Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur — kirja tal-binja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tħallas kirja l-Awtorità għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur għall-binjiet li qed tagħmel użu minnhom? Minn meta twaqqfet l-Awtorità kemm kienet in-nefqa s'issa għal refurbishing u għamara fil-binjiet li qed tagħmel użu minnhom?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 28393.

MEPA — awtorizzazzjoni biex titwaqqa pompa tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li tinqata' s-saga biex toħroġ l-awtorizzazzjoni mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex titwaqqa' l-pompa tad-drenaġġ ta' Ricasoli?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-awtorità qiegħda tistenna xi informazzjoni mingħand l-applikant sabiex tkun tista’ tkompli tipproċessa din l-applikazzjoni.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — kiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu kemm, matul Jannar 2012, inkrew karozzi? Kemm kienet il-kirja ta' kull karozza u għal kemm żmien kienet il-kirja? Il-kirja kienet tinkludi wkoll driver?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Impjegat mad-dipartiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, huwiex impjegat ma' xi dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, kif inhu impjegat u x'qiegħed jitħallas ta' xogħlu? Jekk bil-kuntratt, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Transport Malta — road markings u traffic signs

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli fi Transport Malta li jara li x-xogħol li jkun sar rigward road markings u traffic signs ikun sar fuq linji gwida internazzjonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Research fil-kamp mediku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u min huma l-konsulenti li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei li qed jagħmlu research f'xi kamp mediku? Kemm minn dawn qed jieħdu fondi mill-Unjoni Ewropea? Għal kemm jammontaw individwalment dawn il-fondi? Liema huma t-topics tar-research tagħhom u meta hu mistenni li jispiċċa dan ir-research?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm tlett konsulenti li qed jagħmlu research f’ kamp Mediku. Hemm konsulent li s-suġġett tar-riċerka huwa Infection Prevention and Control, liema riċerka mistenni tispiċċa fl-aħħar ta’ din is-sena u li tammonta għal €93,645. Dan l-ammont ġej mill-fondi ‘Public Health Programme’ . Iż-żewg konsulenti l-oħra qed jagħmlu riċerka li hija studju fuq l-effett tal-kwalita’ tal-arja fuq it tfal ta’ bejn il-11u l-14-il sena u l ġenituri tagħhom. Din ir-riċerka tammonta għal €345,000 mill-fondi Italja – Malta, u huwa mistenni li tispiċċa f’Marzu 2013.

Programmi Ewropej 2013-2020

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm tal-Gvern Malti fl-isfond tal-Programmi Ewropej 2020? Kemm qed jikkalkula li pajjiżna jirċievi finanzjament bejn l-2013 u l-2020?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċess ta’ negozjar tal-budget tal-Unjoni Ewropeja ser jibda fix-xhur li ġejjin u għaldaqstant mhux possibli li jingħataw estimi finanzjarji f’dan l-istadju.

Ħlas ta' income tax minn ħaddiema li jaħdmu l-Libja

Question

Peress li sas-sena 2011 ħaddiema Maltin li kienu jaħdmu fil-Libja kien jħallsu biss il-bolla (NI contribution) u kienu eżenti mill-ħlas ta' taxxa fuq il-qligħ peress li kienet titħallas fil-Libja u f'Malta xejn taħt id-double taxation agreement, jista' l-Ministru jispjega jekk minn din is-sena 2012 il-ħaddiema Maltin li jaħdmu l-Libja hux se jħallsu 15% (normal tax foreign on income anke f'Malta)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi mis-sena ta’ stima 2012 (sena bażi 2011) daħal fis-seħħ trattat ġdid dwar ħelsien mit-taxxa doppja mal-Libja. It-trattat il-ġdid jimxi mal-mudell tal-OECD li fuqu huma bbażati t-trattati ta’ Malta u ta’ ħafna pajjiżi. Dan it-trattat issostitwixxa t-trattat preċedenti mal-Libja li kellu format differenti mill-bqija tat-trattati u li minħabba l-mod kif kien miktub kien jirriżulta li kien biss il-pajjiż fejn isir ix-xogħol li seta’ jintaxxa. Skont it-trattat il-ġdid, u kif hemm fit-trattati li Malta għanda ma kull pajjiż ieħor, kemm il-pajjiż fejn qed isir ix-xogħol kif ukoll il-pajjiż tar-residenza għandhom dritt prima facie li jintaxxaw. Naturalment imbagħad jidħol fis-seħħ il-mekkaniżmu tad- double tax relief li jingħata fil-pajjiż tar-residenza. Għalhekk ma titħallasx taxxa doppja fuq l-istess income. Ħaddiema Maltin fil-Libja huma taxxabbli bil-15% hawn Malta meta jikkwailfikaw taħt id-dispożizzjonijiet tal- overseas employment . Kif għedna iktar ‘il fuq, din it-taxxa mbagħad tiġi mnaqqsa bil-mekkaniżmu tad -double tax relief jekk tkun qed titħallas ukoll taxxa fil-Libja.

BirdLife — tneħħija ta' ħaxix ħażin minn taħt siġar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31510, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba l-BirdLife neħħew ħaxix niexef li jkun hemm taħt is-siġar (almenu f'dawk il-partijiet li huma l-eqreb lejn it-triq prinċipali) kif ukoll kemm-il darba saret żabra ta' siġar li huma qrib l-istess triq biex jiġi evitat li jinġabar materjal li jista' jaqbad taħt l-istess siġar?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħruġ ta' mandati fil-konfront ta' persuni żbaljati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31492 u b'mod partikolari għall-parti tar-risposta li tgħid "inoltre jekk jintalab il-ħruġ ta' mandat fil-konfront ta' persuna żbaljata, din tal-aħħar dejjem tista' tirrikorri għall-Qrati għar-rimedji skont il-liġi" jista' l-Ministru jara li f'dawn il-każijiet kemm l-ispejjeż meħtieġa kif ukoll il-ħin ikkunsmat biex tiġi stabbilita l-verità (b'dannu għan-nies innoċenti) jitnaqqsu minħabba l-konsegwenzi ta' tali mandati?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jigi sottomess li l-ligi diġà tipprovdi għal tali sitwazzjonijiet. Għal dan il-għan issir referenza għal art. 836 (4) tal-Kap 12, fejn il-liġi ripprovdi ”Il-Qorti ghandha tiddeċidi dwar ir-rikors b’urgenza jew in camera jew wara s-smigħ tal-avukati tal-partijiet, jekk jidhrilha xieraq, iżda ma tiġix iffisata iktar minn seduta waħda għal dan il-għan.”

MEPA — ħaddiema impjegati - Funzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru totali ta' ħaddiema impjegati mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħalissa? Jista' jagħti tagħrif dwar kif inhuma maqsuma dawn l-impjiegi skont il-funzjonijiet differenti li għandha l-istess awtorità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta' ħaddiema impjegati mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħalissa, huwa ta' 481 impjegat, li huma maqsuma hekk:- Chairman's Office - 6 Audit Office - 1 Public Relations - 2 Customer Care Unit - 6 EPC Members - 11 EPC Secretariat - 14 On Loan with Planning Appeals Board - 1 CEO's Office - 4 Front Office Help Desk - 2 Documentation and Records Centre - 5 Gozo - 2 Operations - 6 Plotting - 3 Vetting - 5 Mailroom - 6 Corporate Services Director's Office - 4 Contracting / EUIF - 2 Finance Unit - 9 Gozo Office - 3 Human Resources Unit - 7 Information Communication Technology - 10 Land Survey Unit - 22 Mapping Unit - 22 Support Services - 5 Enforcement Directorate Administration and Audit Section - 6 Direct Action Section - 4 Enforcement Director's Office - 5 Mainstream Enforcement Section - 33 Environment Protection Directorate Director's Office - 7 European Union & Multilateral Affairs - 15 Gozo Office - 1 Inspectorate - 2 Unit A - 20 Unit B - 15 Unit C - 23 Unit D - 30 Planning Directorate Develoment Control Division - 71 Director's Office - 4 Forward Planning Division - 39 Gozo Office - 4 Information Resources - 6 Legal Office - 6 Unpaid / Seconded / Redeployed / Suspended Unp aid - 20 Seconded - 9 Redeployed - 2 Suspended - 1
Leg 11 PQ #31654 Sitting 442 2012-02-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laboratorji Nazzjonali — pożizzjoni vakanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min hu d-direttur li jmexxi l-Laboratorji Nazzjonali? Jekk din il-pożizzjoni hi vakanti, hemm xi ħsieb li timtela? Kif?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Laboratorju Nazzjonali llum huwa Direttorat ta’ Servizzi ta’ Laboratorju fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. L-ewwel Direttur jinħatar mill-Ministru. Il persuna li tokkupa il-pożizzjoni ta’ Direttur (Servizzi ta’ Laboratorju) huwa s-Sur George Cutajar.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Lista ta' impjegati ma' xi dipartiment/awtorità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-persuni li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, humiex impjegati ma' xi dipartiment/awtorità fid-dekasteru tiegħu u jekk fl-affermattiv b'liema kundizzjonijiet ta' impjieg? Jekk b'kuntratt, jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni indikati huma kollha impjegati ma’ dan il-Ministeru b’kuntratt u li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument b’kopja tal-kuntratti ta’ impjieg tagħhom..

Transport Malta — manutenzjoni fuq it-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li minkejja li l-manutenzjoni tagħhom hi tal-kunsill lokali, Transport Malta se tintervjeni biex tagħmel manutenzjoni hi peress li din ma saritx mill-kunsill responsabbli? Jista' jgħid fuq liema kriterju jintgħażlu dawn t-toroq? Jista' jgħid kemm se jkun nefaq l-gvern bejn l-2008 u l-2012 fuq il-manutenzjoni ta' dawn t-tip ta toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Din is-sena Transport Malta se tintervjeni fuq 21 triq ta' dan it-tip (magħrufa bħala local roads of major importance) għal spiża ta' kważi €4,000,000 (Doc X) u bejn l-2008 u l-2012 se tkun interveniet fuq 68 triq għal total ta' €7.5 miljun circa (Doc Y). Dokument X u Dokument Y tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-liġijiet tagħna jagħmlu distinzjoni bejn liema toroq huma responsabilita' ta' Transport Malta u liema huma responsabilita' tal-Kunsill Lokali. Transport Malta hi responsabbli għal: 1. Toroq Arterjali Bini, rikostruzzjoni u manutenzjoni 2. Toroq Distributorji Bini, rikostruzzjoni u manutenzjoni 3. Toroq Residenzjali Bini u rikostruzzjoni Il-Kunsilli Lokali huma responsabbli għal manutenzjoni tat-toroq residenzjali u b'dawn nifhmu kull triq mibnija li ma hix arterjali u distributorja anki jekk ikollha erba' lanes u tkun twila u wiesgħa. Il-lista tat-toroq arterjali u distributorja tinsab fil-Pjan Strutturali tal-Gżejjer Maltin waqt li l-lista ta' toroq residenzjali ġodda tiżviluppa mal-iżvilupp tal-bini. Diġa rrispondejt PQ 31257, fejn spjegajt il-policy ta' Transport Malta f'dan ir-rigward. Biex niġi għad-domanda tal-Onor. Interpellant, minkejja li l-manutenzjoni ta' toroq residenzjali mibnija hi tal-Kunsilli Lokali hemm ċertu toroq li għandhom importanza kbira għat-traffiku f'pajjiżna jew għaliex huma traffikużi ħafna jew għaliex iservu bħala link ewlieni bejn iċ-ċentri residenzjali/kummerċjali tal-bliet/rħula tagħna man-network arterjali u distributorji. Meta Transport Malta tara illi n-nuqqas ta' manutenzjoni li suppost issir mill-Kunsill Lokali tkun nieqsa u qed twassal għal problemi kbar ta' traffic flow, allura Transport Malta tintervjeni fil-limiti tal-budget li tingħata kull sena mill-Gvern.

Transport Malta — flus fuq toroq arterjali u distributorji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jintefqu flus minn Transport Malta fuq toroq arterjali u distributorji fl-2012 u fuq liema toroq se jintnefqu? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 2008-2012?

Response (GATT, AUSTIN)

Fl-2012 hu mistenni li l-Gvern jonfoq €52,600,000 fuq il-bini mill-ġdid ta' sitt toroq arterjali u distributorji li jkun ifisser li mill-2008 il-gvern se jkun nefaq kważi €79,000,000 biex saru kważi 21 kilometru ta' toroq arterjali u distributorji. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dettaljata relattiva.

Transport Malta — bini ta' toroq residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jirrapporta xi progress sar fuq il-wegħda li kienet saret is-sena l-oħra li Transport Malta kellha tibni 202 triq residenzjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dettaljata tal-progress li sar sa nofs Diċembru, nista' ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-aħħar informazzjoni li ngħatajt għad baqa' biss xi 20 triq mill-202 oriġinali li kellhom isiru li għadhom iridu jingħataw bit-tender. Hemm ukoll 23 triq oħra fejn qed niffaċċjaw problemi tekniċi biex Transport Malta tkun tista' toħroġ it-tender u allura - għajr għal dawn - ma jidher li hemm xejn xi jżomm li nżommu mal-wegħda li konna għamilna, li dawn it-toroq ikunu lesti sa nofs din is-sena.

Transport Malta — toroq residenzjali li għadhom qed jinbnew

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali li qatt ma nbnew u li se jinbnew minn Transport Malta matul din is-sena u jgħid kemm se jiswew?

Response (GATT, AUSTIN)

F1-2012 Transport Malta sejra tibni 50 triq residenzjali oħra għal spiża totali ta' kwazi €2,000,000 liema toroq huma ndikati fil-lista annessa. Dawn it-toroq huma barra dawk it-20 triq li kienu fil-lista mħabbra fl-2011 u li skond PQ 31658 għadhom ma nbnewx u se jinbnew fl-2012.

Ħal Balzan — Triq il-Wied - xogħol ta' Tarmak/Patching/Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li jsir xogħol ta' tarmak u/jew patching u/jew manutenzjoni fi Triq il-Wied, Ħal Balzan peress li l-kunsill lokali jidher li m'għandux fondi biex jagħmilha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #31666 Sitting 442 2012-02-06 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — Persuna b'diżabilità - applikazzjoni taħt l-skema tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tindika fejn waslet l-applikazzjoni tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li huwa individwu b'diżabilità u li applika għax-xogħol taħt l-iskema tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għall-persuni b'diżabilità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel kuntatt mas-Supported Employment Section tal-ETC fuq in-numru 22201407 fejn jingħata kull informazzjoni u assistenza meħtieġa.

Sptar Monte Carmeli — ħaddiem li mhux impjegat full-time

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 31514, jista' l-Ministru jgħid għalfejn, jekk dan huwa impjieg b'għan terapewtiku, il-persuna in kwestjoni kienet ġiet imġiegħla tiffirma kuntratt meta bdiet dan ix-xogħol u qed tintalab li trid tiffirma kuntratt issa fejn taċċetta li dan l-impjieg se jiġi terminat fi żmien sena u nofs?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuni li jiffurmaw parti minn din l-iskema mhumiex impjegati iżda jingħataw opportunita’ ta’ xogħol, taħriġ u support vokazzjonali bl-għan aħħari li jitilqu minn fuq din l-iskema u jsibu mpjieg regolari fid-dinja tax-xogħol. Meta dawn il-persuni jkunu għamlu progress konsiderevoli fil-kundizzjoni tagħhom, dawn jiġu mħeġġa u mgħejjuna jitilqu minn fuq l-iskema. Kuntratt bħal dan jiġi ffirmat sabiex dawn il-persuni jkollhom biżżejjed ċans jaddattaw ruħhom għall-bidla u jibdew jaħsbu biex ifittxu impjieg regolari.