Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar — kiri mis-settur privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta l-Awtorità tad-Djar ħabbret l-iskema li tikri mis-settur privat, kemm minn dawn il-units tal-gvern qasam lill-applikant li applikaw għal post tal-privat? Jista' jpoġġi kopja tal-ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u l-inkwilini l-ġodda?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar sallum kriet 165 proprjetà privata u allokat 104 minnhom. L-abbozzi tal-kuntratti mas-sidien u mal-inkwilini gew ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-iskema, www.skemakiri.com, fil-25 ta’ Jannar, 2012. Kopja taz-zewg kuntratti qed jitpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — skema ta' kiri mis-settur privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed taħdem l-iskema tal-Awtorità tad-Djar fejn jidħol kiri mis-settur privat? X'kriterji għandu jkollu is-sid biex jikri l-unit tiegħu lill-Awtorità tad-Djar? Huwa possibli li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rekwiżiti/dokumenti li wieħed għandu jkollu biex jikri post privat lill-Awtorità tad-Djar?

Response (SAID, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-kundizzjonijiet tal-iskema li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern fl-24 ta’ Jannar, 2012 u fl-4 ta’ Mejju, 2012.

Awtorità tad-Djar — kiri mis-settur privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta l-Awtorità tad-Djar għamlet il-ħsieb li tikri mis-settur privat, kemm saru kuntratti f'dan ir-rigward? Min huma s-sidien ta' kull fond? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kuntratti kollha li saru s'issa?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sallum l-Awtorità tad-Djar kriet 165 proprjetà. Minhabba n-natura kummercjali tal-kuntratti u sabiex tigi protetta l-privatezza tas-sidien, din l-informazzjoni ma tistax tigi ppublikata.

Awtorità tad-Djar — postijiet mikrija

Question

Jista' l-Ministru jindika xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar, kemm ingħataw postijiet tal-gvern bil-kera? F'liema raħal ingħataw dawn il-postijiet?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qeghda fit-tabella ta’ hawn taht:- Sena Xahar Total 2010 Ottubru 13 2010 Dicembru 16 2011 Jannar 14 2011 Marzu 17 2011 Gunju 19 2011 Awwissu 18 2011 Ottubru 14 2011 Novembru 20 2012 Jannar 23 2012 Frar 21 2012 April 18 2012 Mejju 12 2012 Lulju 26 2012 Awwissu 22 2012 Settembru 56 2012 Ottubru 67 TOTAL 376 Dawn il-postijiet kienu fil-lokalitajiet ta’ Attard, Bormla, Bahrija, B’Kara, Birgu, B’Buga, Dingli, Fgura, Floriana, Gudja, Gzira, Isla, Hamrun, Luqa, Kirkop, Kalkara, Marsa, Mdina, Mellieha, Mgarr, Mqabba, Mriehel, M’Scala, Naxxar Paola, Pembroke, Pieta’, Qawra, Qormi, Rabar, San Giljan, Sliema, Siggiewi, San Gwann, San Pawl il-Bahar, Sta Lucija, Sta Venera, Ta’ Xbiex, Ta’ Giorni, Tarxien, Xg]ajra, Valletta, Zabbar, Zejtun Zebbug, Zurrieq u Victoria, Xaghra, Marsalforn, Nadur, Ghajnsielem, Fontana u Sannat.

Mosta — Servizz tal-linja ġewwa żona ta' Santa Margerita

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk is-servizz tal-linja ġewwa żona ta' Santa Margerita l-Mosta, hux minnu li s-servizz offrut qed jgħaddi minn Triq id-Dura għal Triq il-Midbaħ? Jista' jikkonferma jekk hux minnu li dan qed ifisser li tal-linja qed tgħaddi bil-kontra tal-flow tat-traffiku normali? Jista' jgħid jekk huwiex possibbli li s-servizz tal-linja jistax jiġi rivedut u jgħaddi kif kien qabel, jiġifieri li minn Triq id-Dura jgħaddu għal Triq l-Għaddajjar, għal Triq in-Naħal u toħroġ fi Triq Vjal il-Qalbiena Mostin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #37951 Sitting 521 2012-11-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Studenti Għawdxin — pagament għall-akkomodazzjoni f'Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il pagament tħallsu s’issa din is-sena l-istudenti Għawdxin f’Malta bħal sussidju għall-akkomodazzjoni tagħhom f’Malta? Kemm kien it-total ta’ kull pagament li tħallas lill-istudenti kollha? Kemm-il pagament jonqos isir din is-sena? Meta mistenni li jitħallas/jitħallsu? Kemm huwa kkalkolat li jammonta kull pagament li jonqos isir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li din is-sena l-istudenti Għawdxin f'Malta tħallsu tliet pagamenti. Permezz ta' miżura li tħabbret fid-Diskors tal-Baġit 2012 is-sussidju li jingħata lil kull student Għawdxi li jkun qed jistudja f'Malta, irrispettivament jekk imurx l-Università, l-MCAST jew l-ITS, żdied għal €400 kull tliet xhur minn Jannar 2012. L-ebda pagament ma jonqos li jsir din is-sena.
Leg 11 PQ #37952 Sitting 521 2012-11-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Trasport b'xejn ta' prodotti tal-biedja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-senan sa l-aħħar ta’ Settembru ntefqu biss €907 għat-trasport b’xejn ta’ prodotti tal-biedja - Vot Rikorrenti Nru15 Item 5278 - meta l-flus allokati għal dan l-iskop huma €90,000? Kemm mistenni li tkun in-nefqa totali taħt dan il-Vot sal-aħħar ta’ din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-pagamenti għat-trasport tal-prodotti tal-biedja u sajd qed jiġu vverifikati biex ikunu jistgħu jitħallsu u li l-vot allokat mistenni jintuża kollu. Ninsab infurmata wkoll li l-allokazzjoni għal din is-sena hija ta' €70,000 u mhux €90,000 kif kwotat fil-mistoqsija.
Leg 11 PQ #37953 Sitting 521 2012-11-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sussidju lill-bdiewa u sajjieda Għawdxin — trasport tal-prodotti b'xejn bejn Malta u Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-iskema ta’ sussidju lill-bdiewa u s-sajjieda Għawdxin għat-trasport b’xejn tal-prodotti tagħhom minn Għawdex għal Malta għadhiex fis-seħħ? Jekk m’għadhiex, għaliex twaqqfet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li din l-iskema għadha fis-seħħ.

Transport Malta — diskussjonijiet rigward Traffic Management System

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba mill-2010 sal-lum Transport Malta kienet involuta f'diskussjonijiet rigward Traffic Management System? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'kienu dawk it-temi diskussi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Transport Malta — unpaid leave

Question

In vista tal-fatt li llum hu stabbilit li fi ħdan Transport Malta teżisti sistema li permezz tagħha jingħata unpaid leave abbażi tal-mertu ta' kull każ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma dawn il-każijiet u/jew kriterji? Jista' jgħid kemm huwa dak il-perjodu li wieħed huwa intitolat għalih?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — persuni li marru għal konfernza 5+5

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37410, jista' l-Ministru jgħid jekk l-organizzaturi li għamlu talba għal persuni għandhomx konnessjoni mat-Transport Malta u jgħid min huma l-istess organizzaturi? Jista' jgħid fuq liema bażi ta' leave ġiet rilaxxata l-persuna involuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — Secreterial Services Ltd - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dettaljata dwar x'inhuma xogħlijiet li jesegwixxu l-impjegati tas-Secretarial Services Ltd f'Transport Malta? Jista' jgħid f'liema dipartiment dawn l-impjegati huma assenti? Jista' jikkompara r-responsabilità tax-xogħlijiet imqabbda lilhom mal-gradi li hemm fl-awtorità? Jista' jipprovdi l-kwalifiki ta' dawn l-impjegati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħlijiet b'direct oders

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30547, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ilu jingħata xogħol b'direct orders sa minn meta kienet fis-seħħ l-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' jgħid għaliex għadu jgawdi mill-istess xogħlijiet ta' direct orders sal-lum? Jista' jipprovdi lista ta' xogħlijiet li din il-persuna ngħatat mill-2008 sal-lum flimkien mal-ħlasijiet li ġew mogħtija lil din l-istess persuna? Jista' jsemmi minn kienet il-persuna fi Transport Malta responsabbli sabiex din il-persuna tiġi mqabbda u tesegwixxi dan ix-xogħol u jgħid għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsa — Triq Diċembru - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fi Triq Diċembru tlesta, direzzjoni mill-Marsa lejn il-Belt fil-parti tat-triq, li kienet magħluqa jingħata wiċċ ta' tarmak fejn bħalissa hemm il-konkoss jidher?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li huwa ppjanat li f’din il-parti ta’ Triq Diċembru 13 se jingħata wiċċ temporanju ta’ asphalt biex iservi sakemm ix-xogħlijiet maġġuri fuq Triq Diċembru 13 li jagħmlu parti mill-proġett tal-underpass, jitkomplew.

Toroq arterjali u distributorji managed biex jitnaqqas it-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jara li fejn hemm toroq arterjali jew distributorji li matulhom hemm ukoll toroq lokali li jservu lill-komunità li tgħix f'dawk l-inħawi (eżempju bypass tan-Naxxar, u l-parti tal-bypass ta' Birkirkara fejn l-Iklin), it-toroq mhux arterjali jiġu managed b'mod li ma jkunx possibli li t-traffiku joqgħod jidħol fihom biex jaqbeż il-kjun li jista' jkun hemm fil-bypass, minħabba konġestjonijiet li qed jinħolqu f'dawn il-postijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 37843, naħseb li l-problemi li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari għandhom jitnaqqsu.

Imġarr s'Għajn Tuffieħa — barriers

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex matul it-triq li tagħti mill-Imġarr s'Għajn Tuffieħa, jitwaħħlu barriers ta' sigurtà fejn hemm kisriet li jistgħu jikkawżaw diffikulatjiet ta' sewqan fl-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li uffiċċjali ta' Transport Malta ser jagħmlu spezzjoni fuq il-post ħalli jaraw x'jista' jsir.
Leg 11 PQ #37979 Sitting 521 2012-11-13 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — skedi ta' ħinijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kull kemm żmien suppost li l-kunsilli lokali jibgħat l-iskeda tal-ħlas tagħhom lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx kunsilli li ma jibagħtux dawn l-iskedi fil-ħin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37664.

Farms għat-trobbija tal-baqar, majjal u tiġieġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma mqassma, lokal lokal, il-farms għat-trobbija tal-baqar, tal-majjal u tat-tiġieġ, madwar Malta u Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36007.