Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — vetturi ta' ċittadini tal-Unjoni Ewopea li jiddeċiedu li jgħixu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li, għad li Transport Malta hija għal kurrent tal-fatt li l-informazzjoni li qiegħda tiġi mogħtija lil dawk iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jiddeċiedu li jiġu jgħixu Malta u jġibu l-vettura tagħhom magħhom, hija skorretta u qiegħda tkun ta' preġudizzju għal dawn in-nies, xorta waħda qiegħda tibqa inadempjenti? Jista' jara li f'każijiet simili, dawn in-nies ma jiġux imġgħela jerġgħu joħorġu l-vettura barra minn Malta u jerġgħu jidħlu biha iżda jingħataw l-opportunità li l-vettura tibqa hawn u jirrettifikaw id-dokumentazzjoni tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta timxi mad-diżpożizzjonijiet tal-liġi, "l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur (Kap. 368) u r-Regoli dwar Eżenzjoni mit-Taxxa ta’ Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur (L.S. 368.01)."

Street lights fit-toroq ta' Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38653, 38425, 38117, 37812 u 37584 u jinforma l-Kamra kemm huwa n-numru ta' street lights ġewwa t-toroq ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm hu l-konsum ta' elettriku? Kemm tiswa l-maintenance ta' dawn il-bozoz? Kemm jinbidlu bħala medja kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ street lights ġewwa t-toroq ta’ Malta huwa ta’ 33,506 filwaqt li ta’ Għawdex huwa ta’ 6,167. Minn dawn li street lights hemm 18,474 f’Malta u 2,587 f’Għawdex li huma responsabbli għalihom il-Kunsilli Lokali. Il-konsum ta’ l- elettriku jammonta għal madwar 29,682,722 KWh fis-sena. Il- maintenance ta’ dawk id-dwal li għalihom hija responsabbli il-Korporazzjoni Enemalta tiswa € 275,500 fis-sena. Matul kull sena ikun hemm bżonn manutenzjoni fuq madwar 6,256 street lighting , dawn jinkludu madwar 3,336 bdil ta’ lampi, bdil jew manutenzjoni ta’ lanterni, choke u igniter jew manutenzjoni fuq il-linji.

Price index għall-konsumaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx linji gwidi f'forma ta' price index bħal fil-każ tar-Renju Unit, li bihom konsumaturi ta' servizzi fi djarhom ikollhom ħjiel ta' kemm huma dovuti jħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #38772 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn, kemm ġew ingaġġati nies ġodda fid-dekasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #38773 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn, kemm ġew ingaġġati nies ġodda fid-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill Onorevoli Membru illi matul, dawn l-aħħar sentejn u cioe' bejn 1 ta' Jannar 2011 u it-30 ta' Novembru 2012 f'Malta ġew ingaġġati tletin (30) ħaddiema mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Fl-istess żmien, spiċċaw mis-servizz pubbliku 31 impjegat.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn, kemm ġew ingaġġati nies ġodda fid-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn, kemm ġew ingaġġati nies ġodda fid-dekasteru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Informazzjoni għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar sentejn, kemm ġew ingaġġati nies ġodda fid-dekasteru tiegħu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Kunċett ta' Mandat in procinctu fil-liġi ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta daħal il-kunċett ta' mandat in procinctu fil-liġijiet tagħna u jgħid sena b'sena kemm-il mandat in procinctu ġie intavolat minn mindu dan daħal fil-liġijiet tagħna sal-lum?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kunċett ta’ mandat in procinctu ġie introdott fil-liġi Maltija permezz ta’ Att XIV ta’ l-2006 pero d-disposizzjoni relattiva daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar, 2009 skont l-A.L. 342 tal-2008. Minn meta daħal fis-seħħ kien hemm is-segwenti mandati in procinctu: 2009 – 5 2010 – 3 2011 – 1 2012 – s’issa 1. Qrati ta’ Ghawdex Sal-lum, fil-Qorti ta’ Ghawdex, gew prezentati erba’ (4) mandati in procinctu, u cioè wiehed fis-sena 2010 u tlieta din is-sena. Mit-tlieta li gew prezentati din is-sena, tnejn minnhom huma tal-istess nies u jittrattaw l-istess materja.

aċċess ta' garaxx minn trejqa

Question

B'referenza tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38492 mogħtija mill-Ministeru għall-Infrasturttura, Trasport u Komunikazzjoni u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37796, jista' l-Ministru jara li jsir dak kollu meħtieġ mill-gvern qua sid biex il-kerrej tal-garaxx proprjetà tal-gvern ikun jista' realment jagħmel użu mill-istess garaxx?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #38788 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Burmarrad — Triq Ġwanni Pawlu II - tender

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ħareġ tender/kwotazzjoni għal xoghħl fi Triq Ġwanni Pawlu II, f'Burmarrad? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħol rikjest fil-fatt sarx, u min għamel l-istess xogħol wara li ġie allokat it-tender?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li f’Novembru 2012 kien qabel li jingħata x-xogħol għall-valur massimu ta’ €5,000 li jinkludi tqattiegħ ta’ blat u konkos temporanju kif kien suġġerit mill-perit tal-Kunsill. Jirriżulta iżda li peress li t-tqattiegħ tal-blat kien qabeż sewwa l-ammont deċiż mill-Kunsill (i.e. sa massimu ta’ €5,000), ix-xogħol kellu jieqaf. Għaldaqstant ser tinħareġ sejħa ġdida għall-kwotazzjonijiet, wara li tkun approvata mill-Kunsill.
Leg 11 PQ #38789 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

sportivi li bbenefikaw minn skema

Question

Tista' l-Mnistru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' sportivi li qed jibbenefikaw mill-iskema ta' 20/20 introdotta fil-budget tas-sena l-oħra? Kemm minn dawn l-isportivi jaħdmu mal-gvern jew korporazzjonijiet tiegħu u kemm jaħdmu mal-privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ sportivi li jaħdmu mal-Gvern u li qed jibbenefikaw mill-iskema 20/20 jammontaw għal tmienja, filwaqt li dawk li jaħdmu mal-privat jammontaw għal disgħa.

readings tal-emissjonijiet tal-antenni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport bir-readings tal-emissjonijiet tal-antenni ta' telekomunikazzjoni kollha u l-masts kollha li hemm f'kull lokalità f'Għawdex u jagħti l-informazzjoni skont l-operatur konċernat?

Response (GATT, AUSTIN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra rapport bir-readings tal-emissjonijiet li saru minn Għawdex matul din is-sena. Minbarra il-livell massimu kif ukoll il-livell permissibli mil-liġi, ir-rapport juri wkoll d-data u l-post minn fejn tkejlu l-emissjonijiet, flimkien mal-frekwenza u t-tip ta' servizz offrut, skont l-operatur konċernat. Ta' min jippreċiża li l-livell massimu muri fir-rapport, mhuwiex il-livell li attwalment inqara, iżda dak il-livell li xi darba jista jintlaħaq taħt ċirkostanzi straordinarji. Il-livell li attwalment inqara huwa dejjem inqas mil-livell massimu muri fir-rapport.

Marfa Action Plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern fuq il-kmamar tal-Armier li nbnew qabel l-1992? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni fuq il-Marfa Action Plan li kien inħareġ fl-2002 mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qiegħed jirrevedi l-Pjan ta' Azzjoni għall-Marfa li kien ħareġ fl-2002 bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aħħarija li tirrispetta l-ambjent imma li fl-istess ħin, fl-ispirtu tal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli, tagħti każ ukoll l-aspett soċjali.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — remunerazzjonijiet ta' chairpersons

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32890 u jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mill-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Birżebbuġia — enforcement notice

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-enforcement notice li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, wara 11-il sena għadha ma ġietx infurzata? Jaf li din l-scrap yard għadha topera b'detriment kbir għall-ambjent u għas-saħħa tar-residenti tal-inħawi?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit huwa kolpit b'avviż ta' Twettiq u Infurzar ECF 68/00 li jgħid 'Biddilt l-użu tal-art minn għalqa għal scrapyard fejn qiegħed ukoll tipparkja trakkijiet u vetturi oħra u dan kollu minghajr permess' . Fil-preżent dan is-sit qed jiġi mnaddaf mis-sid hekk kif huwa obligat jagħmel skond l-ordni msemmija wara li riċentement reġa' gie ordnat biex jagħmel dan mill-uffiċjali tad-Direttorat tal-Infurzar u wara li kiseb il-permessi meħtieġa biex jiddisponi minn dan l-iskart. L-istess Direttorat qiegħed ukoll iwettaq spezzjonijiet regolari f'din il-fażi ta' tindif biex jiġi assigurat li l-ordni skond ECF 68/00 tiġi sorveljata kollha. Barra minn hekk, dokumenti li jikkonfermaw l-esportazzjoni ta’ materjal riċiklabbli qed ikunu provduti mis-sid bħala prova addizjonali li qed iwettaq it-tindif ordnat.

waste electrical and electronic equipment — direttiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-gvern milli tiġi implimentata l-WEEE Directive dwar waste electrical and electronic equipment minkejja li t-trażpozizzjoni fil-liġi Maltija kienet saret permezz ta' avviż legali ħames snin ilu?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttiva tal-Waste Electronic and Electrical Equipment (WEEE) ġiet tradotta permezz ta' l-Avviż Legali 63 of 2007 li daħlet fis-seħħ fit-23 ta' Marzu 2007. Il-MEPA ilha għal dawn l-aħħar snin tobbliga l-produtturi kollha tal- Waste Electronic and Electrical Equipment (WEEE) jirreġistraw mal-MEPA, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa u jottempraw ruħhom mal-provedimenti tal-Avviż Legali imsemmi. Il-MEPA ukoll awtorrizat skemi fir-rigward ta’ l-operat tal- Waste Electronic and Electrical Equipment (WEEE). Sabiex l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva titjieb il-Gvern fassal pjan f’dan ir-rigward. Dan il-pjan inħareġ għall-konsultazzjoni, liema kummenti kienu rikjesti sat-31 ta' Ottubru 2011. Wara dal-perjodu saru xi tibdiliet, u bħalissa qiegħed fl-aħħar fażi li jiġi ppubblikat. Dan il-pjan jinidirizza numru ta' problemi li ġew identifikati u miżuri li għandhom jittieħdu, u jelenka fid-dettal kif se tiġi implementata aħjar din id-Direttiva.

Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' lukandi ġodda? Kemm ilhom pendenti waħda, waħda? Għal liema lokalitajiet jirreferu l-applikazzjonijiet waħda, waħda? X'kategoriji ta' lukandi jirreferu l-applikazzjonijiet waħda, waħda? Hemm xi applikazzjonijiet li jirreferu għal bini ta' lukandi barra żoni ta' żvilupp?

Response (MARCO, MARIO DE)

Infurmat illi bħalissa hemm total ta’ 109 applikazzjonijiet quddiem l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta għall-akkomodazzjoni. Minn dawn 76 huma għal żviluppi ġodda u 33 għall-estenzjonijiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella A bid-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant. Infurmat ukoll illi, fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-bini ta’ lukandi barra żoni ta’ żvilupp, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp għandha 10 applikazzjoni quddiemha liema informazzjoni qed tingħata f’tabella B li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

MEPA — policy tal-flexible approach

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm files fil-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jinsabu pendenti jew sospiżi biex jistenna l-eżitu tal-policy tal-flexible approach li tinsab għall-konsultazzjoni pubblika?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura eżistenti, li tapplika għall-applikazzjonijiet li daħlu wara l-2010, ma tippermettix li jitwaqqaf il-proċess tal- applikazzjonijiet sabiex tistenna t-tnehid tal-policy.