Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-culverts tal-ilma li hemm fit-triq li min-Naxxar tieħu għas-Salina jiġu spezzjonati għaliex jidher li hemm partijiet minnhom li huma mblukkati bil-konsegwenza li qed ifuru meta tkun x-xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq la hi arterjali u lanqas distributorja skont l-istructure plan u għalhekk hi responsabbiltà tal-kunsill lokali rispettiv.
Transport Malta — Talbiet pendenti għar-reserved parkings
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar bħalissa kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti li hemm quddiem il-bordijiet ta' Transport Malta biex jiġu approvati talbiet għar-reserved parkings fl-inħawi ta' lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali? Meta ltaqa' l-aħħar l-istess bord?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm ħdax-il każ pendenti. Il-Bord għal Parkeġġ Riżervat għal Persuni b'Diżabbiltà ltaqa' l-aħħar fit-2 ta' Frar 2012.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx żviluppi ġodda għal dak li jikkonċerna l-bini tas-Selmun Place Hotel? Jista' jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li ma ssirx ħsara lill-istess bini?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi il-proċess tal-bejgħ tal-lukanda Selmun għadu għaddej. Il-post huwa mgħasses b’servizz ta’ security sabiex jiġi assikurat li-l-lukanda ma tiġix vandalizzata jew żarmata.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex applikazzjonijiet għall-istallazzjoni ta' servizzi tal-ilma li ilhom pendenti għal iktar minn sitt xhur? Jekk iva, f'liema lokalitajiet u x'inhuma r-raġunijiet għal dan id-dewmien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' kontromandati li ntalbu minn dawk li kellhom mandati ta' sekwestru kontra tagħhom? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa mill-istess Qorti, u dan għall-perjodu Jannar - Diċembru 2011?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Risposta għall-Qorti Ċivili ta’ Malta:
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Membru fil-perjodu bejn Jannar – Diċembru 2011 kien hemm 1470 kontrosekwestri li minnhom:
Akkordati – 1441
Akkordati limitatament – 10
Miċħuda – 10
Astjeniet (milli tieħu konjizzjoni) – 1
Rtirati/Kanċellati – 5
Pendenti – 3
Ma tinżammx statistika dwar min mill-partijiet ikun talab il-ħruġ tal-kontromandat.
Risposta għall-Qorti ta’ Għawdex:
Matul is-sena
2011
kienu preżentati tlieta u sebgħin (
73
) kontro mandat ta’ sekwestru li ntlaqgħu kollha kemm huma. Tali kontro mandati jinħarġu wara li jkun sar il-pagament oġġett tas-sekwestru relattiv jew inkella wara li jkun intlaħaq ftehim bejn il-partijiet. Ikun hemm każijiet ukoll – mhux ħafna – fejn issir garanzija bankarja mill-intimat.
Inoltre matul l-istess żmien kienu preżentati erba’ (
4
) rikorsi ai termini tal-artikolu 836 tal-Kap.12 fejn intalbet ir-revoka ta’ mandati ta’ sekwestru kawtelatorji. Minn dawn, tnejn (
2
) intlaqgħu, wieħed (
1
) ġie miċħud filwaqt li l-ieħor għadu pendenti.
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-mandati ta’ sekwestru eżekuttivi, ukoll fl-istess żmien, kien hemm tlett (
3
) rikorsi ai termini tal-artikolu 281 tal-Kap.12 fejn intalbet ir-revoka ta’ tali mandati. Tnejn (
2
) minn dawn ġew milqugħa parzjalment, filwaqt li l-ieħor (
1
) għadu pendenti.
Ma tinżammx statistika dwar min mill-partijiet ikun talab il-ħruġ tal-kontromandat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li huma reġistrati li jieħdu ċ-children's allowance f'Malta, lokalità, lokalità? Kemm minn dawn il-persuni huma mniżżla bħala li huma single persons?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qed nissottometti fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
*Vide PL 9318 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 29 ta' Frar 2012 f'Seduta 452
Lotteries and Gaming Authority — salarji, kundizzjonijiet u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju u l-kundizzjonijiet, benefiċċji eċċ. taċ-Chief Executive Officer, tad-Direttur tal-Human Resources, tad-Direttur tal-iStrategy and Planning u tad-Direttur tal-Corporate tal-Lotteries and Gaming Authority?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar studju biex jiġi stallat lift fl-appartamenti li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu sepatarament? Jekk iva, x'kien l-eżitu? Jekk le, jista' jsir mill-aktar fis?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar kienet irċeviet applikazzjoni taħt Skema V mir-residenti ta’ Flat li jagħmel parti minn blokk ta’ sitt appartamenti. Wieħed mir-regolamenti ta’ din l-iskema jesiġi li qabel ma tiġi sottomessa applikazzjoni, ir-residenti għandhom jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti tal-Blokk biex taċċetta r-responsabbilitajiet marbuta ma’ manutenzjoni tal-lift u tal-partijiet komuni u ħlas tal-konsum tal-elettriku u tat-telefon. Ir-residenti ta’ dan l-appartament ġew mitluba jiffurmaw din l-Assoċjazzjoni permezz ta’ ittra datata 28 ta’ Jannar 2010 u biex jikkuntattjaw l-Awtoritá meta din tiġi mwaqqfa u jiġi maħtur Rappreżentant. Jiena nfurmat li sal-lum l-Awtoritá tad-Djar ma rċevietx tweġiba għal dan u billi għadda ż-żmien mid-data ta’ din l-ittra u l-Iskema V ħaditilha postha l-Iskema ġdida E, tkun trid issir applikazzjoni ġdida permess ta’ din l-iskema tal-aħħar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq l-Arċisqof bejn Triq Sant'Orsla u Triq il-Lvant, il-Belt Valletta hux se tingħata tarmak?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant illi din it-triq hi responsabbiltà tal-kunsill lokali u mhix inkluża fil-programm tar-riabilitazzjoni taċ-ċentru tal-Belt.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkunsidrat li r-rotta tal-Arriva Valletta - Żurrieq tidħol fid-daħla tar-Residenza San Vincenz de Paul biex familjari ta' residenti jsibuha aktar komda?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31079.
Madanakollu, ninsab infurmat illi kemm ir-rotta 71, li tgħaqqad il-lokalità taż-Żurrieq mal-Belt Valletta, kif ukoll ir-rotta 117 li tgħaqqad il-lokalità taż-Żurrieq mal-Isptar Mater Dei jieqfu viċin ir-residenza ta’ San Vinċenz de Paule għalkemm ma jidħlux sa quddiem l-isptar.
Infurmat ukoll illi l-unika rotta li tidħol quddiem din ir-residenza hija rotta 135. Din ir-rotta titħaddem minn vettura iżgħar. Meta wieħed juża’ r-rotot 117, kif ukoll is-71, dan ikun jista’ jieqaf fuq il-bus stop Farruġ minn fejn ikun jistgħa jaqbad ir-rotta 135 li twasslu sa quddiem din ir-residenza.
informazzjoni dwar ir-responsabbiltà ta' tiswija ta' appartamenti tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-responsabbiltà għat-tiswija ta' ħsarat f'soqfa ta' flats tal-gvern hux se tibda tiġi amministrata mill-kunsilli lokali? Jekk fl-affermattiv, minn meta? Dan jgħodd ukoll għal tiswija ta' periklu jew tal-komun f'kondominja tal-appartamenti li fil-biċċa l-kbira huma mikrija mill-gvern?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-awtorità se tibqa’ żżomm ir-responsabbiltà tal-manutenzjoni strutturali u straordinarja tal-proprjetajiet t’akkomodazzjoni soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt ġewx identifikati mid-Dipartiment tas-Saħħa mediċini ġeneriċi li kienu substandard jew saħansitra mediċini foloz? X'inhu jagħmel il-Ministeru sabiex ikun ċert li l-mediċini li qegħdin jinxtraw fil-pajjiż qegħdin ikunu ta' kwalità tajba?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li biex prodott mediċinali jitpoġġa fuq is-suq f’Malta irid jiġi ireġistrat. Fil-proċess tar-reġistrazzjoni tiġi evalwata l-kwalità tal-prodott kemm għall-mediċini ġeneriċi kif ukoll mediċini ta’ referenza. F’każ ta’ mediċini ġeneriċi, jiġi assigurat li dawn huma ekwivalenti għall-mediċini ta’ referenza. Jekk jiġu identifikati prodotti fuq is-suq li ma jkunux skont il-liċenzja tar-reġistrazzjoni, dawn jinġabru minn fuq is-suq.
Fl-Unjoni Ewropea teżisti sistema fejn informazzjoni fuq mediċini li jistgħu jkunu mhux tal-kwalita’ mistennija jew jista’ jkollhom diffett f’xi lott, tiġi ikkomunikata mal-istati membri kollha, biex jekk ikun hemm bżonn tinġabar minn fuq is-suq. Malta bħala stat membru fl-Unjoni Ewropea hija nvoluta f’din is-sistema.
L-Awtorità dwar il-Mediċini tieħu kampjuni ta’ xi prodotti mediċinali minn fuq is-suq u dawn jiġu evalwati f’laboratorju.
Kif ġie spjegat, biex prodotti mediċinali jitpoġġew fuq is-suq dawn iridu jkunu irreġistrati. Il-prodotti mediċinali jitqassmu f’katina tal-provista mill-manifattura sal-ispiżeriji li hija rregolata.
Mediċina ffalsifikata hija mediċina li l-kontenut tagħha u/jew isimha u/jew is-sors tagħha jkunu ppreżentati apposta b’mod qarrieqi. Il-mediċini ffalsifikati jista’ jkun fihom ingredjenti tajbin jew ħżiena, ammont ħażin ta’ ingredjenti, nuqqas ta’ ingredjenti jew ippakkjar iffalsifikat. Il-falsifikazzjoni tapplika kemm għall-mediċini oriġinaturi kif ukoll għall-mediċini ġeneriċi.
Sa issa ma nstabux prodotti mediċinali ffalsifikati fil-katina tal-prodotti rregolati f’Malta. Kien hemm żewġ każijiet ta’ prodotti ffalsifikati iżda dawn ma kienux fil-katina tal-provista legali għall-pazjenti Maltin.
L-Unjoni Ewropea ppublikat leġislazzjoni ġdida li hija intenzjonata biex tkompli tnaqqaas ir-riskju ta’ prodotti mediċinali iffalsifikati minn fuq is-suq. Dawn il-liġijiet qed jiġu addottati fil-liġijiet lokali u jiġu fis-seħħ fil-bidu tal-2013.
Jista' l-Ministru jikkonferma minn mindu ttieħdet id-deċiżjoni li l-kunsilli lokali li qed japplikaw għall-fondi tal-Unjoni Ewropea mal-MEUSAC mhux qed jiġu mejgħuna sal-iffirmar tal-grant agreement?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29182 fejn il-Ministru tat lista ta' peripatetic drama teachers, tista' l-Ministru tgħid xi kriterju ntuża sabiex waslu sal-għażla finali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk wasalx iż-żmien biex persuna li tkun xi darba weħlet sentenza ta' prigunerija, u allura din tkun tidher fuq il-kondotta, din b'xi mod titneħħa jew tittaffa u dan sabiex persuni bħal dawn ma tibqax kważi impossibbli għalihom li jibdew ħajja ġdida u jkollhom impjieg? Jista' jikkonferma jew le jekk dan hux jiġri ma' persuni bħal dawn bil-kondotta mċappsa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Ordinanza dwar iċ-Ċertifikati tal-Kondotta (Kap 77) diġa' tipprovdi dwar kundanni, inkluż dawk ta’ priġunerija, li ma għandhomx jitniżżlu fiċ-ċertifikati tal-kondotta kif ukoll iż-żmien meħtieġ sabiex kundanna ma tiġix reġistrata.
Birgu — Triq Kottonera - xogħol ta' tarmak fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' tarmak li sar fi Triq Kottonera, il-Birgu issodisfax lil min kien responsabbli li jiċċertifikah bħala xogħol ta' livell? Jista' jgħid jekk sarx xi ilment dwar il-kwantità kbira ta' lima li qed iżomm wara kull ħalba xita f'parti minn din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien jikkonsisti fil-bdil tal-wiċċ ta’ parti mit-triq u għalhekk, bħalma jiġri dejjem f’każi bħal dawn, jinżammu l-livelli eżistenti tat-triq.
Transport Malta ma rċeviet l-ebda lment dwar il-problema msemmjia mill-Onor. Interpellant, madankollu se jiġu spezzjonati l
-culverts
taż-żona biex tittaffa din il-problema.