Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni alternattiva nhar it-18 t’Ottubru, 2012 u l-applikazzjoni tagħha ġiet pproċessata flimkien mal-applikazzjonijiet l-oħra. L-ispezzjoni ser issir fil-ġimgħat li ġejjin.
Fid-dawl ta' dak li qed jagħmlu pajjiżi oħrajn fejn tidħol regulation ta' liquid nitrogen fix-xorb, jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment tas-Saħħa jidħol aktar fil-fond ta’ din il-problema, billi kuntrarju għal dak li ngħad f'sezzjoni tal-istampa li d-direttorat ma kienx konxju li prattika simili fit-taħlit tax-xorb ma kenitx qed issir Malta, skont ġurnal lokali kien hemm stabbiliment/i li fil-fatt kienu qed iħalltu xorb f'mod simili u dan aktar u aktar għaliex għalkemm skont il-Food Safety Act, hija ir-responsabilità tal-Food Business Regulators biex jiżguraw li dak li jservu huwa xieraq għall-konsum uman peress li huwa mifhum li r-regulation fil-qasam Malti tax-xorb huwa inadegwat, tant li għadna kif qrajna rapporti fil-media lokali li ħafna mill-każijiet li jiġu ttrattati fl-emergenza tal-Isptar M Dei huma relatata mal-kwalità aktar milli sempliċiment mal-konsum eċċessiv tal-alkohol?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux konvint li d-dipartiment huwa konxju ta' dak li ġara f’pajjiż ieħor fejn minħabba liquid nitrogen cocktail kien hemm tfajla fejn saħansitra kellhom ineħħulha l-istonku tagħha minħabba l-konsegwenzi tat-taħlita ta' xorb bil-liquid nitrogen li hija xorbot?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika hija konxja hafna ta dak li qed jiġri f’pajjiżi oħra iżza nisab infurmat li s’issa l-informazzjoni li għandha hija biss mill-midja għax la l-awtoritajiet Ingliżi u lanqas dawk tal-Unjoni Ewropeja għadhom ma ħarġu xejn ufficjali f’dan ir-rigward. Minkejja dan l-Ispettorat tas-Saħħa qed ikun viġilanti hafna fuq din il-kwestjoni u qed jirrapurtaw immedjatament tali prattiċi jekk jiltaqgħu magħhom. Wieħed irid iżda jaġpprezza li l-ispettorat m jistax jissorvelja kollox., kullimkien u f’kull ħin u l-operaturi ma għandhom l-ebda obbligi fil-liġi li jinfurmaw lill-awtoritajiet dwar ikel u xorb li huma jippreparaw fl-istabbilimenti tagħhom. Huwa għalhekk li il-liġi titfa ir-responsabbilta tal- ikel u xorb servut fuq l-operatur. Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjevtali jinvestiga kull ilment u rapport li jasallu u jieħu ilpassi kollha li huma kontemplati fil-liġi.
Ir-regolamenti ta’ Malta illum huma bħal ma’ jeżistu fl-Unjoni Ewropeja u allura ekwivalenti għal dawk li hemm f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. F’Malta illum għandna sorveljar kontinwu permezz ta spezzjonijiet u awditjar tal-operaturi tal-ikel, programmi ta’ kampjuni tal-ikel, sorveljar ta’ x’inhu jiġi mpurtat, u kif ukoll sistema ta’ amministrazzjoni tal-ilmenti li jaslu fid-direttorat..
Il-kwalita’ tal-alkohol li jiġi mibjugħ tvarja minn stabbiliment għall-ieħor għax mhux l-istabbilimenti kollha jużaw xorb tal-istess manifattur. Xorb manifatturat minn ditta inqas rinomata minn oħra ma jfissirx li talki xorb huwa ta’ dannu għas Saħħa. Għalkemm jistya’ ikun hemm xi taħlit ieħor, id-Directtorat Id-Direttorat jinvestiga biss dawk il-każijiet fejn ikollu rapporti li b’qerq seta kien hem xi taħlit ieħor.
Infakkar lill-Onorevoli interpellant li dan il-Ministeru għal snin twal dejjem saħaq fuq il-bżonn li jitrażżan x-xorb eċċessiv għax jemmen li dak huwa l-kawża primarja ta dak li ġie rapurtat u li l-imġieba tal-individwi tista’ titranġa biss bl-edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li qed jaħseb li saret xi inġustizzja miegħu wara li ġie ffirmat l-agreement li sar mal-ex ħaddiema tat-Tarzna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li qed jaħseb li saret xi inġustizzja miegħu wara li ġie ffirmat l-agreement li sar mal-ex ħaddiema tat-Tarzna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha
talba biex persuna tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tbati minn demensja akkuta u din applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul peress li mhux l-ewwel darba li toħorġ barra u l-familja jkollha tmur tfittixha u hija ta' periklu d-dar? Tista' din it-talba tingħata prijorità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat fit-8 t’Ottubru 2012. L-applikazzjoni trid tgħaddi mill-proċess normali fejn wara li s-Social Workers jagħmlu l-assessment, l-applikazzjoni tkun tista’ tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni. Il-Bord jieħu deċizjoni fuq il-kaz u jinforma l-applikant bid-deċizjoni tiegħu bil-miktub.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li għandha post tal-gvern u l-faċċata minn isfel qiegħda tfarfar meta dan il-post ilu mibni sitt snin biss?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din hija proprjetà privata mibjugħa mill-Awtorità tad-Djar fl-2007 lill-persuna msemmija. L-Awtorità tad-Djar ma tagħmilx manutenzjoni f’proprjetajiet privati.
Jista' l-Ministru jara li ssir bozza wara l-ground tal-Gudja li minħabba d-dlam li hemm qed ikun hemm ħafna abbuż ta' droga u barra minn hekk dejjem jitfgħu skart li qed iħammeġ l-ambjent? Jista' jara li jittella' xi forma ta' ċint?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi sabiex il-Korporazzjoni Enemalta tkun tista' tikkonferma saritx xi talba għal din il-bozza mill kunsill lokali tal-Gudja, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jekk għandu jgħaddi d-dettalji.
Jista' l-Ministru jara l-każ tas-single parent li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din applikat għall-sussidju fuq twieqi u fejn din ma ġiex aċċetat s-sussidju?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni ffirmat il-kuntratt ta’ kirja mal-Awtorita’ tad-Djar nhar is-6 ta’ Marzu, 2008 u ingħatat is-somma ta’ €6,988.12 sabiex isiru t-tiswijiet li kienu ġew iddentifikati mill-Awtorita’ tad-Djar. Peress li l-appartament kien fih twieqi tal-ħadid imkissrin l-applikanta ingħatat sussidju biex tbiddel dawn it-twieqi u tagħmilhom ġodda tal-ħadid. L-applikanta għazlet li tagħmilhom tal-aluminium u l-Awtorita’ infurmata b’ittra datata 17 ta’ Novembru, 2008 li kienet mitluba iġġib kopja tal-permess maħruġ mill-MEPA sabiex titħallas tat-twieqi. L-applikanta baqgħet ma’ ssottomettietx dan il-permess u għalhekk l-applikanta ma’ tħallsietx tal-aperturi.
Peress li Triq 31 ta' Marzu fir-Rabat Għawdex mimlija ħofor fondi mimlija ilma bix-xita u peress li din it-triq hija tal-biki b'inkonvenjent kbir għar-residenti, tista' l-Ministru tara li dawn il-ħofor jimtlew?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qiegħda tittieħed l-azzjoni neċessarja biex jitnaqqas l-inkonvenjent fi Triq il-31 ta' Marzu fir-Rabat, Għawdex.
Tista' l-Minstru tgħid għaliex jekk aħna sejrin fi żmien msejjaħ the age of the ageing, l-istudenti li qed jigradwa f'diploma level, Masters jew PHD fil-ġerantologija għandhomx huma ukoll jingħataw il-warrant ta' ġerantologist ħalli jkunu jistgħu jaħdmu u jipprattikaw dak li jkunu studjaw f'dan il-qasam?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu promozzjonijiet fiċ-Ċivil kollu matul is-snin 2011 u 2012? F'liema grad inħarġu u kemm inħarġu f'kull grad minn dawn il-promozzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fis-snin 2011 u 2012 inħarġu 704 u 851 promozzjoni fis-Servizz Pubbliku rispettivament. Dan seħħ permezz ta’ sejħiet għall-applikazzjonijiet kif ukoll promozzjonijiet, f’kull klassi, abbażi ta’ servizz sodisfaċenti fil-grad, skont il-Ftehim Settorali miftiehem mal-unions/Dokumenti Settorali, kif applikabbli. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli għas-sentejn imsemmijin.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — service contract agreements
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 28683, 27363 u 27632 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — service contract agreements
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27632 u 27363 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — service contract agreements
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 27547 u 27360 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilha snin titlob li ssir l-manutenzjoni fuq il-fond mikri lilha u ilha snin tiġi mwiegħda li dan xogħol se jsir mis-sezzjoni tal-manutenzjoni iżda inutilment, tista' l-Ministru tara li dan ix-xogħol se jsir peress li l-istruttura issa saret perikoluża?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li din it-talba se tiġi kkunsidrata mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp flimkien mad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern għall-approvazzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jitkejjilx il-livell ta' duħħan tal-karozzi u vetturi oħrajn fit-toroq Maltin u Għawdxin? Jekk iva, kemm xjentifikament wieħed jista' joqgħod fuqu l-metodu li jintuża f'Malta u f'Għawdex? Minn fejn jitkejjel dan il-livell ta' duħħan? F'liema lokalitajiet u kemm-il drabi jitkejjel fis-sena?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tkejjilx l-emissjonijiet minn sorsi speċifiċi imma skont kif inhu rikjest mid-direttivi Ewropej, tkejjel il-livelli tas-sustanzi inkwinanti fl-arja. Għal aktar informazzjoni fuq l-emissjonijiet mill-karozzi nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru risponsabli mit-Transport Malta.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li għandu li permezz tagħhom tkejjel il-livell ta' duħħan li ħareġ mill-karozzi u vetturi oħrajn, fit-toroq Maltin u Għawdxin matul is-snin 2009, 2010, 2011 u 2012?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 37751, l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tkejjel il-livelli ambjentali ta' sustanzi inkwinanti speċifiċi irrispettivament mis-sors. Ir-riżultati għall-monitoraġġ tal-livelli ambjentali sa jitqegħdu fuq il-mejda flimkien mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 37753.
Jista' l-Ministru jgħid it-tniġġis tal-arja fil-gżejjer Maltin u Għawdxin kif jitkejjel? Kemm-il darba jitkejjel fis-sena? Mil-liema lokalitajiet u x'kienu r-riżultati miksuba matul is-snini 2009, 2010, 2011 u 2012?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif jikkomperaw il-livell ta' duħħan fit-toroq Maltin u Għawdxin meta kkomperat ma' livelli oħrajn fi bliet u irħula Ewropew?
Response (MARCO, MARIO DE)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant, li skont l-obbligi Ewropej li għandha Malta, tkejjel il-livelli ta' sustanzi inkwinanti speċifici madwar Malta u Għawdex (eż. dijossidu tal-kubrit, dijossidu tal-azotu, bezene, monossidu tal-karbonju, ożonu, partiċelli (PM10, PM2,5), ċomb, nikil, kadmju, arseniku u bezo[a] pyrene) u mhux “duħħan”. Għaldaqstant, għall-paragun ta' dawn, mal-livelli fil-bqija tal-UE nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li sa tingħata għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 37755.
Ħaddiema fis-sezzjoni tad-drenaġġ — injection kontra l-mard
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ħaddiema li jaħdmu fis-sezzjoni tad-drenaġġ u li jmissu mad-drenaġġ fix-xogħol tagħhom, mhux qegħdin jingħataw l-injection li soltu jingħataw bħala prekawzjoni kontra l-mard?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħala parti mill-proċess sabiex tipproteġi lill-ħaddiema tagħha kontra l-mard, tibgħat lill-ħaddiema għal-eżami mediku kull sena fl-Occupational Health Unit (Department of Primary Health).
Rigward tilqim il-Korporazzjoni tuża s-servizzi tan-
National Immunization Centre
biex il-ħaddiema jitlaqqmu kontra t-
Tetanus
,
Typhoid
u
Hepatitis B
. Barra minn hekk il-Korporazzjoni ngħediet programm sabiex iżżid il-protezzjoni kontra l-mard billi bgħatet lill-ħaddiema li jaħdmu jew ikollhom xogħol konness mad-drenaġġ għal test tat-demm. Dan wassal sabiex dawk il-ħaddiema li rriżulta li għandhom bżonn, ingħataw tilqima kontra l-
Hepatitis A
. Din it-tilqima tingħata f’żewġ dożi u ser tingħata t-tieni doża sa l-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru 2012. Impjegati ġodda ntbgħatu biex jitlaqqmu kontra t-
Tetanus
,
Typhoid
u
Hepatitis B.
Qed jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex dawn l-impjegati jintbgħatu għat-test tad-demm sabiex jiġi verifikat jekk dawn il-ħaddiema għandhomx bżonn jitlaqmu kontra l-
Hepatitis A.