Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna femminili ta' eta' ta' 26 sena u li tkun għaddiet minn proċess ta' separazzjoni b'kuntratt konsenswali u li fil-preżent tkun f'relazzjoni ma' persuna oħra ta' 33 sena bl-iskop ta' żwieġ wara li jsir l-annullament, jekk tixtri post fuq isimha biss (1st time buyer) u tħallas il-VAT fuq il-meljoralment li tagħmel fih, mhijiex eleġibbli għar-refund tal-VAT?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant Ii l-persuna konċernata tkun tista’ tibbenefika mill-iskema flimkien mal-għarus tagħha kif hija takkwista d-dritt legali li terġa tiżżewweġ, permezz ta’ annullament jew divorzju. Inkella, hija tkun tista’ tapplika bħala persuna waħedha wara li tkun għalqet it-30 sena.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-koppja, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed jiġu mċaħħda mill-garaxx u minn żewġt ikmamar maġenb id-dar tagħhom meta oriġinarjament meta ngħataw id-dar fis-17 ta' Novembru 1987 suppost li dak il-garaxx u ż-żewġt ikmamar kienu parti integrali mid-dar?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-garaxx u l-kmamar li qed jirreferi għalihom, fil-verità qatt ma kienu jifformaw parti mill-lokazzjoni tad-dar li l-koppja li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, kienu ngħataw mid-Dipartiment tad-Djar fl-1987.
Oriġinarjament, kemm id-dar abitata mill-koppja, kif ukoll il-garaxx u l-kmamar, kienu ġew akkwistati mill-Gvern skont l-Ordinanaza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi (Kap 88). L-iskop pubbliku kien in konnessjoni ma’ bini ta’ skola. Peress li l-proprjetà meħuda ma ġietx utiliżżata kollha għall-iskop li kienet ittieħdet, is-sidien oriġinali talbu lill-Gvern biex ibiegħlhom lura l-proprjetà lilhom meħuda. Skont it-termini tal-Artiklu 2 tal-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268), id-Dipartiment qiegħed jikkunsidra li jbiegħ lura lis-sidien oriġinali, l-proprjetà li ma ġietx utiliżżata eskluż id-dar abitata mill-koppja.
Jista' l-Ministru jara li r-residenti fl-inħawi Ta' Giorni, San Ġiljan jiġu provduti bis-servizz tat-trasport pubbliku li qabel kienet magħrufa bħala numru 42?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-inħawi Ta’ Ġiorni huma servuti bir-rotta 24 liema rotta għandha konnesjoni diretta lejn il-Belt Valletta. L-istess inħawi huma servuti wkoll bir-rotta 110 li tgħaqqad Ta’ Ġiorni max-Xatt tas-Sliema, l-Gżira l-inħawi tal-polyclinic, Mater Dei, l-Universita’, Swatar, Ta’ Paris, Birkirkara / Fleur-de-lys u l-Marsa Park & Ride.
Bl-introduzzjoni ta’ dawn iż-żewġ rotot l-inħawi ta’ Ta’ Ġiorni għandhom aċċess għal tas-Sliema kif ukoll il-Marsa Park & Ride fejn qabel ma kienx hemm aċċess dirett. Ir-rotta 110 issa qed isservi l-inħawi ta’ Ta’ Paris kif ukoll l-istazzjon ġewwa Birkirkara.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — sezzjoni mentali - long stay wards - central heating
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li long stay wards fis-sezzjoni mentali fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex huma mingħajr central heating? Meta se jerġa' jibda jiffunzjona is-central heating fl-istess swali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-long stay wards fis-sessjoni mentali fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex huma mingħajr central heating.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31077, 30878 u 30617 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-Line Item ‘hospitality’ jinkludi kull forma ta’ attività inkluż l-organizzazzjoni ta’ festi Nazzjonali u żjarat Statali u Uffiċjali, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jispjega għal-liema attivitajiet qed jirreferi.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — nefqa fuq mobile phones
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31050 u cioè:B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30638, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li għandhom mobile? Xi grad għandhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30416, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bi tweġiba to date abbażi ta' dak li jirriżulta bħala dejn globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31190, jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar in-numru ta' operazzjonijiet maġġuri u dawk intermedjarji?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru bejn Jannar tal- 2005 u Diċembru ta’ l- 2007 ġewwa l-Isptar San Luqa / Mater Dei jidhru hawn taħt. Dawn l-operazzjonijiet huma mqassmin skont il-BUPA category. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ippjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency).
Year
Major Variant (CMO, Major+, Major)
Intermediate
2005
9248
11069
2006
9555
11436
2007 *
9276
11205
· F’ Novembru tas-sena 2007 saret il-migrazzjoni mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31440 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30987, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li kienu ma' normi tal-istandards stabbiliti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispezzjonijiet kollha li jsiru ikunu fuq bażi ta’ liġijiet nazzjonali u regolamenti tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxu l-obbligi u l-istandards neċessarji fl-oqsma konċernati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' ċirkularijiet approvati għal talbiet ta' mpjiegi mal-Gvern u entitajiet u korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħtu? Jista' jinfurmani kemm huwa n-numru ta' ħaddiema globali? Jista' jgħid ukoll dipartimenti, entitajiet, eċċ n-numru ta' postijiet vakanti abbażi ta' kif ġiet ikkalkulata din iċ-ċifra globali? Jista' jinfurmani f'liema gradi rispettivament jenħtieġu dawn il-postijiet vakanti għall-impjiegi maċ-Ċivil?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-mili ta’ vakanzi fis-Servizz/Settur Pubbliku huwa determinat mill-esiġenzi tas-Servizz/Settur u l-prijoritajiet prevalenti tal-gvern, minn żmien għal żmien, skont kif miftiehem bejn il-Public Adminsitration HR Office, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ministeru li jkun għamel it-talba.
MEPA — talbiet pendenti fuq estensjonijiet ta' farms
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dawk li huma estensjonijiet ta' farms/irziezet tal-bdiewa bħalissa?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess awtorità għandha quddiema pendenti għoxrin (20) applikazzjoni għall-estensjionijiet, alterazzjonijiet u upgrading ta' farmstal-annimali.
It-tfittxija saret fuq applikazzjonijiet li għandhom fil-proposta waħda mill kliem
farm, cow, cattle, bull, heif, calf, calves, poultry, hen, chicken, broiler, fattening, layers, sheep, ruminant, goat, rabbit, pig, sow
, razzett, baqra, baqar, barri, għoġol, tiġieġ, ngħaġ, muntun, mogħża, mtaten, fniek, ħanżir, ħnieżer, maqjel, mqajjel.
Dipartiment tal-Agrikultura — talbiet pendenti mill-bdiewa
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa li bħalissa għandhom talbiet pendenti mad-Dipartiment tal-Agrikultura għal dawk li huma għajnuniet biex jinbnew ġibjuni għall-ħażna tal-ilma?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress li l-informazzjoni mitluba f’din it-talba hija parti minn numru ta’talbiet f’applikazzjonijiet aktar wiesgħa u għalhekk trid tinġabar permezz ta’ analiżi tal-applikazzjonijiet individwali, biex din l-informazzjoni tinġabar huwa meħtieġ aktar żmien u għaldaqstant tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm ordnijiet biex jinqatlu annimali mill-farms tagħna minħabba xi tip ta' mard fuq l-istess farms matul l-2011? Jekk iva, kemm inqatlu u fejn jinsabu l-farms konċernati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar matul is-sena li għaddiet 2011? Jista' jgħid kemm-il applikazzjoni kienet approvata u kemm ġew rifjutati mill-bordijiet tal-awtorità?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess awtorità irċeviet 3,914-il applikazzjoni 3,914 għal screening u vvalidat 2,743-il applikazzjoni matul is-sena 2011.
L-Awtorità approvat 3,518-il applikazzjoni; 870-il applikazzjoni "First Decision"; waqt li approvat 299
reconsideration
; u rrifjutat 360-il
reconsideration
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li permezz tagħha l-uffiċjali tal-Armata ġew gwidati joqogħdu għal first u second class education li huwa ekwivalenti għall-MQF1 meta ħafna minnhom huma ħafna aktar kwalifikati bħal MQF2 u aktar minn hekk mhux qed jaċċettaw dawn il-kwalifiki?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dawk is-suldati li jippossedu ċertifikati fil-livell ordinarju tal-Matsec fil-Malti, Ingliż u Matematika fi gradi minn wieħed sa sebgħa jiġu awtomatikament assimilati fil-first class tal-Army Certificate of Education. Dawk li m’għandhomx dawn iċ-ċertifikati jkun jeħtiġilhom, fuq bażi volontarja, joqgħodu għall-lezzjonijiet sabiex iġibu l-kwalifika.
Dawk is-suldati li qed jattendu għall-klassijiet huma dawk li ppreżentaw School Leaving Certificates li ma kellhomx marki fis-suġġetti msemmija u/jew dawk li wara li ntalab il-parir tal Kunsill Malti Għal Kwalifiki irriżulta li ċ-ċertifikati li ppreżentaw huma ma kienux ta’ livell ekwivalenti għall-Army Certificate of Education.
Għawdex — Nadur - kwestjoni dwar ir-rotta tal-karozza tal-linja
Question
Peress li l-istudenti li huma residenti fin-Nadur, Għawdex qed jilmentaw li l-bus li tgħaddi min-Nadur għall-ħabta tat-8.15 ta' filgħodu li titlaq minn Għajnsielem, tgħaddi mill-Qala u finalment min-Nadur qed tkun diġà mimlija meta tasal in-Nadur u allura dawn l-istudenti mhux qed ikollhom wisa' fil-bus u b'hekk qed jaslu tard l-iskola, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata u riżolta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f’Settembru 2011, meta bdiet is-sena skolastika, Transport Malta kienet rċeviet xi lmenti, li xi studenti min-Nadur ma kienux qed isibu karozzi tal-linja lejn ir-Rabat bejn is-7.00am u t-8.30am. Wara diskussjonijiet li saru, l-operatur tat-trasport pubbliku, beda joffri servizz żejjed li jitlaq fis-7.10am mill-Qala għan-Nadur u jibqa’ sejjer lejn ir-Rabat. Dan sabiex jakkomoda lill-istudenti tas-Sixth Form u tal-MCAST. Ninsab infurmat ukoll li minn dakinhar sal-lum qatt ma reġgħu waslu lmenti f’dan ir-rigward.
Peress li r-residenti ta' Triq San Blas in-Nadur li tiġi kantuniera ma' Triq Franġisk Attard qed jilmentaw għaliex it-traffiku qed jiżdied u l-vetturi jgħaddu b'veloċità kbira u qed ikunu kaġun ta' periklu, jista' l-Ministru jara li f 'din il-parti ta' Triq San Blas isiru humps?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma għandha l-ebda talba mill-Kunsill Lokali konċernat għal miżuri sabiex titnaqqas il-veloċità tas-sewqan.
Għawdex — Nadur - Triq Franġisk Attard - bozoz fit-triq
Question
Peress li r-residenti ta' Triq Franġisk Attard fin-Nadur Għawdex qed jilmentaw li fil-parti ta' ġewwa tat-triq m'hemmx luminazzjoni fit-triq u peress li kien hemm okkażjonijiet meta sar vandaliżmu fuq il-proprjetajiet f 'din it-triq li anke nissel biża' fost ir-residenti, jista' l-Ministru jara li almenu jsiru l-bozoz f'din it-triq?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Nadur, illi biex tittaffa ftit mill-problema msemmija mill-Onorevoli Interpellant, ċaqlaq lampa eżistenti biex l-area tkun mdawwla aħjar. Irid jngħad ukoll illi l-kunsill qed isib diffikultà/problema biex jagħmel lampa ġdida minħabba raġunijiet ta' proprjetà.
Ħaż-Żebbuġ — Żona tar-Remel - provista tal-elettriku three-phase
Question
Jista' l-Ministru jara li l-provista tal-elettriku fiż-żona magħrufa bħala Tar-Remel f’Ħaż-Żebbuġ u li tidher fuq is-site plan li d-dettalji dwarha qed jitnbagħtu separatament, titjieb u tiġi eleveta minn dik preżenti jiġifieri minn single phase għal three-phase?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret ma jirriżultax li fl-inħawi msemmija hemm bżonn li jgħaddi it-3 phase biex tissaħħah is-sistema tal-elettriku.