Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 37701 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tat-toroq kollha, mhux biss tat-toroq l-aktar urġenti li qed isiru x-xogħlijiet fuqhom jew li huma fil-proċess li toħroġ l-offerta għax-xogħlijiet f’Għawdex, li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tagħha li jridu jsiru u cioè jitranġaw u jinksew bit-tarmak? Tista’ tagħti din il-lista skont il-priorità kif stabbilità fuq il-gravità tal-qagħda tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 37930.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37711 u jgħid x’miżuri ttieħdu matul din is-sena s’issa mill-Gvern u l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jiffaċilitaw l-aċċess bejn Malta u Għawdex bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu matul l-2013? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Response (MARCO, MARIO DE)
It-trasport intern fi ħdan il-Gżejjer Maltin jikkostitwixxi fattur importanti sabiex tiġi faċilitata d-distribuzzjoni tal-influss ta’ turisti barranin li jżuruna matul is-sena. Minn din il-lat, l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu ssegwi kontinwament l-isviluppi kontinwi li jkunu qegħdin iseħħu f’oqsma bħal investiment f’toroq arterjali, żvilupp ta’ terminals għall-passiġġieri li jaqsmu bejn il-gżejjer, kif ukoll rotot ta’ trasport pubbliku li jgħaqqdu l-ajruport mad-destinazzjonijiet turistiċi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Fl-istess ħin, l-Awtorita’ kompliet twettaq il-politika tal-Gvern li jkattar l-aċċessibilita’ bl-ajru lejn Malta sabiex matul din is-sena, in-numru ta’ rotot diretti li jgħaqqdu lil pajjiżna mas-swieq turistiċi tagħna żdiedu minn 74 is-sena l-oħra għal 81 din is-sena. It-titjib fl-aċċessibilta’ lejn pajjiżna jgħin ukoll l-aċċessibilta’ lejn Għawdex. Din il-politika tibqa tapplika għas-snin li ġejjin sabiex inkomplu nikkonsolidaw u nsaħħu l-industrija tat-turiżmu tagħna fuq il-prinċipji ta’ sostennibilita’ finanzjarja u ambjentali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu matul din is-sena s’issa mill-Ministeru tiegħu biex jiffaċilita l-aċċess bejn Malta u Għawdex bl-ajru? X’kienet in-nefqa fuq dawn il-miżuri? X’miżuri mistennija jittieħdu matul l-2013? Kemm hija mistennija li tkun in-nefqa fuq il-miżuri li mistennija jittieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi tal-Arriva li waqfu bi ħsarat waqt li kienu qed iwettqu l-vjaġġ tagħhom mit-3 ta' Lulju 2011 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' ħsarat ġew irrapurtati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi d-dati ta' meta nħarġu l-promotions kif ukoll id-dati ta' meta ġew mgħotija l-applikanti għall-interviews mill-2010 sal-lum fi Transport Malta? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti għal kull sejħa li ħarġet? Jista' mbgħad jagħti d-dati ta' meta l-promotions ingħataw uffiċjalment lil persuni magħżula?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37403, jista' l-Ministru jgħid kif Transport Malta tiġġudika lill-impjegati tagħha u cioè: tikkonsidra dawk li huma responsabbli minn dawk li huma meqjusa bħala irresponsabbli speċjalment meta jiġi biex jingħata xogħol ta' responsabilità? Jista' jgħid kif Transport Malta tasal għal din id-deċiżjoni meta l-istess impjegati jibqgħu ma jingħatawx promozzjoni peress li jkunu qed jesegwixxu xogħlhom bħal dak ta' grad għola?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Grand Harbour Regeneration Corporation — ħaddiema li ġew trasferiti minn dipartiment jew direttorat
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema dipartiment u direttorat kienu jesegwixxu xogħlhom il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament qabel ma dawn ġew trasferiti mal-Grand Harbour Regeneration Corporation? Jista' jgħid x'kienu l-gradi ta' dawn il-persuni u jispeċifika x-xogħol li kien jitwettaq minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — persuni magħżula għall-evaluation committee
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni magħżula biex jiffurmaw l-evaluation committee li jikkonsistu f'chairman, segretarju u tliet evalwaturi humiex uffiċjali jew jokkupaw grad inqas fi Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min jiddeċiedi fl-għażla ta' dan il-kumitat u fuq liema kriterji jiġi magħżul?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindika min huma dawk li jikkomponu l-interviewing panel fi ħdan Transport Malta u jgħid kif dan il-panel jiġi magħżul? Jista' jgħid jekk il-marki li dan il-panel jassenja humiex konklussivi u fuq liema bażi jasal għal tali konklużjoni u japprova li l-marki assenjati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhuma mqassma, lokal lokal, il-farms għat-trobbija tal-mogħoż/nagħaġ u fniek madwar Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li għar-rigward ta’ farms għat-trobbija tal-mogħoż/nagħaġ nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36007, ninfurmah li preżentement hemm reġistrati 64 farm għat-trobbija tal-fniek. Din ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa fejn hemm dikjarati aktar minn ħamsin fenka.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn persuni reġistrati bħala li jrabbu l-fjuri f'Malta u Għawdex? F'liema lokalitajiet huma reġistrati dawk li jkabbru l-fjuri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-regolamenti maħruġa fl-Avviz Legali 97 tal-2004 u l-emendi sussegwenti, kull min huwa involut f’attivitatjiet ta' importazzjoni, moviment, tkabbir u bejgħ ta' fjuri irid ikun reġistrat mad-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti. Fil-preżent hemm reġistrati sitta u sittin (66) l-attività f’dan is-settur tal-fjuri.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba rigward il-lokalità ta’ dawk reġistrati.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi progress sar f'dawk li huma esperimenti għat-trobbija tal-annimali/tjur li huma meqjusa bħala tradizzjonalment Maltin, u li fuqhom kienu qed isiru esperimenti fl-għammieri?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li preżentament qed issiru dawn it-trials fis-sezzjoni tal-animali;
1. Din is-sena saru provi fuq forma alternativa ta’ magħlef. Ir-rizultati jkunu disponibli fi xhur li ġejjien.
2. Ir-riċerka u t-tkattir ta’ speci awtoktoni li jinkludu fost oħrajn;
§ il-gendus Malti,
§ it-tiġieġa Maltija,
§ il-mogħza Maltija.
It-tkattir ta dawn l-animali ġewwa dan iċ-ċentru qed tirriżulta f’ żieda fin-numru ta’ dawn l-animali u tjur b’hekk tkun assigurata li dawn l-animali ma jiġux estinti.
Tajjeb li nsemmi li tingħata assistenza lil studenti kemm lokali u barranin fir-riċerka tagħhom dwar is-settur agrikolu.
Għaddej il-proċess biex fil-ġimgħat li ġejjin ikun maħtur Kumitat ta’ Riċerka Agrikola li jkun inkarigat li jħejji u jimplimenta pjan għal riċerka li tkun xjentifikament aktar rigoruża.
Tal-Kmand — Ċentru tal-Mikroprobazzjoni - esperimenti fuq xtieli u pjanti
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi pjanti/xtieli li fuqhom qed isiru esperimenti għat-tkabbir fiċ-ċentru tal-Mikroprobazzjoni f'Tal-Kmand?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34091, ninfurmah li x-xogħol imsemmi fl-istess tweġiba għadu għaddej.
Lukandi li qed jitolbu għal estensjoni fil-binja tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm lukandi eżistenti li qed jitolbu li jingħataw estensjoni fil-binja tagħhom? Fejn jinsabu l-istess lukandi?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Billi jidher li filwaqt li n-numru globali ta' turisti li ġew Malta din is-sena hu wieħed record, s'issa, iżda fl-istess ħin jidher li hemm pajjiżi li minnhom kien hemm tnaqqis f'dawk li huma wasliet f'Malta, jista' l-Ministru jindika x'raġuni possibli għal dan it-tnaqqis? Jista' l-MInistru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu hux qed tipprepara xi programm partikulari ta' marketing f'dawn id-destinazzjonijiet?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ntużaw is-servizzi ta' interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f'attivitajiet organizzati mill-istess Ministeru jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru f'dawn l-aħħar sitt xhur? Tista' tindika l-attività x'kienet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dawn l-aħħar sitt xhur ma ntużawx is-servizzi ta’ interpreti għall-persuni neqsin mis-smigħ f’attivitajiet organizzati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xoghol jew xi dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħtu peress li ma kienx hemm ħtieġa għal dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal it-tender tal-electric vehicles? Kemm kien hemm bidders? Saret l-aggudikazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi għas-sejħa għall-offerti b’referenza CT3003/2012 kien hemm offerta waħda għal Lot 1, offerta waħda għal Lot 2, u żewġ offerti għal Lot 3. Bħalissa għaddejja l-evalwazzjoni ta’ l-offerti li ntefgħu.
B'referenza għas-Sliema Ferries Car Park, jista' l-Ministru jagħti dettalji sħaħ tal-proċess tat-tenders involuti? Min u liema ditti ssottomettew tenders s’issa jekk saret is-sejħa? Is-sejħa meta saret jekk saret? Jikkonferma li l-proġett se jkun xi 1/2 metri 'l fuq mill-ground level? Dan se jwassal biex il-MEPA CPS Funds se jiġu utilizzati kważi kollha? Jikkonferma jekk huwiex il-Ministeru tiegħu waħdu jew flimkien ma' xi Ministeru ieħor li sejrin tieħdu ħsieb il-finanzjament ta’ dan il-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37320 partikolarment dwar il-proċess ta’ sejħiet li saru sa llum rigward dan il-proċess, ninfurmaħ li għal din is-sejħa għal “Expression of Interest” li nħarġet fil-11 ta’ Ottubru 2011kien hemm żewġ ditti li tefġħu l-offerta tagħhom. Fil-futur qarib mistennija li jinħarġu tenders inkonnessjoni ma’ rilokazzjoni tas-servizzi tad-drenaġġ u l-ewwel tender għat-taħmil tas-sit u xogħol ta’ inġinerija ċivili marbut mal-bini tal-carpark.
Skont il-pjanti sottomessi lill-MEPA u sussegwentement approvati, huwa mistenni li bejn wieħed u ieħor is-saqaf tal-
carpark
ikun xi nofs metru l-fuq mill-livell tal-triq eżistenti.
Għal talba li saret lill-MEPA biex l-MEPA talloka s-CPPS Funds għal dan il-proġett, din it-talba ġiet milqugħa mill-istess MEPA u b’hekk il-proġett se jkun kofinanzjat kemm bil-fondi tas-CPPS kif ukoll mill-voti kapitali għall-proġetti allokati lil dan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37071 u jgħid meta bdew in-negozjati ma' St. Philips Hospital li eventwalment wasslu għal ftehim propost? Jista' jagħti t-time lines tal-istadji kollha tan-negozjati u minn min saru min naħa tal-gvern? Meta ddaħħlu fl-istorja kollha l-Foundation for Medical Services? Min rrapreżenta lill-fondazzjoni fl-istadji varji tan-negozjati u dan ix-xogħol ġie farmed out lil terzi? Jekk iva, lil min? Jikkonferma rapporti li n-negozjati bdew madwar sitt xhur wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2008? X’kienu l-alternattivi li ġew ikkunsidrati? Minn min saru dawn l-istudji dwar siti jew premises alternattivi? Jista' jippublika il-minuti u d-dokumenti kollha marbutin ma' dawn in-negozjati inklużi minuti tal-laqgħat kollha li saru? Liema kienu l-auditing firms allegatament involuti fin-negozjati f’isem il-gvern u anki s-sidien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jintervjeni u joffri għajnuna meħtieġa sabiex jitnaddaf ir-reservoir li hemm fil-Wied tal-Imsida billi jingħad li l-kunsill lokali m'għandux flus biżżejjed biex jagħmel dan waħdu? Huwa minnu li talba simili ilha pendenti xi sentejn? Jista' jara li jitnaddaf peress li t-tfal ikun hemm fil-qrib ikunu aktar fil-possibilità ta' xi infezzjoni u billi hu mifhum li r-residenti fl-inħawi qed jilmentaw ukoll li l-post spiċċa f'breeding ground tan-nemus tal-Asian Tiger?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li diġa saru attentati mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u Servizzi fi ħdan dan il-Ministeru flimkien mall-Water Services Corporation u b’kordinament mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali biex tittieħed azzjoni. Filfatt diġà f’ aktar minn okkażżjoni waħda ntefa chlorline fl-ilma ta’ dan il-ġibjun. Din l-azzjoni ħalliet effett pożittiv iżda ma eliminatx għal kollox din il-problema.
Għaldaqstant l-entitajiet li semmejt qiegħdin jikkoordinaw bejniethom biex tinstab soluzzjoni ulterjuri biex tiġi eliminata l-inkonvenjenza lill-pubbliku.