Dipartiment tal-Artijiet u Uffiċċju Konġunt — call for tender għas-servizz ta' avukat
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn inħarġet call for tender għas-servizz ta' avukat għad-Dipartiment tal-Artijiet u Uffiċċju Konġunt, meta dan id-dipartiment diġà għandu avukat impjegat direttament u huwa r-rappreżentant legali tal-istess Dipartiment tal-Artijiet? Jista' jagħti dettalji li min ingħata dan it-tender u d-dettalji tal-kuntratt?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn żewġ bozoz li twaħħlu mill-Korporazzjoni Enemalta, fit-triq bejn Triq il-Prinċipessa Marija u Triq Kordin, Raħal Ġdid għadhom mhux qed jinxtegħlu? Jista' jgħid jekk hux possibbli li ssir bozza oħra eżatt fil-kantuniera bejn din it-triq u Triq Kordin (maġenb l-MCAST) minħabba problema ta' dlam u abbużi fl-inħawi matul il-lejl?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret jirriżulta li twaħħlu 4 bozoz u mhux 2 kif indikat fil-mistoqsija. L-applikazzjonijiet li saru riċenti biex dawn il-bozoz jiġu mqabbda mas-sistema tal-elettriku, qegħdin jiġu pproċessati.
In vista tal-proġett li l-gvern ħabbar kontra l-għargħar f'diversi inħawi ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid b'liema mod dan il-proġett se jolqot lil Ħal Qormi? Jista' jgħid jekk il-pont fi Triq il-Wied, Ħal Qormi li kien jintuża biex fix-xita n-nies jaqsmu l-wied minn fuqu, iżda wara li ġġarraf mill-għargħar tas-sena 2003 tħalla għal riħu bil-konsegwenza li llum jinsab fi stat perikoluż, hux se jkun parti minn dan il-proġett kontra l-għargħar? Jekk huwa parti mill-proġett, x'se jsir, jiġifieri se jerga' jinbena l-pont jew se ssir xi alternattiva oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 26801, 27760, 28743 u 20807.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta, qabel ma bdew jinbnew il-bankini fi Triq il-Mitħna, Ħal Qormi, għamlitx impact assessments fuq:
[a] il-mixja tal-ilma tax-xita f'din it-triq li tilqa' fiha ilma li jkun gej minn Birkirkara, Santa Venera u l-Imrieħel u li jibqa' sejjer għall-wied;
[b] il-fatt li l-bankini jidhru li se jkunu maħruġin 'il barra u għaldaqstant jistgħu jaffettwaw lil dawk li bil-vetturi jkunu ġejjin minn Triq il-Kanun, Ħal Qormi għal ġo Triq il-Mitħna;
[ċ] il-volum u l-konġestjoni tat-traffiku, partikolarment fil-ħinijiet tax-xogħol; u
[d] l-operat tal-ħwienet tax-xogħol li hemm f'din it-triq?
Jekk Transport Malta għamlet dawn l-assessments x'irriżulta? Transport Malta ma' liema dipartimenti u/jew entitatjiet governattivi ikkordinat qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni li jsiru dawn il-bankini kif qed isiru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ħal -Qormi — Triq il-Mitħna u Triq il-Wied - zebra cross fil-bidu ta' juction
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir wara t-talbiet li saru lil Transport Malta biex iż-zebra crossing li hemm fil-bidu tal-junction ta' Triq il-Mitħna u Triq il-Wied f'Ħal Qormi, ma tibqax tippreżenta l-periklu li tippreżenta biex persuni jaqsmu minn fuqha, u dan peress li qiegħda fil-bidu ta' din il-junction u l-vetturi li jduru fuq in-naħa tagħha jsibuha mill-ewwel ma' wiċċhom?
Jista' jara x'jista' jsir peress li din l-istess zebra crossing qed tkun kaġun ukoll li kull meta tagħmel ix-xita jinżamm ħafna ilma u sussegwentement toħloq inkonvenjent għal kulmin jgħaddi bil-mixi minn fuq il-bankini?
Jista' jgħid x'azzjoni se tittieħed biex jiġu megħluba dawn id-diffikultajiet u fl-istess waqt ikun hemm alternattiva xierqa minn fejn jaqsmu n-nies?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta kitbet lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal - Qormi fit-23 t’Awwissu 2011, fejn ġie spjegat dak kollu li għandu jsir.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-dipartiment konċernat biex il-culvert li kien sar biex jinġabar l-ilma tax-xita u għaldaqstant inaqqas l-ilma mit-toroq fi Triq il-Kbira, għal Triq il-Blata, għal Triq il-Wied, f'Ħal Qormi jinżamm nadif mhux biss mill-ħmieġ iżda wkoll minn ġrieden kbar li nfestaw dan il-culvert; liema ġrieden mal-ilma tax-xita jinġarru mgħarrqa għal ġol-wied u wara x-xita jkun hemm ċimiterju ta' ġrieden kbar mejta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall- Mistoqsijiet Parlamentari numru 28292 u 28293, niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li ir-responsabbiltà tat-tindif tal-culverts imsemmija hija tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabar skart separat mil-lokalità ta' Ħ'Attard bejn Awwissu 2011 u Diċembru 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ skart ricikklabli li dahal gewwa l-Impjant ta’ Sant’ Antnin bejn Awwissu u Dicembru 2011 f’isem il-lokalità ta' Ħ’Attard kien dak ta' 58.36 tunnellata.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-mediċini Maalox u Gaviscon għadhomx jingħataw b'xejn lill-pazjenti li huma eligibbli? Jekk kien hemm deċiżjoni li ma jingħatawx, għaliex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ż-żewġ mediċini msemmija jinstabu bl-isem ġeneriku tagħhom fuq il-Formularju tal-Gvern, fejn dawn jistgħu jingħataw kemm fuq il-kartuna s-safra, kif ukoll fuq il-kartuna r-roża.
Dawn il-mediċini jissejħu ‘antacids’, u jintużaw sabiex iserrħu l-pazjent minn sintomi ta’ ħruq ta’ stonku u indiġestjoni. Jingħataw skont rakkomandazzjonijiet riċenti minn aġenziji internazzjonali li ma jirrakomandawx li dawn il-mediċini jintużaw frekwenti u għal tul ta’ żmien.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nies impjegati
Question
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm daħlu nies jaħdmu fil-Ministeru stess u f'kull dipartament, awtorità jew entità oħra taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Novembru 2011 sal-31 ta' Jannar 2012? B'liema permess tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ saru dawn l-impiegi, wara x' interviews saru, u avviżi fil-gazzetti? Jista' jgħid hux qiegħed ikun konformi mal-indikazzjoni ta' 2:1 bħala impjegat fid-dekasteru tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu ndikat kienu ngaġġati ħmistax-il persuna (15) wara sejħa pubblika mill-Public Service Commission, liema sejħa tkun ippublikata fil-Gażżetta tal-Gvern. Fl-stess żmien kienu ngaġġati wkoll 4 persuni f’karigi ta’ fiduċja, liema rekrutaġġ mhuwiex meħtieg li jsir b’sejħa fid-dawl tal-istess natura tiegħu.
Ta’ min jgħid li matul l-istess perjodu 1 ta’ Novembru 2011 u l-31 ta’ Jannar 2012, fid-Dipartimenti ta’ dan id-dekasteru 54 impjegat spiċċaw mill-impjieg tagħhom kemm irtirar kif ukoll għal raġunijiet oħra. Dawn il-figuri jiżbqu l-2:1 li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmat mill-Wasteserv Malta Ltd fl-stess perjodu ġew impjegati ħames impjegati ġodda liema reklutaġġ kien kollu kopert permezz ta’ permessi mahruga mill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Taħriġ. Dawn il-vakanzi kienu ppubblikati permezz ta’ avviżi fil-gazzetti lokali. Erba’ minn dawn kienu replacements ta’ impjegati li fl-istess perjodu jew fi żmien reċenti ta’ qabel kienu temmew l-impjieg tagħhom. Filwaqt li parti minn dan il-proċess kien diġa’ inbeda qabel, ta’ min jgħid li huwa ferm diffiċli li wieħed jaddotta policy bħal din f’organizzazzjoni żgħira meta funzjoni waħda speċjalizzata taqa’ fuq persuna waħda.
Fil-każ tal-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi ma kien hemm l-ebda reklutaġġ
Fil-każ tas-sejħiet pubbliċi, l-għażla f’dawn l-eżerċizzji ta’ reklutaġġ sar dejjem permezz ta’ interview lill-dawk kollha li applikaw u li ssodisfaw il-kriterji sabbiliti kif dehru fil-avviżż tas-sejħa.
Salarju ta' kap eżekuttiv ta' instituzzjoni finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament ġiet appuntanta kap eżekkutiv tal-istitutuzzjoni finanzjarja u għal liema tul ta' żmien? Bħala azzjonist f'din l-istituzzjoni, jista' l-gvern jikkonferma s-salarju annwali li tħallset lil din il-persuna tul iż-żmien bħala kap eżekkutiv, u kemm kien il-bonus annwali kull sena? Jista' jikkonferma fuq liema paga qiegħed jitħallas il-pensjoni taż-żewġ terzi?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — service contract agreements
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27359 u jgħid kemm saru service contract agreements mill-1 ta' Jannar 2011 f'kull dipartiment\uffiċċju li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u jagħti d-dettalji relattivi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample contract ta' kull kategorija ta' kull service contract li sar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27359.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' passiġġieri li ġarret l-Air Malta fis-snin 2005 - 2010, kull sena separatament? Kemm ġarret passiġġieri matul din is-sena sal-lum? Jista' jagħti l-istess informazzjoni dwar il-merkanzija?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29698.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — spazji tal-bjut tal-binjiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28203 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-gvern fid-dipartimenti/agenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells? X'titjib kien hemm minn sentejn u nofs 'il hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28203.
Fabbriki u kumpaniji li ma baqgħux joperaw f'pajjiżna
Question
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsija parlamentari 29367 u jgħid kemm kien hemm fabbriki/kumpaniji li ma baqgħux joperaw f’pajjiżna matul l-ewwel għaxar xhur tal-2010 u kemm kienu jħaddmu ħaddiema magħhom kull fabbrika/kumpanija?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29367.
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 29873 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għar-Riżosri u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux se jsir restawr fil-Forti Ricasoli? Jekk iva, meta se jsir? Bħalissa min qed juża dan il-post? Hemm xi ħsieb u/jew pjan għal din il-forti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29873.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għall-clearance mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, biex ikunu jistgħu jsiru xogħlijiet ta' kostruzzjoni/resurfacing tat-toroq residenzjali? F'liema lokalitajiet jinsabu dawn it-toroq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha 6 talbiet għall-clearance pendenti rigward xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew resurfacing ta’ toroq residenzjali. Dawn huma:
Lokalità Numru ta’ talbiet pendenti
San Gwann 1
Pembroke 1
Kalkara 2
Żabbar 1
Dingli 1
Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċittadin għandux lista tad-drittijiet meta jidħlu servizzi mediċi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ċ-ċittadini intitolati għandhom dritt għas-servizzi mediċi li jinsabu fil-pakkett ta’ servizzi offruti mill-Gvern kif ukoll xi servizzi oħra li l-Gvern jista’ jdaħħal minn żmien għal ieħor.
Il-Gvern qiegħed jaħdem ukoll fuq it-transpożizzjoni tad-direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjent fil-kura tas-saħħa transkonfinali li għandha twassal biex ikollna lista ta’ drittijiet tal-pazjent. Din id-direttiva tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ottubru 2013.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30274 u cioè: B’referenza għal-line item 0917 taqsima XIV miscellaneous receipts fl-Estimi tal-Budget, jista' l-Ministru jgħid għalxiex inhi attribwita l-qabża ta’ concession fees għal €28 miljun?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30274.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30350 u cioè: Peress li hemm allegazzjonijiet li qed jinbiegħ xi light heating oil minn Ras Ħanżir, jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ sabiex jiġi determinat jekk dan huwiex isir b'mod illegali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30350.
trakkijiet li joħorġu mill-impjant tad-drenaġġ tax-Xgħajra
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il trakk joħroġ mill-impjant tad-drenaġġ tax-Xgħajra kuljum b'materjal għar-rimi? Fejn jintrema'? Minn liema toroq jgħaddi f'kull lokalità sakemm jasal fid-destinazzjoni tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul il-ġranet tal-ġimgħa u s-Sibt joħorġu madwar seba’ (7) trakkijiet ta’ sludge kuljum. Il-Ħadd joħorġu madwar tlett (3) vjaġġi.
Il-materjal jintrema’ fil-
landfill
tal-Għallis. Dan il-materjal huwa klassifikat bħala
non-hazardous
a bażi ta’ testijiet li jsiru perjodikament u li jiġu ikkomunikati lill-Wasteserv.
Id-dettalji tar-rotta li tintuża minn dawn it-trakkijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.