Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni, inkluż il-grad tagħhom li ġew trasferiti lura għal mal-gvern mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'dawn l-aħħar 12-il xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' persuni, inkluż il-grad taħghom li ġew ingaġġati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar 12-il xahar kien hemm trasferiment wieħed lura għal mal-Gvern minn mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. F’dan l-istess perjodu ġew ingaġġati 51 persuna mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu impjegati nies b'kuntratt definit mill-1 ta' Jannar 2010 sal-lum mid-Diviżjoni tas-Saħħa biex jiġu deployed fl-Isptar Monte Carmeli billi jgħid f'liema gradi ġew impjegati, għal kemm hu twil kull kuntratt li sar u x'salarji u pagi ġew assenjati lil dawn l-istess impjegati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Monte Carmeli — għajnuna supplimentari jew benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi skemi kien hemm implimentati mill-Isptar Monte Carmeli taħt l-awspiċi tad-Diviżjoni tas-Saħħa fil-perjodu l-1 ta' Jannar 2008 sal-lum fejn tidħol għajnuna supplimentari jew benefiċċji partikolari għal individwi li meta jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol għax qiegħda jkunu wkoll ġew identifikati b'xi defiċjenza mentali filwaqt li jgħid f'kull każ kull skema xi swiet sena b'sena għall-perjodu hawn indikat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Isptar Monte Carmeli għandu skema li tħarreġ pazjenti li qegħdin fuq trattament għal kura ta’ saħħa mentali u ttihom kull terapija u rijabilitazzjoni neċessarja li għandhom bżonn sabiex dawn jiġu ntegrati fid-dinja tax-xogħol. Dawn il-pazjenti jingħataw inċentiv finanzjarju li meta jingħadd mal-benefiċċji li huma jieħdu mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali ma jeċċedix l-ammont tal-minimum wage. L-Isptar nefaq dawn l-ammonti fuq din l-iskema matul dawn is-snin:
2008 - €177,409
2009 - €148,397
2010 - €105,845
2011 - € 75,865
2012 - € 47,290 (sa l-aħħar t’Ottubru)
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37616, 37125 u 36604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37618, 37381, 36678 u 36315 u cioè: B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 34533, 35174 u 35169 u ġaladarba l-Ministru ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba fil-mistoqsija parlamentari 35174, jista' l-Ministru jgħid taħt liema klawsola tal-kapitlu 268 tal-Liġijiet ta' Malta, jiġifieri tal-att li jirregola t-trasferiment tal-proprjetà tal-gvern, saret il-konċessjoni esklussiva lill-Island Caterers?
Response (MARCO, MARIO DE)
Il-Gvern ma ta ebda esklusività jew arranġament ieħor lill-Island Caterers għall-u¿u tas-Saluting Battery. Il-Gvern għadda l-batterija lill-FWA permezz ta’ Att ta’ Kurazija u l-Fondazzjoni hija ntitulata li tu¿a dan is-sit għal attivitajjiet u skopijiet turistiċi. Il-gvern mhuwiex involut f’ebda arrangament bejn Fondazzjoni Wirt Artna u l-Island Caterers.
Kif diġa indikat fir-risposti parlamentari 34533 u 35174, is-Saluting Battery ingħatat f’Att ta’ Kurazija lill-Fondazzjoni Wirt Artna (Organizzazjoni Non-Governattiva) skond l-Att tal-Patrimonju Kulturali (Kap 445), wara li sar it-trasferiment neċessarju skond kif jitlob l-Att li jirregola t-trasferiment tal-propjeta tal-Gvern (Kap 268). L-Abbozz tal-Att ta’ Kurazija kien ukoll approvat mill-Kumitat tal-Garanzija u kien mqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra b’kondizzjoni li jista’ jkun soġġett għal mozzjoni u diskussjoni hekk kif jitlob l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (KAP 445 Art. 48). L-Att dwar il-Patrimonju Kulturali ma jassoġġettax l-għemil tal-Att ta’ Kurazija għall-KAP 268.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37619, 37382, 36680, 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37620, 37383, 36750 u 36573 u jgħid kemm intefqu flus fuq xogħlijiet fuq toroq arterjali u distributorji matul din is-sena sal-lum, kull triq separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-standards u kompetizzjoni ġusta, jista' l-Ministru jaġġorna dwar il-progress li sar dwar il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm kien iż-żmien stipulat biex jitlesta dan il-proġett tal-Sky Parks Luqa Airport;
b) ir-raġuni għaliex ma tlestiex fiż-żmien stipulat;
ċ) kemm kienet l-istima jew l-kuntratt oriġinali;
d) kemm sewa dan il-proġett; u
e) għal liema raġuni mhuwiex qiegħed jintuża mill-Vodafone?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid:
a) meta huwa previst li jitlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni fl-MCAST ta' Corradino Hill;
b) x'persentaġġ ta' xogħol sar s'issa; u
ċ) kemm sewa x-xogħol li sar s'issa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ewwel fażi tal-Kampus il-Ġdid tal-MCAST huwa skedat li jkun lest minn kollox is-sena d-dieħla.
S’issa tlestew 65% tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-ewwel fażi ta’ dan il-proġett. Għal dan ix-xogħol s’issa ġew ċertifikati b’kemm jammontaw €3,580,181 f’xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, €85,349 f’xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi (M&E), kif ukoll €59,677 f’xogħlijiet oħra relatati ma’ dawn il-binjiet (‘finishes’).
Jista' l-Ministru jgħid:
a) meta huwa previst li jitlesta ix-xogħol fuq il-Mellieħa
bypass
;
b) meta kellu jistlesta x-xogħol; u
ċ) inqabbżitx is-somma tal-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sakemm ma' jinqalgħux imprevvisti, ix-xogħol fuq il-ByPass tal-Mellieħa huwa mistenni li jitlesta sa Frar 2013 (snags mhux inklużi).
Oriġinarjament dan ix-xogħol kellu jitlesta sa Diċembru 2012. Is-somma tal-kuntratt għadha ma' nqabżitx.
Jista' l-Ministru jinforma għaliex il-manutenzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa se ssir fiż-żmien meta iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta huwa wkoll magħluq għal manutenzjoni? Jista' jinforma ukoll meta se tibda u tispiċċa il-manutezjoni fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat? Jista' jara l-possibiltà li mill-ewwel jum sal-aħħar jum li ċentru tar-Rabat ikun magħluq, jiġi provdut trasport f'ħin partikulari għar-residenti ta' Ħad-Dingli, Rabat u limiti tiegħu u l-Imġarr sabiex jaslu fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Birkarkara fiż-żmien? Jista' jinforma jekk huwiex se jkun xi servizzi li se jibqgħu jiġu provduti miċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat matul iż-żmien li tkun qed issir il-manutezjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li waqt li x-xogħolijiet ta’ manutenzjoni ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat ikunu għaddejjin, is-servizzi kollha eżistenti ta’ dan iċ-ċentru tas-saħħa sejrin jibdew jingħataw minn lokalita’ oħra ġewwa r-Rabat, Malta stess. Għalhekk in-nies kollha li issa qegħdin jinqdew minn dan iċ-ċentru mhux sejjer jiġu affetwati bl’ ebda mod.
Jista' l-Ministru jgħid kif it-teatru li nbena għall-IVF fl-Isptar Mater Dei se jintuża għall-operazzjonijiet differenti u mhux għall-iskop li sar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-teatru tal-IVF ser jintuża għall-IVF, iżda l-isptar ma jeskludix li jekk ikun il-każ u jkun hemm il-ħin adattat, bħal ma jigri f’teatri oħra, it-teatru tal-IVF jintuża għall-interventi oħrajn. Però l-interventi tal-IVF jingħataw dejjem il-preċedenza.
Costa — Ponta ta' Qalet Marku, u l-Ġnejna - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mollijiet ġew mogħtija xi forma ta' wiċċ ġdid, matul il-kosta li twassal bejn il-Ponta ta' Qalet Marku, u l-Ġnejna matul din is-sena? F'kull każ min għamel ix-xogħol u kif ġiet garantita l-kwalità tax-xogħol li sar fuq dawn il-mollijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 34508, 35620, 36038, 36846 u 37625, jista' l-Ministru issa jgħid għaliex qed jostor l-informazzjoni mitluba dwar il-fondi kapitali minfuqa mill-Ministeru għal Għawdex? Peress li r-rifjut kontinwu li tingħata l-informazzjoni mitluba jnissel dubji serji ta’ xibka ta’ ħażen u ta’ possibilità ta’ abbużi aktar u aktar meta l-Awditur Ġenerali sab ħafna irregularitajiet serji tal-Ministeru għal Għawdex fl-infiq ta’ flus il-poplu tant li t-Times of Malta qalet li l-istess Ministeru jieħu l-midalja tad-deheb għall-abbużi li jsiru minnu, jista’ l-Ministru jassigura lill-Kamra li ma kienx hemm abbużi f’din in-nefqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rwol tal-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment hu li jagħti support effettiv lill-Ministeri u lid-dipartimenti sabiex il-proċess annwali tal-budget jiġi mmaniġġjat f’parametri finanzjarji stabiliti. Għaldaqstant kull Ministeru għandu l-obbligu li jimxi ma’ dawn il-parametri.
Trasferiment ta' xogħol ta' back office għal Għawdex
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37708, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema huma mistennija li jiġu trasferiti għal Għawdex fuq xogħol ta’ back office konness maċ-Children Allowances? Jista’ jekk jogħġbu jgħid jekk dawn il-ħaddiema ingħatawx taħriġ fuq ix-xogħol il-ġdid li se jkunu qed iwettqu f’Għawdex? Jekk għadhom ma nagħtawx it-taħriġ meħtieġ, meta huwa maħsub li jibda u jispiċċa dan it-taħriġ? Fejn se jiġu akkomodati dawn il-ħaddiema?jridu hu maħsub li jiġi trasferit għal Għawdex fl-2012, 2013 u 2014? Meta hu mistessi li jiġi trasferit f’kull każ? Meta hu mistenni li jiġu konklużi d-diskussjonijiet li hemm għaddejjin bħalissa sabiex jiġi deċiż xogħol ieħor li għandu jiġi trasferit għal Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li huma tnax (12) il-uffiċjal li ser jkunu responsabbli mix-xogħol ta’ back office fuq benefiċċji relatati mal-familja (Childrens’ Allowance, foster care u benefiċċji għal Maternita jew leave għal Maternita) li ġie trasferit għal Għawdex.
Infatti nista’ ninforma lil Onorevoli Membru li seba’ (7) uffiċjali diġa’ ħadu t-taħriġ ġewwa Malta u effetivament qegħdin jaħdmu minn uffiċini ġodda fit-Taqsima li għandu d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali fi Pjazza San Franġisk ir-Rabat. Dawn ilhom jaħdmu minn Għawdex mill-bidu ta’ Lulju ta’ din is-sena.
Bħalissa erba’ uffiċjali oħra qed jirċievu t-taħriġ ġewwa Malta. It-taħriġ ta’ dawn l-uffiċjali huwa avvanzat u aktar tard dan ix-xahar mistenni li dawn ukoll ikunu trasferiti għat-Taqsima l-ġdida ġewwa Għawdex.
Għaddej il-proċess biex jiġi identifikat uffiċjal ieħor li għandu jiġi trasferit immedjatament ġewwa Għawdex biex it-taħriġ jingħata mill-uffiċjali hemmhekk.
delegazzjonijiet ministerjali — spejjeż fuq żjarat
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35743, fejn il-Ministru kellha tagħti l-breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta ta’ delegazzjonijiet ministerjali tagħha mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-aħħar ta’ Mejju 2012 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-GA27 u GA27A għal kull safra li saret u peress li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 35204 ntqal li kien hemm żewġ safriet ministerjali, cioè waħda f’Mejju 2011 fl-Estonja u l-oħra f’Settembru 2011 fid-Danimanrka, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-GA27 u GA27A li hemm referenza għalihom fil-Post Travel Submission Forms?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kopji tal-GA27A diġà ġew preżentati bħala parti mit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35743.
Jista' l-Ministru jgħid min kien involut fl-għażla tal-postijiet mis-settur privat tal-postijiet bil-kiri lill-Awtorità tad-Djar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’April 2012 twaqqaf Bord tal-Ghazla indipendenti. Dan il-Bord huwa komposta minn Perit bhala Chairperson u minn Perit iehor u Avukat bhala membri. F' Gunju li ghadda, in vista tan-numru ta applikazzjonijiet li dahlu fl-ewwel fazi ta din l-iskema dan il-Bord gie mwessa billi nhatru zewg periti ohra u avukat iehor.
Awtorità tad-Djar — applikazzjonijiet għal post alternattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm applikanti quddiem l-Awtorità tad-Djar li għandhom applikazzjoni għal post alternattiv? Kemm hu n-numru f'kull kategorija?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhalissa l-Awtorita' tad-Djar ghandha 1,693 applikazzjoni pendenti li minnhom 689 huma meqjusa bhala priorita’. It-tabella ta’ hawn taht tindika n-numru taht kull kategorija.
Danger - Some Rooms
6
Danger - Majority of Rooms
25
Substandard
36
Lack of Sanitary Facilities
17
Overcrowding
64
Social Cases - Referred from Agencies
61
Social Cases - Domestic Violence
18
Homeless - Institution
29
Homeless - CCF
12
Homeless - Eviction
64
Homeless - Rehab Clients
5
Homeless – Tolerance
33
Homeless – Postal Address
61
Disability
25
Disability - Mobility
93
Elderly living on their own
47
Elderly - Sharing
14
Refugees
18
Sharing Accommodation - Overcrowding
259
High Rent - Subsidised Rent
242
High Rent - Unsubsidised Rent
264
Unable to inspect i.v.o. various reasons
7
Pending Cases
292
Slum Clearance
1
Total
1,693