Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta — tnaqqis ta' slots fir-rotot

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37845 u cioè: B’referenza għall-Commission Decision on the State Aid No SA.33015 which Malta is planning to implement for Air Malta plc datata 27 ta' Ġunju 2012 C(2012) 4198 Final, u speċifikatament b’referenza għall-klawsola 17 tal-istess deċiżjoni li tipprovdi li by 2013, slots pairs will be surrendered at coordinated airports such as London-Gatwick, Manchester, Amsterdam, Frankfurt, Geneva, Catania, Stuttgart, London-Heathrow and Munich. Through the withdrawal or reduced frequency other airlines will be able to benefit from potentially increasing their load factors and/or yields, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux previst, in vista ta’ dak li qed jingħad f’din il-klawsola, jekk l-Air Malta se tiġix kostretta ċċedi u/jew tnaqqas xi slots fuq xi rotot li bħalissa qiegħda topera?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Lukandi u ristoranti — rendikont lill-Enemalta u l-WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37853 u jagħti rendikont ta' kemm ħallsu l-lukandi u ristoranti f'Malta u f'Għawdex f'kirjiet u konsum tad-dawl u ilma lill-Korporazzjoni Enemalta / Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u ARMS Ltd għas-snin bejn l-2003 u Lulju 2012 sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Applikazzjoni għall-blue sticker

Question

Jista' l-Ministru jara li talba għall-blue sticker tal-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tiġi milqugħa bla aktar telf ta' żmien? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Appell tal-individwu kkoncernat ser jinstema' nhar is-7 ta' Dicembru, 2012 mill-Bord tal-Appell tal-Blue Badge, gewwa l-Kwartieri Generali tal-Pulizija. L-individwu jkun jista' jattendi sabiex jaghmel il-kaz tieghu quddiem il-membri tal-Bord imsemmi.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — pendenzi fil-pagamenti għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #38088 Sitting 523 2012-11-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — pendenzi fil-pagamenti ta' xogħlijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifri tal-flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. Jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b'riżultat ta' tenders u direct orders approvati uffiċjalment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandu pendenti l-pagament ta’ €3,249 għal xogħolijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ direct order.

MRA — konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tankijiet tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37880, 37616, 37125 u 36604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37882, 37619, 37382, 36680, 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Triq il-Kbira - traffic hump għolja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37871 u jivverfika jekk it-traffic hump li hemm fit-Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ viċin ta' Triq il-Ħlewwa hijiex aktar għolja mid-daqs speċifikat u ħafna vetturi baxxi jispiċċaw iħħokku l-qiegħ magħha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali ta' Transport Malta, irriżulta li din ir-Road Hump li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant, fi Triq il-Kbira, ma' ġietx approvata minn Transport Malta. Infurmat ukoll, li Transport Malta ħarġet notifika ta' nfurzar lill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ f'dan ir-rigward.

Skola Sir Mikelanġ Refalo — suġġet tal-accounts

Question

Peress li l-istudenti tal-ewwel sena tal-accounts fl-iskola Sir Mikelanġ Refalo f'Għawdex ilmentaw mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni appuntu minħabba l-mod ta' kif qed jiġi mgħallem is-suġġett u peress li għad ma ngħatat l-ebda tweġiba lil dawn il-ġenituri, tista' l-Ministru tara li d-dipartiment iwieġeb lil dawn il-ġenituri?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorati Edukattivi qed jinvestigaw dan il-każ. Minkejja l-fatt li l-allegazzjonijiet huma verbali u din tagħmilha aktar diffiċli biex titmexxa l-investigazzjoni, id-Direttorati xorta qed jieħdu l-passi neċessarji biex din is-sitwazzjoni tkun indirizzata.
Leg 11 PQ #38112 Sitting 523 2012-11-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuni mas-settur pubbliku — teleworking

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mas-settur pubbliku li għamlu teleworking minn mindu ġiet introdotta din is-sistema? Jista' jgħid kemm-il perjodu ta' teleworking għamel kull impjegat, il-grad ta' kull impjegat u f'liema uffiċċju u/jew dipartiment governattiv qegħdin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Statistiċi dwar impjegati fuq teleworking fis-Servizz Pubbliku għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 jinsabu fil-websajt tal-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO) fuq http://www.mpo.gov.mt/info_downloads.html f’rapporti dettaljati dwar Family Friendly Measures. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ dawn ir-rapporti. Dwar impjegati li qegħdin fuq teleworking din is-sena, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru t’ impjegati, il-grad u f’liema dipartimenti jew ministeri qegħdin jaħdmu. Biex tkun tista’ tingħata risposta dettaljata dwar kemm-il perjodu ta' teleworking għamel kull impjegat, kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, jeħtieġ ammont konsiderevoli ta' ħin u riżorsi. Fl-assenza ta' raġuni valida għalfejn l-Onorevoli Interpellant tixtieq tingħata din l-informazzjoni, ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok, jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv għal ġid ta' pajjiżna.

Sliema Bus Interchange — postijiet għall-kiosks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif fil-pjanta tas-Sliema Bus Interchange ġew inkorporat x'post għal żewġ kiosks meta l-istess kiosks huma illegali u saħansitra ġew rifjutati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Street lights fit-toroq ta' Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37812 u 37584 u jinforma l-Kamra kemm huwa n-numru ta' street lights ġewwa t-toroq ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm hu l-konsum ta' elettriku? Kemm tiswa l-maintenance ta' dawn il-bozoz? Kemm jinbidlu bħala medja kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Xatt tal-Isla — Pjanti tax-xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet li se jsiru fix-Xatt tal-Isla, kif ukoll it-time frames meta se jitlestew ix-xogħlijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċentru ta' Bormla — xogħlijiet weqfien

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet fiċ-Ċentru ta' Bormla? Jista' jgħid għaliex ix-xogħlijiet ilhom weqfien numru ta' ġimgħat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fiċ-Ċentru ta' Bormla ser jitkomplew fil bidu ta’ Jannar 2013. Dawn ix-xogħlijiet kienu weqfin minħabba li numru ta' tenders ġodda kienu qegħdin jiġu ppubblikati u evalwati wara li l-kuntrattur prinċipali li kien qed jieħu ħsieb dawn ix-xogħlijiet ġie mwaqqaf minħabba 'contractual default’. Wara sejħa għall-offerti, l-kuntrattur għax-xogħlijiet ta’ pavimentar fi Pjazza Paolino Vassallo ġie magħżul. Biex dawn ix-xogħlijiet ma' jkollhomx impatt ħażin fuq il-festa tat-8 ta’ Diċembru u tal-Milied, ġie deċiż li x-xogħol jibda f’Jannar 2013.

Xogħlijiet fuq bejt komuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ikunx hemm żieda fil-kera, jekk isir xi xogħol fuq bejt komuni ta' numru ta' appartamenti tal-gvern? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif tiġi kkalkulata din iż-żieda b'rabta max-xogħlijiet?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li zieda fil-kera tigi applikata biss meta jisru xoghlijiet fl-istruttura fir-residenza tal-kerrej.

Età tal-irtirar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li twieldet fis-sena 1952 tistax tirtira bil-pensjoni fl-età ta' 61 sena?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li jien infurmat li persuna li twieldet fis-sena 1952 li tilħaq l-eta’ tal-pensjoni fl-eta’ ta’ 62 sena għandha l-għażla li tirtira bil-pensjoni fl-eta’ ta’ 61 sena jekk kemm il-darba l-persuna kkonċernata jkollha akkumulazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali ta’ mhux inqas minn 35 sena u kif ukoll jekk tieqaf mix-xogħol tagħha.

Diabete — labar tal-insulina

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kemm-il labra tal-insulina huma intitolati kull xahar dawk li jbatu bid-diabete?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li dawk il-pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete, u li wara r-Riforma tal-Immaniġġjar tad-Dijabete mnehdija mill-Gvern f'Marzu li għadda ddeċidew li jkollhom kartuna safra, minflok kartuna roża, huma intitolati għal żieda u għalhekk issa għandhom tletin (30) siringa fix-xahar.

labar għall-persuni li huma dipendenti fuq id-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal kemm-il labra huma intitolati kull xahar dawk il-persuni dipendenti fuq id-droga?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuni li huma dipendenti mid-droga huma intitolati għal siringi skont il-ħtieġa.