Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċineratur tal-Isptar San Luqa għadux jaħdem? Jekk għadu jaħdem għaliex qed jintuża? Meta jintuża? Sarulux xi upgrades sabiex ma jħammeġx?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-inċineratur li kien qiegħed jintuża bħala boiler, ilu wieqaf min-Novembru tal-2010.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm membri tas-Segretarjat Privat tal-Ministeru li kien ġew ingaġġati b’kuntratt definit jew indefinit (tweġibiet separati) li fl-aħħar xhur/ġimgħat ġew ingaġġati fuq bażi ġdida kuntrattwali mal-Ministeru tagħha u/jew ta' ħaddieħor u/jew ma' xi aġenzija, awtorità, entità parastatali jew governattiva li taqa' taħtha u/jew ta’ xi Ministeru ieħor? Tista' tagħti dettalji sħaħ anki jekk ma jingħatawx ismijiet ta’ kull każ involut?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda membru tas-Segretarjat Privat tal-Ministeru għal Għawdex ma ġie ngaġġat fuq bażi ġdida kuntrattwali.
Ministeru tal-Edukazzjonu u x-Xogħol — membri ingaġġati
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm membri tas-Segretarjat Privat tal-Ministeru li kien ġew ingaġġati b’kuntratt definit jew indefinit (tweġibiet separati) li fl-aħħar xhur/ġimgħat ġew ingaġġati fuq bażi ġdida kuntrattwali mal-Ministeru tagħha u/jew ta' ħaddieħor u/jew ma' xi aġenzija, awtorità, entità parastatali jew governattiva li taqa' taħtha u/jew ta’ xi Ministeru ieħor? Tista' tagħti dettalji sħaħ anki jekk ma jingħatawx ismijiet ta’ kull każ involut?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-ebda membru tas-Segretarjat ma jista’ jkollu kuntratt indefinit peress li dawn il-membri kollha jkollhom ‘political appointment’. Teżisti differenza fejn uħud mill-membri tas-Segretarjat ikunu ġa mpjegati mal-Gvern jew entitajiet governattivi filwaqt li jkun hemm oħrajn ġejjin minbarra ċ-ċivil jew entitajiet governattivi li huma msejħa bħala ‘external’.
1) Fis-Segretarjat tiegħi, fl-aħħar 6 xhur kien hemm persuna li ġa kienet impjegata tal-Gvern u li laħqet Assistent Direttur fid-Dipartiment tal-Finanzi fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
2) Persuna li ġa kienet impjegata tal-Gvern u li spiċċat mis-Segretarjat għaliex ġiet ingaġġata bħala Direttur fid-Direttorat tal-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
3) Persuna li ma kienetx impjegata mal-Gvern jew entita’ pubblika u issa wara sejħa pubblika ġiet ingaġġata bħala impjegata ta’ entita’ pubblika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhu r-rwol effettiv fil-prattika tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tal-IPSL – Industrial Projects and Services Ltd. - li nifhem li jopera spiss mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn għandu x’jaqsam ir-redeployment ta’ nies li kienu jaħdmu fis-Segretarjati tal-Ministeri kif wkoll li jistgħu jkunu qed jaħdmu b’kuntratti definiti jew f’xi ministeru, segretarjat tal-ministeru u/jew entità parastatali? Jista' jikkonferma li fil-qadi ta’ dmirijietu huwa kemm-il darba eżerċita pressjoni qawwija fuq nies responsabbli mir-risorsi umani u l-amministrazzjoni f’diversi dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet sabiex ċerti talbiet jiġu akkomodati minħabba deċiżjonijiet allegatament mehudin ‘min fuq’?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-responsabbiltà taċ-Chairman Eżekuttiv tal-Industrial Projects and Services Limited (IPSL), hija li jimmaniġġja l-impjegati tal-IPSL biex jassigura l-aħjar użu ta’ kull riżorsa umana fdata f’idejh għall-benefiċċju massimu tad-Dipartimenti, Kunsilli Lokali u organizzazzjonijiet pubbliċi oħra li jibbenefikaw mis-servizzi tal-IPSL.
L-istess persuna huwa wkoll iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Public Administration Development Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, taqsima mwaqqfa apposta biex tiffaċilita ċ-ċaqlieq ta’ ħaddiema ta’ entitajiet pubbliċi f’każijiet ta’ ristrutturar.
Ir-rapporti li ngħatajt dwar din il-persuna jikkonfermaw li dan jagħmel xogħolu b’mod assidwu, b’ġustizzja u b’attenzjoni speċjali fejn jidħlu d-drittijiet tal-ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kuntratti definiti ta’ uffiċjali – minn CEOs 'l isfel - f’Ministeri u/jew entitajiet u/jew awtoritajiet li fihom għandu kontroll il-Gvern Malti fejn għadhom u/jew qegħdin jiġu mġedda kuntratti għal terminu ta’ żmien ferm itwal milli normalment ikun jiġifieri minn tliet snin għal per eżempju ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li f’żewġ entitajiet pubbliċi, żewġ kuntratti definiti - wieħed f’kull entità - ġew imġedda b’sena. Din l-informazzjoni teskludi l-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37035 u jgħid xi studji saru mill-gvern minn persuni tekniċi u indipendenti dwar il-possibilità ta' użu ta' partijiet mill-Isptar San Luqa qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni strateġika li jiġi akkwistat għall-użu ta' sptar privat abbandunat bħal Sptar Saint Philip?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Kif diġa tħabbar fis-sessjoni tal-24 ta’ Ottubru tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, id-direzzjoni tal-Gvern kienet li l-isptar San Luqa m’għandux jiġi kkunsidrat għall-skop ta’ sptar akut jew ta’ rijabilitazzjoni. Għal dan il-għan ma kienx hemm ħtieġa li jsiru studji dwar l-użu ta’ postijiet tal-isptar San Luqa, kif indikat mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm se jiġi jiswa l-proġett tal-Ferries Car Park ġewwa Tas-Sliema? Meta nħarġu l-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Saret xi sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet li mistennija jsiru? Jista' jikkonferma li d-data li fiha l-proġett se jiġi komplut hija April 2013 kif deher fil-media lokali? Saru xi konsultazzjonijiet ma' Transport Malta sabiex jiġi stabbilit jekk dan il-car park huwiex se jitmexxa f’mod privatizzat jew le? Fit-taħdidiet u konsultazzjonijiet li setgħu saru, ġew stabbiliti xi strutturi ta' tariffi għall-użu tal-car park?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-progett tal-Ferries car park jinkorpora kemm parkeġġ (underground submerged) kif ukoll ġnien pubbliku li ser jinbena fuqu. Il-ħsieb huwa li dan il-car park jservi għal użu ta’ short stay parking. Huwa stmat li dan il-proġett ser jiswa madwar 7 miljun ewro (eskluż VAT).
Diġa saret applikazzjoni lill-MEPA għall-permess tal-bini. L-unika sejħa għall-offerti inkonnessjoni ma’ dan il-proġett li saret sal-lum kienet “Expression of Interest” għal
Professional Engineering services provider in the specialised field of marine construction engineering
. Saru konsultazzjonijiet ma’ Transport Malta dwar il-proposta tal-proġett innifsu u kif din taffetwa t-traffiku fl-inħawi.
Il-proġett għandu jieħu madwar sena biex jitlesta minn meta jibda x-xogħol fuq is-sit. Sa llum għadhom ma ttieħdux deċiżżjonijiet dwar tariffi u kif se jitmexxa dan il-
car park
. Iżda dak kollu li għad irid jiġi deċiż jittieħed bl-għan li l-
car park
ikun
short stay parking
waqt il-ħin li l-ħwienet ikunu qed joperaw.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużaw is-servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jindika l-attività x'kienet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li f’dawn l-aħħar sitt xhur ma kienx hemm attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru, dipartiment jew entitajiet, fejn kellhom bżonn jiġu użati servizzi ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ.
Ministeru tal-Intern — servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ntużaw is-servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jindika l-attività x'kienet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar sitt xhur ma jirriżultax li kien hemm il-bżonn ta’ servizzi ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smiegħ.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużaw is-servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jindika l-attività x'kienet?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
- Awtorita’ tad-Djar: nil
- Qrati tal-Gustizzja: nil
- Sigurta’ Socjali: nil
- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: 4 darbiet waqt Seminar, zewg laqghat ma’ employer u union fuq ilment ta’ persuna u f’attivita’ mal-President ta’ Malta
- Dipartiment Standards ghall-Harsien Socjali: nil
- Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali: nil
- MEUSAC: nil
- MCESD: nil
- Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza: nil
- Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil
- Kummissarju ghat-Tfal: nil
- Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali: 6 darbiet fic-Centru ta’ Matul il-Jum ghall-Persuni b’Dizabilta’ minhabba laqghat.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużaw is-servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jindika l-attività x'kienet?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur — servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntużaw is-servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jindika l-attività x'kienet?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l-Ministeru, d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma għamlu l-ebda użu tas-servizz msemmi fil-perjodu indikat.
Ministeru għal Għawdex — servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ntużaw is-servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru f'dawn l-aħħar sitt xhur? Tista' tindika l-attività x'kienet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ntużawx servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-Ministeru għal Għawdex f'dawn l-aħħar sitt xhur.
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata gallarija ta' flat ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda talba mingħand l-inkwilini għal dawn ix-xogħlijiet.
L-inkwilini huma għaldaqstant ġentilment mitluba javviċinaw il-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex jagħtu iktar dettalji dwar l-ilment tagħhom.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' single parentli d-dettalji dwarha qed jidhru separatament peress li hemm xi problem fis-saqaf fejn tgħix minħabba li qed tidher ix-xibka u anke fil-gallarijiet u hemm ukoll ħsara fil-ħajt tal karma tal-banju?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qabbdet kuntrattur sabiex isiru x-xogħlijiet u kellhom jitlestew sat-3 t’Awwissu, 2012. Ix-xogħlijiet fil-fatt tlestew u l-kuntrattur tħallas fit-23 t’Awwissu, 2012.
Jista' l-Ministru jara li l karozza numru 84 li toħroġ minn tal-Barrani tibda tgħaddi minn Santa Luċija biex b'hekk ir-residenti tal-lokal jkollhom aktar servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-lokalita` ta' Santa Luċija hija moqdija bir-rotta 83 illi tgħaqqad lill-lokalità mal-Belt Valletta bi frekwenza ta' kull nofs siegħa. Infurmat ukoll li r-rotta 226 tgħaqqad lil din il-lokalita` b'servizz ta' kull siegħa mal-isptar Mater Dei. L-Awtorità temmen li l-iskeda eżistenti hija biżżejjed sabiex tlaħħaq mad-domanda tar-residenti ta’ Santa Luċija.
Infurmat ukoll illi jekk ir-rotta 84 tiġi estiża biex tgħaddi hekk kif suġġerit mill-Onorevoli Interpellant, dan se jirriżulta illi jitwal il-ħin tal-vjaġġ u dan b’riżultat illi din ir-rotta ma tkunx tista’ tlaħħaq mal-iskeda tagħha.
Jista' l-ministru jara fiex wasal il-każ ta' r-relief ta' omm li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata se tirċievi l-pagament dalwaqt ghaliex l-applikazzjoni taghha saret fit-tieni ġimħa t'Ottubru li ghadda.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ilha tistenna biex issir operazzjoni tal-ftuq imma għadu mingħajr risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ilha fil-waiting list minn Lulju 2012. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel li jiġu operati huma dawk il-pazjenti li jkollhom l-aktar ħtieġa urġenti. Dan il-każ partikolari m’huwiex meqjus urġenti u għaldaqstant l-isptar ser jibgħat għalih fiż-żmien disponibbli.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha li applikat biex jidħol fir-residenza San Vinċenz de Paul imma għadha mingħajr risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni msemmija ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni fit-22 ta’ Marzu 2012. B’hekk din l-applikazzjoni tinsab fil-lista ta’ stennija għad-dħul ta’ San Vinċenz de Paul.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn id-djar privati li qed jixtri s-servizzi mingħandhom il-gvern bħala residenza għall-anzjani? Jista' jgħid kemm nefaq biex xtara s-servizzi mingħand id-djar privati matul ix-xhur ta' bejn Jannar u Settembru 2012 u jagħti rendikont f'liema home xtara servizzi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat hekk:
DAR
SUPPLIER
AMMONT €
JANNAR - SETTEMBRU
Central Home
Age Concern Limited
687,023
Casa Serena
Care Services Limited
802,948
Casa Leone
Archdiocese of Malta
98,307
Dar St Anna
Archdiocese of Malta
89,314
Dar Saura
Archdiocese of Malta
64,807
Holy Family
Archdiocese of Malta
36,518
Casa Arkati
CareMalta Limited
441,314
Villa Messina
CareMalta Limited
642,993
Roseville Home
CareMalta Limited
850,142
St. James Hospital
St. James Hospital
144,437
Total
3,857,803