Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata għal xogħlijiet f’Għawdex matul din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid lil min ingħataw dawn il-kuntratti u għal liema xogħlijiet ingħataw? Jista' jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u jpoġġi kopja ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31318.
Jekk il-Ministru stess qed jgħid li ħadd ma jaf kemm qed isiru operazzjonijiet fil-privat għaliex ħadd ma jieħu rekord ta' dan ix-xogħol, allura jista' l-Ministru jgħid kif tista' ssir strateġija nazzjonali u ppjanar ta' x'għandu bżonn li jinvesti fih il-pajjiż, jekk m'hemmx rekord ta' x'tip u kemm qed isiru operazzjonijiet fil-privat? Kif jiġu moniterjati t-trends li jkun għaddej minnhom il-pajjiż?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid xi ppjanar sar u kif jiġu proġettati proġetti għall-poplu tagħna fil-qasam tas-saħħa jekk data importanti bħal kemm isiru operazzjonijiet fil-privat lanqas biss tinġabar u allura mhux qed jiġi moniterjat kemm attwalment qed isiru interventi ta' kull tip u ta' kull xorta fil-pajjiz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30921.
kwalità ta' kura lill-pazjenti li jagħżlu li jmorru fl-isptarijiet privati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi garantit li qed jingħataw kwalità ta' kura l-pazjenti li jagħżlu li jmorru fl-isptarijiet privati u li jkollhom moħħhom mistrieħ li dak li qiegħed isir fuqhom huwa prattiċi aċċettat fid-dinja moderna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Kliniċi u Sptarijiet Privati huma irregolati mill-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 458.23 (Liċenzji Għal Kliniċi Privati). Dawn jiġu spezzjonati minn spettorat multi-dixxiplinarju b’l-iskop illi jissalvagwardja s-Saħħa Pubblika u jaċċerta li l-kwalita` ta’ kura ipprovvduta f’dawn il-kliniċi/sptarijiet hi ta’ livell tajjeb. La darba ikun stabbilit li l-entita konċernata tilħaq il-livell meħtieġ, tinħareġ il-liċenzja.
qasam tas-saħħa fil-privat — flus fuq tobba u interventi mediċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li jintnefqu flus fuq tobba u interventi mediċi fil-qasam tas-saħħa fil-privat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-istima tan-nefqa fuq tobba u interventi mediċi kif kwotat fir-rapporti anwali tan-national accounts maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika fil-qasam tas-saħħa fil-privat huwa dan:
2008
€000
2009
€000
2010
€000
Final Household Consumption Expenditure
69,129
76,624
80,686
Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-ARMS Ltd jindirizzaw il-problema li għandu l-individwu , li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn il-kont tiegħu qed jiġi kkalkulat fuq three phase meta hu għandu single phase?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31159.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30676 u 30274 u cioè: B’referenza għal-line item 0917 taqsima XIV miscellaneous receipts fl-Estimi tal-Budget, jista' l-Ministru jgħid għalxiex inhi attribwita l-qabża ta’ concession fees għal €28 miljun?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30274.
Malta Enterprise — xogħlijiet f' Sptar San Luqa - tenders
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-kuntratturi li għamlu x-xogħol meħtieġ fil-bini tal-Isptar San Luqa biex jakkomoda l-uffiċini tal-Malta Enterprise? Jista' jgħid kemm tħallsu dawn il-kuntratturi? Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet ingħatawx bi ħruġ ta' offerti jew direct order?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30390.
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar l-investiment li approvat il-Malta Enterprise matul l-2011 u 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-2011 il-Malta Enterprise approvat 23 proġett ġdid illi matul it-tliet snin li ġejjin l-investiment tagħhom se jammonta għal €133.2 miljun, filwaqt li se jimpjegaw mas-600 persuna. Minn dawn, 8 proġetti huma investiment barrani u 15 lokali. Il-korporazzjoni approvat ukoll 16-il proġett għal espansjoni li fi tliet snin li ġejjin se jiġġeneraw impjieg għal aktar minn 300 persuna b’investiment ta’ €33.6 miljun. Dawn l-investimenti ġew mis-setturi kollha taħt ir-responsabiltà tal-Malta Enterprise kif ukoll mis-settur tat-turiżmu.
Barra minn hekk il-Malta Enterprise ħarġet 540 ċertifikat ta’ krediti ta’ taxxa lil negozji li jimpjegaw inqas minn 10 persuni li flimkien investew €14-il miljun u ħolqu 211 impjieg ġdid.
Informazzjoni dwar is-sena 2012 tkun disponibbli is-sena d-dieħla.
pazjenti li jitilgħu għall-kura taħt Puttinu Cares — biljetti tal-ajru
Question
Jista’ l-Ministru jiċħad jew jikkonferma rapporti li wasluli li pazjenti li jitilgħu għall-kura taħt Puttinu Cares qabel kien ikollhom il-biljett tal-ajru mħallas kollu, filwaqt li dan l-aħħar jingħad li nbidlet il-policy u kulma qed jingħataw huwa skont fuq il-biljett tal-ajru?
Jekk dan huwa minnu, jista’ jgħid meta nbidlet il-policy u għal liema raġuni? Jekk dan ir-rapport mhuwiex għal kollox korrett, jista’ jgħid x’inhi l-policy attwali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Air Malta hija kumpanija kummerċjali u għaldaqstant informazzjoni fuq il-klijenti tagħha ma tingħatax. Ninsab infurmat ukoll illi Puttinu Cares mhix entità tal-gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm b'kollox allotments fil-Crafts Village f'Ta' Qali? Jista' jgħid kemm minn dawn huma okkupati u kemm minn dawn huma vakanti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi f’Ta’ Qali Crafts Village hemm 46 allotment li minnhom 20 huma okkupati minn operaturi tal-artiġjanat filwaqt li is-26 l-oħra huma vakanti.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal biex bozza no.15 fil-Qajjenza li ilha maqtugħa għal żmien twil, ma titranġax, peress li l-kunsill qed jgħid li l-Korporazzjoni Enemalta mhux taqdi dmirha, filwaqt li r-residenti qed ibatu l-konsegwenzi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-bozza li probabbli qiegħda ssir referenza għaliha hija dik li tinstab f‘Wesgħa Perellos Qajjenza. Il-manutenzjoni meħtiega saret fis-16 ta’ Diċembru 2011.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li saru diversi rapporti dwar kif is-soċjetà Stivala Enterprises aktarx qiegħda taġixxi b'mod illegali fil-provvista ta' elettriċità għad-diversi negozji u appartamenti li hija tippossjedi, l-ebda azzjoni ma ttieħdet? Jista' jgħid x'qed iżomm milli tittieħed din l-azzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara d-domanda tiegħu.
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni vera għaliex il-Ministeru tal-Finanzi għadu m’approvax il-feed-in tariffs fil-qasam tal-enerġija alternattiva? Huwa minnu li minkejja d-diversi talbiet formali li saru lill-gvern minn operaturi u investituri kemm attwali u prospettivi f’dan is settur, ir-raġuni hija waħda purament finanzjarja, billi feed-in tariff fiha nnifisha hija forma ta’ sussidju favur l-użu tal-enerġija alternattiva?
applikazzjonijiet minn ċittadini Maltin u Għawdxin biex iservu fuq boards tal-gvern
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid s’issa kemm daħlu applikazzjonijiet minn ċittadini Maltin u Għawdxin biex iservu fuq boards tal-gvern wara s-sejħa li kienet saret ftit ilu mill-gvern biex persuni interessati li jiġu nominati jersqu ‘l quddiem? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-applikanti flimkien mal-kwalifiki tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s’issa, wara sejħa ta’ interess, daħħlu 242 applikazzjoni minn ċittadini Maltin u Għawdxin biex iservu fuq bordijiet u kumitati tal-Gvern. Lista tal-applikanti flimkien mal-kwalifiki tagħhom ma jkunux disponibbli għall-pubbliku sakemm mal-applikanti ma jinħatrux f’Bord jew Kumitat Governattiv.
tħaddim tal-ispecial purpose vehicle sabiex jiġu finanzjati proġetti kbar
Question
Jista’ l-Ministru jfisser fid-dettal kif se taħdem u titħaddem l-ispecial purpose vehicle li beħsiebu joħloq il-gvern sabiex jiffinanzja proġetti bħall-parlament il-gdid, it-teatru l-ġdid u xi progetti oħrajn, kif ukoll x’sehem se jkollhom il-banek kummerċjali f’dan kollu, kif ukoll possibbilment proġetti kbar eżistenti tal-privat li għad għandhom djun pendenti x’jagħtu lill-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Pulizija duty f’fixed points — ilqugħ għall-kesħa u l-maltemp
Question
Jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu passi immedjati biex dawk il-Pulizija li jkunu duty f’fixed points, bħal ngħidu aħna qrib ċerti ambaxxati, jkollhom bieba għall-gardjola li tingħalaq bħala ilqugħ għall-kesħa u l-maltemp, kif spiss ikollhom membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, speċjalment billi hemm min ġieli jdum iservi aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa f’postijiet esposti għall-elementi kollha, b’mod partikolari f’jiem ta’ kesħa u maltemp?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġa' kelli l-okkażjoni li ninforma lill-Kamra, il-gardjola qiegħda hemm sabiex il-Pulizija li jkun qed jagħti protezzjoni jew sigurtà, jkollu fejn iqiegħed l-affarijiet personali tiegħu u mhux biex joqgħod fiha huwa matul l-ħin tal-għassa. Dan sabiex jagħti l-aħjar protezzjoni u sigurtà fuq il-post lilu ordnat. Barra minn hekk, il-lum il-ġurnata l-istess protection duty qiegħda tiġi maqsuma b'shifts ta’ 4 sigħat kull għassa.
B’referenza għall-kalendarju kulurit għas-sena 2012 ta’ 16-il paġna, li tqassam mill-Ministru fid-distretti elettorali li jikkontesta taħt it-titlu: PROĠETTI TA’ KWALITÀ GĦALIK li l-biċċa l-kbira huma proġetti maħsuba għad-distretti li huwa jikkontesta, jista' l-Ministru jindika jekk kienx hemm xi fondi pubbliċi, tal-gvern u/jew ta’ xi aġenziji governattivi u/jew parastatali li kienu involuti fl-iffinanzjar tat-tħejjija, stampar u distribuzzjoni tiegħu? Jista' jgħid:
a) Kemm ġew stampati kopji?
b) Kif u minn min tqassmu?
ċ) Fejn tqassmu?
d) Fejn ġew stampati?
e) Għal kemm kien jammonta dan l-iffinanzjar?
f) Jekk fl-affermattiv, minn liema entitajiet ġew finanzjati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru ma ppublika l-ebda kalendarju għas-sena 2012.