tal-kontenut tal-Management Letter jew titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra il-management letter li ngħatat lill-Kumitat Reġjonali tat-Tramuntana fi ħdan il-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dock 1 — British u Knights Building

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx proposti konkreti dwar x'se jsir mill-British u Knights Building li hemm fl-area ta' Dock 1 ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-użu ta' propost għal British u Knights Buildings qiegħed iddettaljat fid-development brief li l-GHRC issottomettiet lill-MEPA u li l-MEPA għadha qed tikkonsidra.
Leg 11 PQ #37789 Sitting 520 2012-11-12 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpanija msemmija f'programm televiżiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jisimha l-kumpanija Brażiljana li semma' fil-programm televiżiv Xarabank tat-2 ta' Novembru 2012 li ġabet il-kwartjieri ġenerali tagħha f'Malta? Jista' jgħid kemm tħaddem nies din il-kumpanija? Jista' jgħid kemm minnhom huma Maltin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Istqarrija 2456 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Leg 11 PQ #37790 Sitting 520 2012-11-12 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

Kunsill lokali ta' Ħal Lija — kwestjonijiet rigward impjieg

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37424 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36866, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din il-korrispondenza mingħand id-dipartiment? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li ilu li tlesta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-korrispondenza (li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament) kollha bejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Kunsilli Lokali ta' Ħal Lija mill-1 ta' Jannar 2012 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Waqt li nirreferi mill-ġdid għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36866 qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra ta’ Aġent Segretarju Eżekuttiv, datata 3 ta’ Awwissu 2011, kif ukoll kopja tal-korrispondenza elettronika li għaddiet bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija dwar il-proċess ta’ ħatra ta’ Segretarju Eżekuttiv. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Intant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-korrispondenza l-oħra relatata li talbet bid-dettalji mogħtija separatament, tifforma parti mill-appendiċi tar-rapport li għadni kemm poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li d-dipartiment ġa qed jieħu passi skont il-liġi.
Leg 11 PQ #37792 Sitting 520 2012-11-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti infermiera li ma jgħaddux mis-sena akkademika

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 37245 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u tispjega għaliex l-istudenti infermiera li ma jkunux għaddew mis-sena akkademika u għalhekk ikollhom jirrepetu s-sena jispiċċaw jagħmlu xogħol fl-Isptar fil-vaganzi tas-sajf bla paga meta l-istudenti l-oħrajn li jkunu għaddew jitħallsu? Tista' tgħid għandux student li jkun se jirrepeti għallanqas jagħżel li ma jaħdimx f'dak is-sajf ta' bejn is-sentejn ripetuti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudenti fil-korsijiet tal-infermiera huma meħtieġa jagħmlu placement kliniku matul is-sajf bħala parti integrali mill-kors tagħhom. Barra minn hekk huma jistgħu wkoll japplikaw biex jagħmlu xogħol matul is-sajf taħt l-iskema li joħroġ il-Gvern u huma jitħallsu għal din il-parti tax-xogħol li jagħmlu. Studenti li jeħlu fit-taqsimiet studju teoretiċi li r-riżultati tagħhom joħorġu meta jkunu diġa’ bdew il- placement kliniku tagħhom l-isptar jistgħu jieqfu mill- placement jekk jaraw li se jkollhom jirrepetu sena. Izda, hemm minnhom li jippreferu jkomplu l- placement biex jitħallsu taħt l-iskema tax-xogħol matul is-sajf. Meta l-istudenti jirrepetu sena (fil-korsijiet kollha tal-Universita’) ma jieħdux stipendju. Lanqas ma jkunu intitolati li japplikaw taħt l-iskema ta’ xogħol matul is-sajf għax din hija miftuħa għal min huwa intitolat biex jieħu stipendju. Iżda, naturalment, l-istudenti għandhom numru ta’ sigħat li huma obbligati jaħdmu bħala parti mit-taħriġ akkademiku tagħhom biex jikkwalifikaw għall-grad jew għad-diploma.

Wied il-Għajn — xiri ta' proprjetà tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetajiet tal-gvern f'Wied il-Għajn li huma mikrija lil residenti Maltin jistgħux jinxtraw mill-istess okkupanti taħt skema apposita?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-proprjetajiet tal-Gvern f’Wied il-Għajn ma jistgħux jinxtraw bl-iskemi li hemm mifuħin bħalissa.

Security Guards tal-Isptar Mater Dei — food allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-security guards li jaħdmu mal-Isptar San Luqa huma ddiskriminati peress li ma jingħatawx food allowance jew jingħataw l-ikel bħal security guards oħra li jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-food allowance mogħti lil security guards oħra li jaħdmu fid-dipartiment, ma joħroġ mill-ebda ftehhim u għalhekk ma hemmx lok għal xi tip ta’ diskriminazzjoni, kif qed jiġi interpretat fil-Mistoqsija Parlamentari. Fil-jiem li ġejjin se tittieħed deċiżjoni biex din l-irregolarita’ tiġi indirizzata.

Transport Malta — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri kemm hemm impjegati inkluż konsulenti fi ħdan Transport Malta? Mil-liema sena ġew ingaġġati dawn l-impjegati u f'liema grad? Kemm ġew ingaġġati matul is-sena 2012 u f'liema grad?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

aċċess ta' garaxx minn trejqa

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'jonqos isir biex it-trejqa li tinsab tmiss ma' blokk li d-dettalji dwaru qed jitnabgħtu separatament, tiġi rranġata sabiex dak li għandu titolu ta' kera mingħand il-gvern tal-garaxx li jagħti għal din it-trejqa jkun jista' jagħmel użu minn dan il-garaxx? Għaliex din it-trejqa baqgħet ma qatt ġiet irranġata minkejja l-lamenteli ta' dan il-kerrej u saħansitra domandi parlamentari? Jagħmel sens li l-gvern jikri garaxx lil ċittadin li imbagħad ma jkunx jista' joħroġ minnu minħabba l-istat disastruż tat-trejqa?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif ingħad fi tweġiba għall-Mistosija Parlamentari Nru 22427, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern mhuwiex l-entità responsabbli fuq xogħol infrastrutturali ta’ toroq, għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru biex iressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Dwar l-aħħar parti tad-domanda, il-garaxx li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament ġie mikri fl-1984 wara sejħa għall-offerti u kien biss f’dawn l-aħħar 4 snin li l-kerrej ressaq l-ilmenti tiegħu dwar l-aċċess permezz ta’ domandi parlamentari. Jirriżulta ukoll li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern kiteb dwar dan lit-Transport Malta.
Leg 11 PQ #37797 Sitting 520 2012-11-12 Oral · Final From: ANĠLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema ta' Tariffi tal-Kumpanija Arriva

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-Rappreżentanza ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussel hiex infurmata dwar jekk il-Kummissjoni Ewropea hiex qed tinvestiga l-iskema ta' tariffi tal-kumpanija Arriva (Malta) kif approvata minn Transport Malta, għal xi ksur tal-acquis communautaire? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza li għaddiet bejn il-partijiet konċernati rigward il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Ewropeja kitbet lill-Gvern Malti sabiex titlob informazzjoni u kjarifiċi dwar il-kwistjoni. Dan huwa l-istadju li fih il-Kummissjoni tinvestiga sabiex imbagħad tiddeċiedi jekk għandomx jinfetħu proċeduri formali dwar infrazzjoni tal-liġi komunitarja. Il-Gvern diġa’ bagħat tweġibiet lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Peress li dan huwa stadju preliminari, ma jidhirlix li jkun prudenti li dawn id-dokumenti jsiru pubbliċi f’dan l-istadju.
Leg 11 PQ #37806 Sitting 520 2012-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Intern

abbużi sesswali rraportati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar erba' snin, sena b'sena, kemm kien hemm każijiet ta' abbużi sesswali fuq it-tfal riferuti lill-pulizija mill-Appoġġ u kemm minnhom, sena b'sena, ġew investigati mill-pulizija u kemm minnhom sena b'sena spiċċaw il-qorti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numri ta’ każijiet ta’ abbuż sesswali fuq tfal li ġew riferuti lill-pulizija mill-Appoġġ mill-2009 sal-llum u x’kien l-eżitu tagħhom huwa kif ġej: Sena Nru ta’ każijiet riferuti mill-Appoġġ Każijiet investigati mill-pulizija wara li ġew riferuti mill-Appoġġ Każijiet mressqa l-Qorti Każijiet li ma ġewx imressqa quddiem il-Qorti 2009 6 6 2 4 - mill-investigazzjoni irriżulta li m’hemmx każ 2010 6 6 2 4 - mill-investigazzjoni irriżulta li m’hemmx każ 2011 20 20 6 6 - mill-investigazzjoni irriżulta li m’hemmx każ 5 - l-investigazzjoni għadha għaddejja 3 - il-kwerela rtirata 2012 20 20 11 4 - mill-investigazzjoni irriżulta li m’hemmx każ 5 - l-investigazzjoni għadha għaddeja

ħatra ta' espert tal-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel l-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament beda jiġi maħtur bħala espert tal-qorti fuq frodi mis-sena 1993 sal-lum, kienx magħruf li fis-sena 1992 instab ħati minn qorti f'Londra ta' frodi ta' £50,000 għad-dannu tal-Air Malta meta kien impjegat tagħha? Jista' jgħid x'passi ħadet il-ġudikatura f'dawn l-aħħar 19-il sena biex tiżgura ruħha mill-integrità tax-xogħol li jagħmel bħala espert tal-qorti? Jista' jgħid jekk il-ġudikatura hix se tkompli taħtru bħala espert tal-qorti għal li ġej?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma rrizulta minn imkien li qabel beda jigi mahtur bhala espert tal-Qorti l-imsemmija persuna kienet maghrufa li giet misjuba hatja ta’ frodi minn Qorti f’Londra. L-esperti tal-Qorti jigu mahtura mill-Qorti u l-partijiet jistghu dejjem joggezzjonaw ghal tali hatra ghalkemm spetta lill-Qorti tilqax jew le dik l-oggezzjoni. Ix-xoghol tal-esperti huwa soggett ghall-iskrutinju fil-miftuh kemm mill-Qorti kif ukoll mill-partijiet fil-kawza u meta l-Qorti jkollha raguni tissuspetta mill-integrita’ tax-xoghol tal-espert spetta lill-Qorti li tiehu l-mizuri li jidhirliha xierqa. Il-Ministru ma jindahalx lill-gudikatura fix-xoghol taghha u ghalhekk, kif inghad, min jigi mahtur espert tal-qorti fil-futur hi decizjoni li trid tittiehed mill-gudikant f’kull kaz
Leg 11 PQ #37809 Sitting 520 2012-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Intern

Każijiet ta' abbużi sesswali fuq tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-sena 2008 kemm kien hemm każijiet ta' abbużi sesswali fuq tfal rifertuti lill-pulizija mill-Appoġġ u kemm minn dawn spiċċaw investigati mill-pulizija u kemm minnhom tressqu l-qorti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi n-numri ta’ każijiet ta’ abbuż sesswali fuq tfal li ġew riferuti lill-pulizija mill-Appoġġ matul is-sena 2008 u x’kien l-eżitu tagħhom huwa kif ġej: Sena Nru ta’ każijiet riferuti mill-Appoġġ Każijiet investigati mill-pulizija wara li ġew riferuti mill-Appoġġ Każijiet mressqa il-Qorti Każijiet li ma ġewx imressqa quddiem il-Qorti 2008 5 5 2 1 - mill-investigazzjoni irriżulta li m’hemmx każ 1 - il-kwerela rtirata 1 – il-persuna suspettata mietet tul il-kors ta’ l-investigazzjoni
Leg 11 PQ #37810 Sitting 520 2012-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Intern

rapporti ta' abbużi sesswali — linji gwidi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi linji gwidi li ssegwi l-pulizija biex tiddeċiedi meta rapport ta' abbuż sesswali fuq tfal tinvestigah u wara li ssib provi ċari biżżejjed tiddeċiedi li tarresta persuna u tressaqha l-qorti u takkużaha b'abbuż sesswali fuq tfal? X'jikkostitwixxu provi ċari għall-pulizija? Jekk jeżistu bil-miktub dawn il-linji gwidi jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? X'passi tieħu l-pulizija biex fejn ir-rapport ta' abbuż sesswali jkun qed isir minn sieħeb/sieħba fi żwieġ bi problemi konjugali, jiġi vverifikat li t-tifla/tifel li qed tagħmel l-allegazzjonijiet mhix qed tintuża minn parti kontra oħra fil-kunflitt bejn il-koppja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija għandha l-obbligu bil-liġi li tinvestiga kull rapport, denunzja jew kwerela li tirċievi dwar reati kriminali. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija huma rregolati bil-provvedimenti li hemm kemm fil-Kodiċi Kriminali (Kap 9) kif ukoll fl-Att dwar il-Pulizija (Kap 164). Fil-kors ta’ dawn l-investigazzjonijiet, l-arresti jistgħu jsiru kif hemm imsemmi fl-artiklu 355V et seq tal-Kap 9. Il-Pulizija tiddeċiedi tressaqx persuna l-Qorti jew le, wara li jkunu ġew evalwati l-provi kollha miġbura fil-kors tal-investigazzjoni. Huwa biss meta l-grad tal-provi miġbura huwa wieħed għoli u jkun maħsub li jwassal għal sejbien ta’ ħtija quddiem il-Qorti. Jekk l-investigatur ikollu xi dubju jekk il-grad tal-prova huwiex biżżejjed sabiex jakkuża lill-persuna suspettata quddiem il-Qorti jew le, dejjem jista’ jikkonsulta ma’ l-Avukat Ġenerali għal parir tiegħu. Fil-każi relatati ma’ abbużi sesswali fuq it-tfal, dawn ġeneralment jinizjalaw mill-Aġenzija Appoġġ. Wara li dawn jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom, u fejn jaraw li jkun hemm suspett raġonevoli ta’ reat kriminali, dawn jirreferu l-każ għall-investigazzjonijiet kriminali mill-Pulizija. F’dawn l-investigazjonijiet il-minorenni dejjem jiġu mitkellma fil-preżenza ta’ social workers . Barra minnhekk, għalkemm m’hemmx linji gwida bil-miktub, jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex it-tfal f’każijiet bħal dawn ma jkunux użati minn ġenitur jew ieħor.