Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm sejħiet għall-promozzjonijiet ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’dawn l-aħħar erba’ snin, inkluż dawk is-sejħiet li qed isiru interviews bħalissa u għad ma hemmx deċiżjoni tal-Bord tal-Ħatra fuqhom? Jista’ jgħid kif l-awtorità taħtar il-membri tal-bord għall-ħatra tal-promozzjonijiet? Min jagħżel lill-membri tal-Bord u xi kriterji jintużaw biex dawn il-membri jservu fuq il-bord? Jista’ jagħti lista tal-membri li qagħdu, jew qegħdin bħalissa, fuq il-bordijiet ta’ ħatra tal-promozzjonijiet f’dawn l-aħħar erba’ snin, inkluż il-professjoni tagħhom?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ftehim Kolletttivi jistabilixxu li l-persuni membri fil-Bordijiet ta' l-Għażla, għandhom bażikament ikunu ta' gradi ogħla minn dik tal-pozizzjoni li għalija qed jiġu evalwati l-kandidati. Fil-każi ta' vakanzi ta' gradi professjonali, l-ftehim kollettiv jistabilixxi li wieħed mill-membri tal-Bord ta' l-Għazla għandu jkun membru tal-Bord ta' l-Awtorita'. Il-membri tal-Bord jiġu nnominati mid-Diretturi li jkollhom ir-responsabilta' diretta jew indiretta' tal-pozizzjoni li tkun vakanti. Fil-maġġoranza tal-każi wieħed mill-membri tal-Bord ta' l-għażla li jkun nominat mid-Diretturi, jkun is-superjur dirett jew indirett ta' dik il-pożizzjoni li hija vakanti. F'kull bord ta' l-għażla jkun hemm membru mill-Unita' tar-Riżorsi Umani, kemm f'rwol ta' membru jew inkella f'rwol ta' facilitator fil-każi ta' gradi professjonali.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-lista tas-sejħiet għall-promozzjonijiet f'dawn l-aħħar erba' snin, kif ukoll l-membri li qagħdu jew qegħdin fuq il-bordijiet:
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra meta se jibda x-xogħol fuq il-parkeġġ tal-Katidral ta' Għawdex? Meta saret it-talba għall-ħruġ tal-permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm hi n-nefqa allokata għal dan il-progett? Għaliex għadu ma ħariġx il-permess?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba għall-ħruġ tal-permess saret fid-29 ta’ Settembru 2003, bl-applikazzjoni tiġi validata fl-24 ta' Novembru 2003. Bħalissa qiegħed jiġi konkluż il-proċess tal-istudji ambjentali tal-EIA li ġie ffinalizzat mill-esperti tal-applikant f’Settembru 2012.
Fir-rigward tal-ewwel u t-tielet mistoqsija, nitlob lill-Onor Interpellant jirreferihom lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul din is-sena sal-lum mill-gvern u mill-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu matul l-2013? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-Awtorita’ ta’ Malta għat-Turiżmu tqis lill-Għawdex bħala destinazzjoni unika b’attrazzjoni qawwija għal diversi tipi ta’ turiżmu, u għaldaqstant tirreklama u tippromovi l-Gżira Għawdxija bħala destinazzjoni distinta.
Sabiex tattira turiżmu addizzjonali għal Għawdex, l-Awtorita’ ta’ Malta għat-Turiżmu tieħu diversi inizjattivi fosthom billi talloka fondi addizzjonali għal ftehim ta’
joint marketing
ma’
tour operators u specjalisti
li jirreklamaw u jbiegħu lil Għawdex bħala destinazzjoni differenti minn Malta. Din il-promozzjoni u reklamar tkun ffukata u esklussiva għal Għawdex u l-attrazzjonijiet u prodott li l-gżira toffri. Fost il-prodotti li l-awtorita’, it-
tour operators,
speċjalisti u linji ta’ l-ajru jirreklamaw għal Għawdex nsemmi fost oħrajn,
self catering holidays
fi djar ta’ karattru u
farmhouses
tipiċi f’Għawdex, btajjel ta’
wellness
u
spa
, btajjel attivi u sportivi li jinkludu attivitajiet bħal
scuba diving, abseiling, ciklizmu, walking/trekking fil-kampanja, art & painting holidays
, turiżmu agrarju u gastronomiku, kif ukoll btajjel li jinkludu żwieġ u qamar il-għasel f’Għawdex
Apparti r-reklamar u attivitajiet ta’ promozzjoni, l-Awtorita ta’ Malta għat-Turiżmu torganizza wkoll żjarat għall-ġurnalisti, krews tat-televizjoni u aġenti ta’ l-ivjaġġar speċifiċi għal Għawdex. Dawn iż-żjarat jiġġeneraw
exposure
kbir fil-media internazzjonali, ta’ valur ferm ogħla minn nefqa li ssir biex dawn jiġu organizzati.
Huwa kkalkulat li matul s-sena 2012 l-Awtorita’ se tkun nefqet madwar madwar Euro 1.4 miljun fuq dawn l-attivitajiet sabiex tippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta. In-nefqa tal-MTA fi promozzjoni li tinkludi kemm 'l Malta kif ukoll lil Għawdex hija akbar.
Matul l-2013 il-miżuri li se jittieħdu se jkomplu jibnu fuq ix-xogħol li sar dawn l-aħjar snin u nippjanaw li nifirxu iżjed l-promozzjoni ta’ Għawdex fis-swieq barranin, speċjalment swieq ġodda u sekondarji. Fost il-miżuri diġa ppjanati ghall-2013 nista nsemmi li l-Awtorita’ se:
· Taħdem sabiex tikkonsolida l-promozzjoni ta’ Għawdex fis-suq Ingliż u żżid l-impenn biex jiġu attirati
tour operators’
u speċjalisti ġodda, attivi f’niċeċ ta’ prodotti differenti mis-swieq Ġermaniż, Franċiż, Taljan u Nordiku.
· Taħdem ma’ dawk it-
tour operators
li diġa jbiegħu l-Għawdex u tinċentivahom sabiex ikabbru l-attivita’ tagħhom f’Għawdex
· Tippromovi vaganzi li jaqsmu l-btala bejn iż-żewġ gżejjer ma’ dawk l-operaturi li s’issa joffru btajjel Malta biss.
· Torganizza iżjed żjarat ta’ ġurnalisti, krews tat-televiżjoni u aġenti ta’ l-ivjaġġar speċifikament għal Għawdex
· Tkompli tirriklama l-Għawdex bħala destinazzjoni distinta fuq mezzi varji ta’ reklamar bħalma huma gazzetti, magazins, radju, internet u siti oħra bħalma huma
inflight magazines
u
outdoor media
bħal
posters
fi stazzjonijiet tal-ferrovija jew
bus/tram stops.
· Tippromwovi speċifikament l-Għawdex waqt fieri prinċipali bħal
World Travel Market
fl-Ingliterra u ITB fil-Ġermanja, kif ukoll fieri oħra iżgħar madwar l-Ewropa li l-Awtorita’ tipparteċipa fihom
· Tkompli tattira u tinċentiva kumpaniji tal-
‘Cruise liners’
sabiex jagħmlu l-waqfiet tagħhom ġewwa Għawdex ukoll.
· Tinċentiva operaturi minn swieq ġodda bħalma huwa s-suq Iżraelit u dak mill-Emirati li llum tela għal iktar minn 30,000 ruħ sabiex ikomplu jiddeversifikaw l-attivita’ tagħhom u żżidu btajjel f’Għawdex mal-prodott li diġa joffru.
· Tkompli tippromwovi lil Għawdex fil-qasam tal-MICE, billi tibni fuq l-attivita’ li saret din is-sena fil-fiera IMEX fi Frankfurt u tifrixha għal fieri speċjalizzati oħra bħal EIBTM f’Barċellona u
workshops
speċjalizzati fi swieq oħra.
Il-Budgets għas-sena 2013 għadhom qegħdin jiġu finalizzati.
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul din is-sena sal-lum mill-gvern u l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jippromwovu lil Għawdex fis suq turistiku bħala destinazzjoni rurali unika? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu matul l-2013? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Response (MARCO, MARIO DE)
Il-bażi ta’ kull promozzjoni li ssir għall-gżira Għawdxija tibni fuq il-karratteristka rurali unika li Għawdex sal-lum iħaddan. Għaldaqstant ġentilment nirreferi li l-Onorevoli Interprellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamenti numru 37709 li telenka l-attivita’ u l-miżuri li l-Awtorita’ ta’ Malta għat-Turiżmu qegħda tippjana għas-sena 2013.
San Pawl il-Baħar — restawr fuq it-Torri ta' Wignacourt
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni jibda x-xogħol ta' restawr fuq it-Torri ta' Wignacourt, f'San Pawl il-Baħar?
Response (MARCO, MARIO DE)
B’riferenza għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Nru 33870, wara li l-konsulenti flimkien mad-diriġenti ta’ Din l-Art Ħelwa setgħu jirrevedu d-dettalji tekniċi tar-restawr wara li sar ‘rectified photogrammetric survey’, inħasset il-ħtieġa li jinbidel ir-restoration method statement għall-intervent meħtieġ u għaldaqstant kellu jintalab amenda għall-permess tal-iżvilupp. Issa li nbidlu ukoll id-dokumenti relattivi tal-offerta’, tinsab fil-fażi finali li tiġi ippubblikata.
Jista’ l-Ministru jaġġornani dwar il-każ li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni, PA 04612/10, kienet tikkonsisti fir-rilokazzjoni ta’ kjosk (approvat f’applikazzjoni preċedenti PA 05755/06), tkabbir fil-konfini taż-żona għal siġġijiet u mwejjed (approvata fl-applikazzjoni PA 03258/04), kif ukoll xogħol ieħor li jinkludi tibdil fid-disinn tal-kjosk biex jaqbel mad-disinn komuni tal-kjosks fil-madwar. L-applikazzjoni bħalissa tinsab fuq l-agenda tal-Bord (EPC) biex tinstema fit-23 ta’ Novembru 2012. Wara li ġie spezzjonat il-post, l-Uffiċjali tal-Infurzar tal-Awtorita assiguraw li kull żvilupp li laħaq sar fuq is-sit mingħajr il-permess meħtieġ tneħħa mill-applikant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jiswa kuljum l-iscafolding li tpoġġa mal-faċċata tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar madwar xahrejn ilu u sal-lum kull ma sar kien ġurnata xogħol biss fuq il-faċċata tal-istess awtorità?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iscafolding li tpoġġa mal-faċċata tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar inkerha mingħand is-Sur Peter Fenech. L-ispiża biex jiġi armat u żarmat l-iscafolding ser tiswa €1,656 (incl VAT). B'effet mill-5 ta' Novembru 2012, beda jkun hemm ħlas addizzjonali ta’ €2.66 kuljum peress li nżamm aktar minn xahrejn fuq il-post.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan l-i
scafolding
intrama fuq parir ta' Perit biex ikun possibli li din il-faċċata tiġi spezzjonata u tittieħed deċiżjoni fuq kif għandha tiġi msewwija wara li rriżulta ħsara fil-faċċata. Bħalissa l-Awtorita' qed tistenna rapport mingħand il-Perit fuq il-ħtieġa tat-tip ta' xogħol li jrid issir u qiegħda tiġbor kwotazzjonijiet tax-xogħol sabiex ikunu jistgħu jinbdew x-xogħlijiet mill-aktar fis possibli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-personal assistant tas-CEO? Sar l-proċess normali kif stipulat fil-ftehim kollettiv tal-UTAC għal ħafra ta' personal assistant tas-CEO? Jista' jgħid x'hemm inkluż f'forma ta' allowances u benefiċċji fil-pakkett finanzjarju li għandha l-persuna magħżula?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-personal assistant taċ-CEO tal-MEPA intgħażlet mill-istess CEO sabiex isservi bħala assistenta personali tiegħu b'effett mill-21 ta' Marzu 2011. Ma saretx l-ebda sejħa għal din il-kariga. Bħal kull personal assistant ieħor fi ħdan l-Awtorita' din tirċievi above grade allowance. Peress li l-kariga taċ-CEO ġiet kostitwita sena ilu, il-grad tal-personal assistant taċ-CEO ġie ekwiparat mal-grad (grad numru 7) tal-PA taċ-Chairman tal-MEPA. Dan sar minn Awwissu ta' din is-sena. Hija tirċievi wkoll telephone allowance.
Lukandi li qed jitolbu għal estensjoni fil-binja tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm lukandi eżistenti li qed jitolbu li jingħataw estensjoni fil-binja tagħhom? Fejn jinsabu l-istess lukandi?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 27 lukanda eżistenti qed titlob li tinghata estensjoni fil-binja tagħha. Dawn il-Lukandi jinstabu fil-lokalitajiet li gejjin: Valletta, San Giljan, Swieqi, Gzira, Msida, Sliema, Bugibba, San Pawl il-Bahar, Mellieha u Ghawdex.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — materjal informattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ispiża għall-perjodu msemmi kienet ta’ 10,992.04 ewros.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37755 u jgħid kif jikkompera t-tniġġiż tal-arja Maltija u Għawdxija meta kkomperata mat-tniġġiż fil-pajjiżi Ewropew?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kwalita' tal-arja tvarja minn post għall-ieħor. Dan il-fenomenu huwa osservat f'kull pajjiż Ewropej inkluż f'Malta u jiddependi fuq il-preżenza ta' sorsi ta' tniġġis.
Il-kwalita' tal-arja fiż-żoni rurali f'Malta u Għawdex, tinsab f'livell ikkunsidrat aċċettabli skont il-parametri stabbiliti mil-liġijiet Ewropej, ħlief għal livelli tal-ożonu. Livelli għolja ta' ożonju jiġu rreġistrati mill-istazzjon tal-Għarb, Għawdex, fis-sajf. Dan il-fenomenu huwa prinċipalment ikkawżat minn trasport tal-ożonu ġej mill-kontinent Ewropew.
Filwaqt li f'żoni traffikużi jew qrib ta' "point sources of pollution" is-sitwazzjoni tal-kwalita tal-arja tvarja billi f'okkażjonijiet ġieli ġew irreġistrati livelli għolja tal-PM10 u NO2, mentri l-livelli tas-sustanzi inkwinanti l-oħra kollha li aħna marbutin li nkejlu fl-arja jibqgħu skont il-parametri stabbiliti mil-liġi ewropeja.
Għaldaqstant, meta jiġu evalwati r-riżultati tal-livelli nkwinanti fl-arja għal Malta u Għawdex kollha, skont kif hu stabbilit fil-liġijiet Ewropej, pajjiżna m'għandux problemi bil-livelli ta' dijossidu tal-kubrit, monossidu tal-karbonju, u metalli tqal fl-arja. Din is-sitwazzjoni hija simili tas-sitwazzjoni fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej l-oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37791 u jagħti statistika ta' kemm kien hemm kontijiet tad-dawl residenzjali u oħrajn, li matul is-snin 2009 - 2012 li ħarġu €0? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex dan seħħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kontijiet mill-2010 sal-lum li ħargu b’ammont negattiv (kreditu) jew zero hu ta’ 84,894.
Minn 84,894 kont, 2,489 ħarġu b’ammont €0. Il-kumplament ħargu b’ammont negattiv (bi kreditu)
Ir- raġunijiet prinċipali li dan jiġri huma tlieta:
1. Minħabba installazjonijiet fotovoltajiċi meta il-konsumatur jiġġenera iżjed milli jikkonsma.
2. Il-konsumatur jħallas iżjed fuq il-kont.
3. Il-konsumatur jħallas “
estimates
” għoljin, u meta hemm ir-reviżjoni awtomatika ta’ kull sitt xhur fuq qari attwali, il-kont attwali joħrog “
in credit
”
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37699 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex jekk aħna sejrin fi żmien msejjaħ the age of the ageing, l-istudenti li qed jigradwa f'diploma level, Masters jew PHD fil-ġerantologija għandhomx huma ukoll jingħataw il-warrant ta' ġerantologist ħalli jkunu jistgħu jaħdmu u jipprattikaw dak li jkunu studjaw f'dan il-qasam?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li il-Ġerontoloġija mhix waħda mill-professjonijiet regolati taħt L-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kap 464) u għalhekk ma hemmx bażi legali li fuqha tista’ jew li hemm bżonn tinħareġ warrant. Infakkar lill-Onor. Interpellant li ħafna minn dawk li jsegwu il-kors tal-ġerontoloġija huma diġa professjonisti ġejjin minn waħda mill-professjonijiet regolati mill-Att u ġħalhekk diġa għandhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni tagħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37886 u 37552 u jgħid jekk jeżistix perjodu fil-ġurnata li tiġi ġġenerata enerġija mill-power station li ma tintużax jew li tiġi ġġenerata enerġija iktar milli għandu bżonn il-pajjiż u għalhekk jinħela? F'liema huma dawn il-ħinijiet tal-ġurnata u kemm tkun l-enerġija ġġenerata li ma tintużax?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-ebda ħin ma jiġi ġġenerat elettriku iktar milli jkun hemm bżonn li jiġi ġġenerat.
Ninsab infurmat ukoll illi fil-proċess ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija mill-
Power Station
f’Delimara s-sħana li hemm fl-
exhaust
li tiġi ġġenerata mill-proċess ta’
combustion fuel
tiġi riċiklata f’enerġija. Filfatt, 9% tal-elettriku tal-impjant il-ġdid qed jiġi ġenerat b’dan il-mod.
Fid-diżinn tal-proġett tal-estensjoni, ingħatat kull attenzjoni biex l-proċess ta’ konverzjoni tal-enerġija jkun mill-aktar effiċjenti u fl-istess waqt jibqa’ ekonomikament vijabbli.
Il-
combined cycle plants
(jiġifieri kemm it-turbina tal-gass kif ukoll il-magna diesel il-ġdida) għandhom sistemi ta’ rkupru li jippermettu l-użu tas-sħana mill-
exhaust
. Dan għaliex l-
exhaust
, wara li jgħaddi mill-proċessi intiżi li jnaqqsu drastikament l-emissjonijiet, jgħaddi l-
boiler
li jsaħħan l-ilma u jibdlu fi fwar. Dan il-fwar jintuża biex titħaddem l-i
steam turbine
, biex b’hekk tittieħed ukoll l-enerġija tal-
exhaust
u jiġi prodott 13 MW mill-enerġija maħżuna fl-
exhaust
. Dan huwa ekwivalenti għal madwar 9% mill-elettriku ġġenerat fl-impjant il-ġdid.
Investigazzjoni dwar skema tat-tkissir ta' bastimenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37958 u jinforma l-Kamra x'passi ħa, jew se jieħu, biex issir l-investigazzjoni serja dwar l-iskema tat-tkissir ta' bastimenti mħabbra riċentement mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, kif appellaw l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd u l-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd li bejniethom jirrappreżentaw 'l fuq minn 1000 sajjied?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa obbligu ta’ kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li kull skema u proġett li huma ko-ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropea jiġu regolarment ivverifikati mill-istrutturi nazzjonali tal-Programm, fosthom l-Awtorita’ ta’ Ġestjoni, l-Korp Intermedjarju u d-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet. L-istess stħarriġ isir kemm fuq l-istrutturi tal-Programm u kemm fuq il-benefiċċjarji nfushom.
Kif kien spjegat fl-istqarrija maħruġa mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali ta’ nhar is-7 ta’ Novembru, il-mekkaniżmu ta’ din l-iskema kellu jinbidel abbażi tal-leġislazzjoni viġenti, sew dik nazzjonali u kif ukoll dik tal-Unjoni Ewropea, marbuta mal-implimentazzjoni tad-direttiva dwar l-iskart. Għalhekk saret sejħa għat-tarznari liċenzjati kollha, fejn tnejn biss urew interess li joffru l-faċilitajiet tagħhom sabiex isir it-tkissir fihom. Dawn iż-żewġ tarznari ġew indikati lis-sajjieda fil-Linji Gwida maħruġa lilhom bħala parti minn din l-iskema.
Barra minn dan, wara l-istqarrija maħruga mill-istess Koperattivi, l-istess Ministeru, fuq parir tas-Superintendenza tal-Patrimonju Kulturali, iddeċieda li minflok jitkissru, dawn l-opri tal-baħar se jkunu qed jinżammu mill-Gvern bil-għan li jsir eżerċizzju li jiddetermina l-eżistenza jew le tal-valur storiku, kulturali etnografiku jew folkloristiku li jista’ jkollhom.
Għaldaqstant, li jkun qed jiġri hu li s-sajjied ma jkissirx il-bastiment hu iżda biss iċedi kull jedd fuqu, liema jedd jgħaddi f’idejn l-awtoritajiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38359 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’ħidma saret matul l-2012 fuq skema mħabbra fil-budget għal din is-sena għal self-employed reġistrati bħala awturi, kompożituri, artisti fl-arti viżiva u f’dik performattiva, fil-film u fid-disinn, li joperaw mill-Belt Valletta? Jista' jgħid kemm ikkwalifikaw biex jibbenefikaw minn din l-iskema?
Response (MARCO, MARIO DE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 38599.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx l-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal permess ta' bini ta' triq ġdida għal Smart City? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru tal-applikazzjoni u f'liema stadju li evalwazzjoni waslet l-applikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi hemm tliet applikazzjonijiet li jkopru t-toroq bejn Smart City u Triq il-Kunsill tal-Ewropa, hekk kif ġej:
Phase 1C – minn Smart City sa Triq Santu Rokku PA00501/09
Phase 1B – minn Triq Santu Rokku sa Bieb is-Sultan (minn ġor-raba) PA00237/07
Phase 1A – minn Bieb is-Sultan sal-mina ta’ Hompesch PA 00502/09
Bħalissa l-applikazzjoni qed tiġi proċessata mill-MEPA.
Applikazzjoni għall-p;ost ta' Agricultural Officer
Question
Jista' l-Ministru jgħid għala l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma intgħażlitx għal post ta' Agricultural Officer meta persuna b'inqas esperjenza tax-xogħol tal-biedja intgħażlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevili Interpellant li kull sejħa għall-applikazzjonijiet tkun ipproċessata minn Bord ta’ l-Għażla li jinħatar mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Is-sejħa tipprovdi li jekk applikant iħoss li għandu oġġezzjoni għar-riżultat, għandu jissottometti dawn l-oġġezzjonijiet lis-Segretarju Eżekuttiv, Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fi żmien għaxart’ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat. Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tibgħat risposta dettaljata lill-applikant b’ġustifikazzjoni tal-proċess ta’ kif ingħataw il-marki.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37873, jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija u cioè jista' jgħid kif intgħażlu l-esproprjazzjnijiet li ġew imħallsa u min għamel din l-għażla?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-għażla tal-espropriji li ġew imħallsa huwa maqsum kif ġej:
(i) L-ammont ta’ €3,272,195 tħallas wara ordni tal-Qorti jew wara deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet.
(ii) L-ammont ta’ €1,965,795 tħallas wara li flus ġew trasferiti minn Dipartimenti/Entitajiet tal-Gvern fejn dawn talbu biex l-art tiġi akkwistata.
(iii) L-ammont ta’ €654,109 tħallas wara li dawn il-fondi kienu dovuti minħabba ftehim li kien sar fi snin preċedenti u d-Dipartiment Proprjeta’ tal-Gvern kien obbligat b’kuntratt li jagħmel dan il-ħlas.
(iv) Tħallset is-somma ta’ €156,391 wara li numru ta’ kirjiet ta’ akkwist/għarfien ġew kapitalizzati u xi sidien tagħhom talbu li jingħataw il-ħlas.
(v) Ma kienx hemm ħlas ta’ fondi min-naħa tad-Dipartiment f’każi ta’ kuntratti fejn sar tpartit bejn art tal-Gvern u kumpens dovut minħabba esproprijazzjoni skont it-termini tal-Kap 268.
(vi) Il-kumplament tal-ħlasijiet li saru li jammontaw għas-somma ta’ €3,087,893 kienu mqassmin bejn (a) ħlas ta’ kumpens wara li l-art ġiet akkwistata fi snin preċedenti permezz ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-President u l-fondi kienu depositati f’kont bankarju skont it-termini tal-Kap 88, bejn (b) każi umanitarji, u (ċ) l-kumplament fejn is-sidien tal-proprjeta’ aċċettaw il-prezz offrut. F’dawn il-każi ġie evitat li l-prezz jiġi kkontestat bil-possibiltà ta’ żieda fl-ammont imħallas mill-Gvern.
Fir-rigward tal-każi umanitarji, irid jingħad li mhux prudenti li jingħataw dettalji ta’ min kienu dawn is-sidien.
B'referenza għall-aħħar sentenza tat-tweġiba tal-mistoqsija 37881, jista' l-Ministru jindika minn liema artiklu tal-kapitlu 268 tal-Liġijiet ta' Malta joħroġ id-dikjarazzjoni li proprjetà tal-gvern mogħtija b'att ta' kurazzija skont il-kapitlu 445 hija meħlusa mill-obbligi stabbiliti f'kapitlu 268?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.