Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna biex tidher quddiem il-bord mediku?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tnaqqsilha d-dħul tagħha mis-servizzi soċjali u anki m'għadhiex tieħu xi benefiċċji soċjali oħra?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex madwar 30 persuna carer li għamlu kors ta' Mental Health fit-Training Centre bejn Frar u Marzu 2011 b'suċċess kienu mwiegħda xogħol fil-komunità fejn wara li sar l-interview u ġew aċċettati qalulhom li se joffrulhom kuntratt, imma wara rriżulta li ma kien minnu xejn? Jista' jikkonferma għaliex ma daħlux dawn il-persuni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' talbiet pendenti għall-adozzjoni mal-Aġenzija Appogg sa Diċembru 2011? Kemm jiġu addottati tfal kull sena? Minn liema pajjiżi? Kemm tiġi tiswa lill-familja kull adozzjoni u x'tip ta' għajnuna tingħata kull familja?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet pendenti għall-adozzjoni mal-Agenzija Appoġġ sa Dicembru 2011 huwa ta’ 34 koppja u 5 individwi. L-imsemmija kienu qed jistennew li jiġu msejħa għall-kors ta’ tħejjija biex ikun jista’ jitkompla l-proċess tal-adozzjoni. Il-ħlas dovut għall-adozzjoni jiġi mħallas lill-pajjiż minn fejn it-tfal ikunu addottati. L-arrangamenti ta’ ħlas isiru bejn il-familja li tkun se taddotta u l-pajjiz minn fejn se jaddottaw direttament. Is-servizzi kollha li tipprovdi l-Agenzija Appogg, bħal applikazzjonijiet għall-adozzjoni, korsijiet, dokumenti meħtieġa għall-applikazzjonijiet, visas, home study reports, u rapporti ohra li jsiru wara l-addozzjoni huma kollha bla ħlas. Bi tweġiba għal kemm jiġu addottati tfal kull sena u minn liema pajjiż l-informazzjoni tidher fit-tabelli hawn taħt:
Year 2008
COUNTRY OF BIRTH
MALE
FEMALE
TOTAL
Albania
1
0
1
Bulgaria
0
2
2
Cambodia
3
0
3
Ethiopia
4
5
9
Kazakhstan
0
1
1
Malta
1
1
2
Pakistan
1
2
3
Philippines
1
0
1
Russian Federation
15
12
27
Grand Total
26
23
49*
Year 2009
COUNTRY OF BIRTH
MALE
FEMALE
TOTAL
Albania
0
1
1
Cambodia
0
1
1
Ethiopia
3
2
5
Malta
4
2
6
Pakistan
1
1
2
Russian Federation
14
11
25
Grand Total
22
18
40*
Year 2010
COUNTRY OF BIRTH
MALE
FEMALE
TOTAL
Cambodia
5
2
7
Ethiopia
2
3
5
Malta
5
4
9
Russian Federation
5
5
10
Grand Total
17
14
31*
Year 2011
COUNTRY OF BIRTH
MALE
FEMALE
TOTAL
Albania
1
0
1
Bulgaria
0
1
1
Cambodia
7
4
11
Colombia
0
2
2
Ethiopia
5
3
8
Malta
3
0
3
Russian Federation
11
18
29
Grand Total
27
28
55*
*Amounts include both Original decree and Malta decree
B'referenza għall-misotqsija parlamentari 30997, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-applikazzjonijiet huma insolidu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi d-dipartiment m’għandux il-mezzi meħtiega sabiex jiddentifika jekk l-applikazzjonijiet taħt l-Iskema ALS jaqgħux fuq kirjiet li huma “in solidum” jew le. Għalhekk sabiex wieħed jiddentifika dan, ikun mehtieġ illi tiġi pproċessata l-applikazzjoni nnifisha.
Għaldaqstant, id-Dipartiment ħa kampjuni ta’ Kirjiet Agrikoli fil-lokalitajiet tan-Nadur u x-Xewkija f’Għawdex, u s-Siġġiewi u l-Imġarr f’Malta. Wara l-istħarriġ f’dawn il-lokalitajiet jirriżulta illi l-medja hija ta’ 66% fil-mija tal-kirjiet agrikoli huma “in solidum”.
Hawn taħt qiegħda tingħata statistika għall-informazzjoni tal-Kamra rigward l-applikazzjonijiet illi daħlu taħt l-iskema ALS f’dawn il-lokalitajiet imsemmija hawn fuq:
Lokalità
Nru. t’Applikazzjonijiet li daħlu taħt l-Iskema ALS
Nadur (Għawdex)
411
Xewkija (Għawdex)
416
Siġġiewi
550
Mġarr (Malta)
684
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31044 u 30642 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa globali fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31043 u cioè:B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30643, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jużaw dawn il-mobiles?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li jużaw il-mobiles huma dawk li n-natura tax-xogħol tagħhom titlob li jattendu għal xogħol barra mill-uffiċċju u/jew ikun meħtieġ li jkunu kkontatjati f’ħinijiet barra minn dawk uffiċjali, ninformah ukoll li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni dwar il-karigi li fil-perjodu msemmi kellhom l-użu ta’ mobiles imsemmija f’mistoqsija parlamentari 30643.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi il-lista mehmuza tinkludi kemm dawk li llum m’għadhomx impjegati mal-Ministeru kif ukoll dawk kollha li daħlu minflokom.
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 31435 u cioè:Jista' jghid ukoll kemm kien hemm persuni li siefru club class matul is-sena 2010 u s-sena 2011 separatament, għal kull ministeru u d-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħthom?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Gvern mal-entitajiet/korporazzjonijiet/ istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-kontroll tal-Gvern? Kemm naqsu nies minn mal-Gvern u mill-entitajiet governattivi sena b'sena mill-2000 sa 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux possibli li l-proċedura użata fil-Qrati tagħna f'dak li jikkonċerna l-proċessi ta' sekwestru tiġi rranġata biex qabel ma talbiet ta' sekwestru jiġu aċċettati, jiġi verifikat li min ikun se jsir mandat ta' sekwestru kontra tiegħu, ikun il-persuna li verament għandha tagħti lil dak, li jitlob li jsir is-sekwestru?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
B’referenza ghad-domanda tal-Onor. Membru jigi rilevat li hija l-Qorti li tiddecidi dwar t-talbiet ghal hrug ta’ sekwestru u xi kriterji jintuzaw biex jigu milqugha jew le. F’dan ir-rigward issir referenza ghal risposta li nghatat wara l-mistoqsija parlamentari numru 28985 li kopja taghha qed tigi hawn taht riprodotta.
B’referenza ghad-domanda tal-Onor. Membru jigi ritenut li l-amministrazzjoni tal-Qorti ma tidholx fil-mertu ta’ kif jigi assigurat li ma jiġux milqugħa talbiet ta' sekwestru fuq persuni li lanqas biss ikollhom x'jaqsmu mal-każ, din hija preoragittva tal-Qorti. Huwa dover u responsabilta’ tal-persuna li titlob il-hrug ta’ tali mandat li tassigura li l-informazzjoni li taghti tkun konformi ma dak prevista fl-art 376 tal-Kap 12. Inoltre, jekk jintalab il-hrug ta’ mandat fil-konfront ta’ persuna zbaljata, din tal-ahhar dejjem tista’ tirrikori ghal Qorti ghar-remdji skont il-ligi.
Rigward il-verifika ta’ mandati ta’ sekwestru, jekk tali mandat ikun wiehed ezekuttiv, id-dettalji jigu kollazzjonati u verifikati mas-sentenza.
Jekk il-mandat ta’ sekwestru jkun wiehed kawtelatorju, sta ghall-avukat li jipprezenta l-att li jipprovdi id-dettalji ezatti mal-prezentata.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31395, jista' l-Ministru jgħid minbarra zebra crossings bil-pelican lights, kemm hemm zebra crossings li għandhom belisha lights? Fejn jinsabu dawn il-crossings li m'għandhomx pelican lights, iżda li għandhom belisha lights? Kemm hemm zebra crossings li la għandhom pelican lights u lanqas belisha lights?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba imma limitata għal dawk it-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta.
(Ara PL 9220 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 447 nhar it-Tnejn 20 ta’ Frar 2012)
Għawdex — Nadur - Triq il-Qortin - sistema tad-drenaġġ
Question
Peress li r-residenti ta' Triq Qortin fin-Nadur qed jilmentaw għax għadhom bil-fosos tad-drenaġġ u mhux ikkumnikati mas-sistema tad-drenaġġ u peress li fis-sena 2012 din hija sitwazzjoni inaċċettabbli, jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għal dan u jara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat minnufih?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sistema biex ir-residenti fi Triq il-Qortin fin-Nadur jiġu kkumnikati mas-sistema tad-drenaġġ hija fil-pjanijiet għall-ħidma tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Sakemm isir ix-xogħol neċessarju, il-fosos ta’ din it-triq qed jitbattlu mill-korporazzjoni mingħajr ħlas.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31160, 30944 u 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31153 u 30945 u jgħid x'riċerka saret biex isir użu ta' hazard waste li jkun qed jirriżulta mill-power station il-ġdida? Jekk fl-affermattiv, min ikkummissjona din ir-riċerka u kemm swiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Xemxija — spezzjoni fuq siġar li jistgħu jieħdu n-nar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31456 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru għandux xi dipartiment li hu responsabbli mill-ħarsien tas-siġar? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawk responsabbli qattx għamlu spezzjonijiet fil-masġar taż-żebbuġ fix-Xemxija, peress dan il-post (li hu fil-parti l-kbira tiegħu mogħti lill-Bird life) jinsab f'riskju li jieħu n-nar (naturalment fix-xhur tas-sajf)?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-ħarsien ta' siġar protetti huwa r-responsabilità tad-Direttorat tal-Ambjent fil-MEPA. Normalment, is-siġar jieħdu n-nar minħabba xi att vandalu, bħal per eżempju meta xi persuna tqabbad jew tipprova tqabbad xi nar qrib xi siġra. Il-MEPA ssegwi l-ilmenti jew rapporti oħra li jaslulha relatati mas-siġar u jsiru l-ispezzjonijiet li jkunu neċessarji. Barra minn hekk, hemm arranġament għall-immaniġġjar (Management Agreement) tas-sit fix-Xemxija, bejn BirdLife Malta, il-Ministeru u l-MEPA, bil-għan li ma ssirx ħsara fis-sit inġenerali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31457 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kienx mitlub mill-Awtorità ta' Malta dwat l-Ambjent u l-Ippjanar jagħmel xi kummenti dwar x'tip ta' protezzjoni għandha tingħata l-bajja tax-Xemxija, u b'mod partikolari l-parti fejn is-sajjieda jorbtu d-dgħajjes tagħhom (ħdejn il-Veccia)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba mill-MEPA kif indikat mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31430 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex titneħħa karozza li ilha abbandunata u pparkjata quddiem Ideal Flats, Sir Ugo Mifsud Street, Gżira?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-karozza li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant tneħħiet.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha qed tistenna li tissejjaħ għall-operazzjoni tal-kataretti, minkejja li ilha ħames snin fuq il-waiting list u sentjen fuq il-lista ta' urġenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-konsulent inkarigat ħa jara l-pazjenta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, fl-ewwel ġimgħa ta’ Frar. Wara din l-vista, deċizjoni ħa tittieħed biex il-pazjenta tiġi operata jekk jinsab li l-każ taġħha huwa wieħed urġenti.
Il-pazjenta ġiet infurmata dwar dan.
Sptar Monte Carmeli — ħaddiema li mhux impjegat full-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-problema li minħabba fiha l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma ġiet impjegata full-time minkejja li ilha tagħmel xogħol ta' operator fl-Isptar Monte Carmeli għal dawn l-aħħar 12-il sena u minkejja li għamlet dan ix-xogħol b'għaqal minkejja d-diżabilità tagħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, tagħmel xogħol fi skema mfassla apposta. F’din l-iskema persuni jagħmlu numru ta’ siegħat ta’ xogħol b’għan terapewtiku.