Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' tarmak li sar fi Triq tal-Labour Żabbar issodisfax lil min kien responsabbli li jiċċertifikah bħala xogħol ta' livell? Jista' jgħid jekk sarx xi ilment dwar il-kwantità kbira ta' ilma li qed iżomm wara kull ħalba xita f'parti minn din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien jikkonsisti fil-bdil tal-wiċċ ta’ parti mit-triq u għalhekk, bħalma jiġri dejjem f’każi bħal dawn, jinżammu l-livelli eżistenti tat-triq. Dwar il-kwalità tax-xogħol jien infurmat li l-periti ta’ Transport Malta taw struzzjonijiet lill-kuntrattur biex jagħmel xogħol rimedjali a spejjeż tiegħu, liema xogħol hu mistenni jsir fil-ġimgħat li ġejjin.
Bacir Nru 1 u Xatt ir-Risq — time frames għax-xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-time frames għax-xogħlijiet fuq l-area tal-Bacir Nru 1 u Xatt ir-Risq hux jinżammu? Jekk ir-riposta hija fin-negattiv, u allura t-target date ta' meta kellu jitlesta x-xogħol mhux se tinżamm, jista' għall-anqas jagħti indikazzjoni meta se jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi t-time frame oriġinali ma nżammx minħabba diversi nuqqasijiet tal-kuntrattur, sejbiet storiċi u appelli fuq tenders. Il-parti l-kbira tax-xogħol hu maħsub li jista' jitlesta sa April jew Mejju 2012.
persuni li jieħdu pensjoni tal-invalidità kontributorja
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jieħdu pensjoni tal-invalidità kontributorja, kull lokalità separatament? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma irgiel?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Ono. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li jieħdu pensjoni tal-invalidità sal-31 ta’ Jannar, 2012, hu ta’ 4545, minn dawn 1281 huma nisa u 3264 huma rġiel. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tiġbor fiha l-informazzjoni dwar kull lokalità kif mitluba minnha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jieħdu non contributory blind pension, kull lokalità separatament? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma irgiel skont l-età?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qed nissottometti fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — remunerazzjoni tal-konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ġaladarba l-bini ġo Triq Nazju Ellul fil-Gżira issa tlesta, jista' l-Ministru jara jekk Transport Malta jikkunsidrawx li jagħtu t-tarmac lil din it-triq principali li tagħti minn Sliema Road, Gżira sat-tarf tal-istess triq, forsi b'xi parteċipazzjoni min-naħa tal-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
It-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta iżda hi responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża minfuqa din is-sena s'issa fuq toroq ġodda f'żoni residenzjali u arterjali? Jista' jagħti breakdown ta' din l-ispiża fuq bażi residenzjali u fuq bażi arterjali? Jista' jagħti lista tat-toroq li sar xogħol fuqhom, b'mod separat fuq bażi residenzjali u fuq bażi arterjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlementari 28761 għad-dettalji dwar toroq residenzjali.
Fir-rigward ta' toroq arterjali fl-2011saru xogħlijiet ta' asfaltar b'valur ta' €462,795.70, li huma maqsuma kif ġej:
Balzan € 34,367.50
Birgu € 48,927.00
Bormla € 75,073.50
Mellieha € 34,893.20
M'Xlokk € 149,290.00
Paola € 35,002.00
St Venera € 34,367.50
Zejtun € 50,875.00
Din il-lista ma tinkludix xogħlijiet relatati mar-riforma tat-trasport pubbliku, liema informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-informazzjoni miġbura mill-Vehicle Activated Sign li ġiet stallata fit-triq ta' bejn iż-żewġ mini (qrib l-Università), Santa Venera/Msida f'dak li hu n-numru ta' vetturi li qed jaqbżu l-40 kilometru fis-siegħa, indikat fuq il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li 85.8 % tal-vetturi ġew irrekordjati li eċċedew il-veloċità ta’ 40 kilometru fis-siegħa. Nippreċiża li l-veloċita’ ta’ 40 kilometru fis-siegħa mhix l-ispeed limit ta’ din il-parti tat-triq u l-Vehicle Activated Sign (VAS) in kwistjoni huwa apparat li jintuża għal skop informattiv, u għaldaqstant ikun mpoġġi madwar 100 metru qabel il-parti tat-triq fejn ikun hemm l-istess speed limit u li f’dan il-każ huwa aktar l-isfel mill-pożizzjoni fejn kien l-istess VAS, u cioè fuq il-pont tal-Imsida.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-marinas li kienu identifikati li jistgħu jsiru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (Planning Authority) fis-snin disgħin u li sal-lum għadhom ma sarux? Liema minn dawn is-siti hekk identifikati kienu studjati mill-Awtorità Marittima ta' Malta (qabel) jew minn Transport Malta aktar riċenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.30955.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet, fiex u lil min ingħatat l-għajnuna lill-bdiewa u raħħala wara l-maltemp li laqat lil pajjiżna fl-ewwel ta' Diċembru, 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30926.
Tista' l-Ministru tiggwida lil din il-Kamra u tgħidlina jekk it-tfal li organizzaw l-openinig tal-Kuleġġ Marija Reġina, fil-Mosta ingħatawx taħriġ minn xi persuna jew kumpanija privata biex għamlu dan? Jekk iva, min kienet il-kumpanija privata jew individwu li ta t-taħriġ lill-istudenti biex huma setgħu jtellgħu l-features dwar dan il-kuleġġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tfal li pparteċipaw fil-features kellhom workshop dwar kif jesprimu lilhom infushom b’kunfidenza. Waqt il-workshop, l-istudenti għamlu kummenti li ntwerew fil-features.
Il-Where’s Everybody għamel il-
filming
u l-editjar tal-
features
, kif ukoll il-produzzjoni ta’ riklam ta’ 30 sekonda bħala promozzjoni għall-Open Weekend li sar fil-
weekend
ta’ wara l-inawgurazzjoni.
Il-Where’s Everybody intgħażel biex jagħti dan is-servizz wara li ntalbu kwotazzjonijiet minn tliet kumpaniji rinomati fis-settur:
Lighthouse and Ashley Offerta ta’ €17,500 (+ VAT)
Studio 7 Offerta ta’ €26,500 (+ VAT)
Where’s Everybody Offerta ta’ €5,500 (+ VAT)
interective white boards fl-iskejjel f'Malta u Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn interactive white boards fl-iskejjel f'Malta u Għawdex? Tista' tgħid kemm minn dawn l-interactive white boards hemm jaħdmu u konnettjati u kemm hemm li għalkemm għandhom l-apparat fl-iskola għadhom mhux jintużaw bħalma hemm fil-Mosta Primary Kindergarten?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskejjel f’Malta u Għawdex, bħalissa għaddej il-proċess ta’ istallar ta’ Interactive White boards ġodda fil-klassijiet tal-iskejjel statali. Qabel ma nbeda dan il-proċess kien hemm erba’ mija u disgħa u tletin (439) Interactive White board installati f’Computer labs, Physics, Biology u Science labs kif ukoll fil-klassijiet tal-Year 5 u xi Resource Rooms.
Bil-proċess li għaddej bħalissa ser jitwaħħlu elf tmien mija u sitta u sebgħin (1876) interactive whiteboard ieħor fil-klassijiet primarji, sekondarji u post sekondarji. Dan il-proċess għadu għaddej u bħalissa ġew installati mal-elf u seba’mitt (1700)
Interactive White board
. Fil-maġġoranza tagħhom dawn l-
interactive white boards
ġew imwaħħla, ttestjati u irranġati fejn kien hemm bżonn. Il-proċess jinvolvi wkoll
Quality Assurance
qabel ma dawn l-
Interactive White boards
jiġu meqjusa bħala kkummissjonati. Ta’ min jgħid ukoll li waqt li qed isir dan ix-xogħol, qed isir xogħol ieħor li jinvolvi żieda ta’
network points
kif ukoll bdil ta’
electricity points
f’ċerti skejjel f’Malta. Skont l-informazzjoni li għandna l-iskejjel kollha għandhom l-elettriku mwassal sal-
interactive white board
u dawn kollha jiffunzjonaw.
L-apparat li hemm fl-iskola kindergarten tal-Mosta ilu jiffunzjoni b’mod regolari minn qabel il-vaganzi tal-Milied.
użu tas-safeguard clause biex tipproteġi l-bidwi u r-raħħal
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kemm ilna li dħalna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea, intużat is-safeguard clause biex tipproteġi l-bidwi u r-raħħal Malti? Jista' jgħid f'liema settur intużat u kemm-il darba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 549, ninfurmaħ li din il-klawsola qatt ma ġiet applikata grazzi għall-għaqal u l-kapaċità ta’ dan il-gvern li jħares 'il quddiem, il-kundizzjonijiet gravi li jwasslu għall-applikazzjoni tas-safeguard clause ma seħħewx.
Nadur — art magħrufa ta' Tal-Ħali - titolu tal-art
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30767 u jgħid meta se jitħallas il-kumpens dovut għall-esproprju tal-art magħrufa bħala Tal-Ħali fin-Nadur, Għawdex liema proprjetà illum saret housing estate u minħabba n-nuqqas ta' ħlas tal-kumpens, min jgħix ġo dan il-housing estate għadu mingħajr titolu fuq l-art li appuntu ħadu mingħand l-Awtorita tad-Djar?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30767.
Bereġ Tal-Gvern — ECG Technicians, radiographers, nurses u staff ieħor
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28818 u jgħid kemm huwa l-full complement tal-istaff li għandu bżonn fil-bereġ tagħna bħal ECG Technicians, radiographers, nurses u staff ieħor biex il-kliniċi tas-saħħa jkunu jistgħu joperaw 24 siegħa kuljum?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-full complement tal-istaff jiddependi fuq l-esiġenzi tad-Dipartiment tal-Kura Primarja, kif ukoll fuq l-approvazzjoni tal-Capacity Building Exercise.
Jista' l-Ministru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ħsara li hemm fi Triq il-Biżbiżija minn fejn tgħaddi l-X3 tkun irranġata għaliex jidher li l-Kunsill Lokali tal-Mosta mhux qed juri interess li jirranġa din il-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm din it-triq mhix arterjali jew distributorja għaddejt il-każ għal kunsiderazzjoni ta' Transport Malta.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30697, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plans li juru eżatt ix-xogħlijiet ikkwotati? Jista' jgħid meta nħarġu t-tenders tax-xogħlijiet relattivi u jagħti r-referenza tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
MEPA — uffiċjali li għandhom il-karozza tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kemm hemm uffiċjali li għandhom karrozzi tal-awtorità għall-użu personali tagħhom? Mingħajr ma jsemmi ismijiet jista' jindika l-karigi li jokkupaw? Kemm minnhom qegħdin fid-direttorat tal-ippjanar u kemm fid-direttorat tal-ambjent?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba