Legislature:
Category:
Reset
Active:

Good Causes Fund — entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta twaqqfet il-good causes fundliema huma l-entitajiet li jibbenefikaw sena b'sena? Kemm kien l-ammont fi flus li ħadu kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Good Causes Fund

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex wieħed japplika sabiex jibbenefika mill-good causes fund? Min hu intitolat biex jibbenefika minn dan il-fond?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

għajnuna lill-ħaddiema bla impjieg

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37778, jista' l-Ministru jgħid ir-raġunijiet u jingħataw ċifri għal dan il-qtugħ?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li in konnessjoni ma Mistoqsija Parlamentari 37778 irrid inzid dan li gej: Skond l-informazzjoni li għandna, b’kollox twaqqfu 1,666-il talba ta’ l-Għajnuna tal-Qgħad bejn Jannar – Settembru 2012. Tajjeb li tkun infurmat ukoll li dawn l-1,666 fil-verita’ jirrapreżentaw 1,609 persuna għax kien hemm minnhom li kellhom aktar minn talba waħda għal Għajnuna tal-Qgħad li twaqqfet. Raguni Ghadd Ircevew Pensjoni 6 Sabu mpjieg 29 Qabzu l-iskala tal-mezzi stabbilita 17 Inqatghu mir-registrar 15 Mhux aktar intitolati 119 Waqfu jirregistraw 1449 Sospizi ghal investigazzjoni 4 Sospizi temporanjament 27 TOTAL 1666

National Accounts — breakdown - diskrepanza

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 37327, jista’ l-Ministru jispjega kif iċ-ċifri mogħtija lilu juru li fit-tieni kwart tas-sena 2012 in-nefqa kapitali tal-gvern kienet ta’ €49m, filwaqt li ċ-ċifri tal-finanzi pubbliċi ppubblikati ġimgħa ilu mill-NSO qed juru nefqa kapitali ta €9m biss, li jfisser diskrepanza ta' €40m? Din id-diskrepanza ta’ €40m fi n-nefqa kapitali hija dovuta għall-inkluzjoni tad-dħul tal-konċessjoni tal-lottu lill-Maltco, li qed titnaqqas min-nefqa kapitali tal-gvern fit-tieni kwart tal-2012? Jekk din mhiex ir-raġuni ta' din id-diskrepanza jista' l-Ministru jagħti spjega ċara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Aġenzija Sapport — Ċentri tal-Persuni b’Diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri tal-Persuni b’Diżabilità u għal kull resident li jgħix f’xi dar residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghas-sena 2011 l-ispiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum huwa ta` € 10,952 fis-sena ghal-kull klijent individwali u ta` €57,406 fis-sena għal kull resident li jgħix f'xi dar residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport
Leg 11 PQ #38003 Sitting 523 2012-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Intern

Wied il-Għajn — għassa tal-pulizija

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27283, 32097 u 34322 jista’ l-Prim Ministru jindika jekk hux se tinbena għassa tal-pulizija f’Wied il-Għajn wara li kienet indikata lista twila ta’ proprjetajiet battala f’din il-lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi minn verifiki li saru irriżulta li l-ebda wieħed mill-postijiet indikati ma huwa tajjeb sabiex jintuża bħala Għassa tal-Pulizija. Madankollu ninsab infurmat ukoll illi l-Għassa tal-Pulizija ta' Wied il-Għajn qiegħda tinżamm miftuħa għall-pubbliku regolarment. Huma biss f’każijiet eccezzjonali u fejn l-ezigenzi tas-servizz jkunu jirrikjedu mod ieħor, li tingħalaq din l-Għassa. Dan isir meta il-preżenza tal-pulizija f’din il-lokalità tkun meħtieġa barra mill-Għassa jew f’xi post ieħor.

każijiet ta' tfal abbandunati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet ta’ tfal li ġew irrappurtati lill-Pulizija għax kienu abbandunati mill-ġenituri tagħhom matul il-ħames snin li għaddew? Mil-liema lokalitajiet kienu ġejjin dawn il-każijiet? Kemm minnhom dawn it-tfal spiċċaw b’care order?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghall-fini ta din ir-risposta, Agenzija APPOGG tiddefinixxi tfal abbandunati meta ma jkunx hemm tracci tal-genituri fil-punt tal-Ordni tal-Harsien. Matul dawn l-ahhar hames snin kien hemm zewgt kazijiet ta’ tfal li gew abbandundati f’Cospicua u fir-Rabat rispettivament u li saret hidma mal-pulizija. Dawn iz-zewg minuri gew prottetti bl-Ordni ghall-Harsien.

Quality Servce Charters — Fondazzjoni għas-Servizz tal-Ħarsien

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 34323, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-professjonisti u l-email addresses tagħhom li jaħdmu fis-servizzi msemmija f’din il-mistoqsija speċjalment għall-benefiċċju tal-klijenti?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ismijiet tal-professjonisti u l-email addresses tas-servizzi varji fi hdan il-Fondazzjoni Ghal-Servizzi ta’ Harsien socjali jinsabu hawn that imsemmija. FSWS Human Resources Department HR Manager Vivienne Mallia Goham vivienne.mallia@gov.mt Agenzija Sapport Social Work Services: Assitant Manager Carmen Burmingham carmen.burmingham@gov.mt Leader Lorraine Gauci lorraine.a.gauci@gov.mt Community Services Assitant Manager Carmen Burmingham carmen.burmingham@gov.mt Leader Vanessa Caruana vanessa.caruana@gov.mt Residential Services Services Manager Elaine Galea elaine_galea@hotmail.com Resource Services Services Manager Elaine Galea elaine_galea@hotmail.com Day Services Services Manager Mauro Farrugia mauro.farrugia@gov.mt Services Executive Adreana Sammut adreana.sammut@gov.mt Agenzija sedqa Care Services Manager Manuel Mangani manuel.mangani@gov.mt Asstant Manager Godwin Saliba godwin.saliba@gov.mt Drugs Community Team Unit Leader Bridget Fava bridget.bonnici@gov.mt Alcohol & Gambling Community Team Unit Leader Stephanie Caruana stephanie.b.caruana@gov.mt Substance Misuse Out-Patients Unit (Detox) Nursing Officer Joe Caruana joseph.k.caruana@gov.mt Substance Misuse In-Patient Unit (Dar l-Impenn) Unit Leader Renato Camilleri renato.camilleri@gov.mt Komunita’ Santa Marija & Zerniq (Residential Programmes) Unit Leader Jacqueline Zammit jacqueline.c.zammit@gov.mt Psychology and Family Therapy Services Unit Leader Antonella Mizzi antonella.mizzi@gov.mt Agenzija APPOGG Out of Home Care Programme Service Manager Dr Patricia Bonello patricia.bonello@gov.mt Intake and Protection Services Service Manager Ms Ruth Sciberras ruth-rose.sciberras@gov.mt Family and Health Services Service Manager Ms Mary Anne Gauci marianne.gauci@gov.mt Community Services Service Manager Ms Catherine Fleri Soler catherine.fleri-soler@gov.mt Children and Young Person’s Support Services Service Manager Ms Graziella Castillo graziella.castillo@gov.mt
Leg 11 PQ #38006 Sitting 523 2012-11-19 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

childcare centres — assessment fuq it-tfal

Question

Tista’ l-Ministru tordna fil-futur sabiex jibda jsir assessment tat-tfal li jkunu għadhom kemm spiċċaw jattendu ċ-childcare centres u dan jingħata lill-ġenituri ta’ dawn it-tfal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa responsabbli mill-operat taċ-Ċentri ta’ matul il-jum għat-tfal Smartkids. Il-ġenituri tat-tfal li jattendu ċ-Childcare Centres immexxija mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi jingħataw rapport dwar il-progress li t-tfal tagħhom ikunu għamlu tul iż-żmien li jkunu attendew iċ-Ċentri Smart Kids. L-informazzjoni f’dan ir-rapport tinġabar minn checklist dwar l-Iżvilupp tat-Tfal kif ukoll minn osservazzjonijiet li jkunu saru b’mod regolari matul l-attendenza tagħhom fiċ-Ċentri. Dan ir-rapport jittratta dawn l-oqsma: • Żvilupp Personali, Soċjali u Emozzjonali (Personal, Social and Emotional Development) • Komunikazzjoni, Lingwa u Litteriżmu (Communication, Language and Literacy) • Problem-Solving, Raġunar u Numeracy (Problem-Solving, Reasoning and Numeracy) • Għarfien u Fehim tad-Dinja (Knowledge and Understanding of the World) • Żvilupp Fiżiku (Physical Development) • Żvilupp Kreattiv (Creative Development) Dan ir-rapport jiġi diskuss mal-ġenituri tat-tfal f’laqgħat li jissejħu Exit Reviews, li jitħejjew għal kull tifel u tifla b’mod individwali. Barra minnhekk jingħata portfolio tax-xogħol kollu li jkun sar matul l-attendenza tat-tfal fiċ-Ċentri Smart Kids.

Aġenzija Sapport — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati full-time u part-time mal-Aġenzija Sapport? X’inhi r-raguni li din l-aġenzija għadha tħaddem ħafna part-timers għad-detriment tar-residenti u klijenti ta’ din l-aġenzija?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa Aġenzija SAPPORT tħaddem 352 impjegat: 302 full-time u 50 part-time. Il-persentaġġ huwa ta’ 85.8% full-time u 14.2% part-time. Il-bżonn li l-Aġenzija tħaddem numru ta’ part-timers huwa kbir minħabba li l-ħinijiet li jistgħu jagħtu part-timers jakkomodaw kemm il-mili ta’ xiftijiet li ma jkunux koperti minn full-timers minħabba li jkun hemm perjodi matul il-ġurnata fejn hemm iktar bżonn ta’ assistenza minn ħinijiet oħrajn. Dan huwa l-każ b’mod partikulari fis-Servizzi Residenzjali fejn għandek ċertu ħinijiet matul il-ġurnata fejn ikollok bżonn sitt ħaddiema fir-residenza filwaqt li f’ħinijiet oħra tkun trid ħafna inqas ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Il-part-timers huma ukoll iktar f’posizzjoni li joffru servizz għal ħin qasir (numru ta’ sigħat) mill-ġurnata. Dan huwa partikularment utli fejn jidħlu s-Servizzi fil-Komunità minħabba li ħafna drabi t-talba mill-persuni b’diżabilità tkun għall-għajnuna waqt ftit sigħat fil-ġimgħa f’mumenti diversi matul il-ġurnata, u għalhekk persuna fuq part-time tkun iktar flessibli biex tindirizza dawn il-bzonnijiet. Barraminhekk, f’sitwazzjonijiet ta’ urġenza fejn ikun hemm sick leave jew injury leave, huwa ħafna iktar faċli li timla x-xiftijiet b’impjegati li huma part-timers għax jaf ikunu iktar disponibbli.

Dipartiment tal-Emerġenza — alcohol poisoning

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu każijiet ta' alcohol poisoning fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, u kemm minn dawn kienu bejn il-ħdax u s-sbatax-il sena, tfajliet u ġuvintur, sena b'sena mill-2008 sal-lum?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Katakombi tal-Imqabba — tindif tal-katakombi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-katakombi tal-Imqabba ma nfetħux għall-pubbliku f'jum l-Imqabba? Veru li dawn il-Katakombi intlew bid-drenaġġ wara li saret ħsara mill-kuntrattur fuq xi katusi? Jista' jgħid meta se jitnadfu sabiex jerġgħu jinfetħu għall-pubbliku?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Dental Specialisation Commission

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġunijiet li wasslu biex ordna li jitwaqqaf Bord tal-Inkjesta dwar id-Dental Specialisation Commission? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' inkjesta? Jista' jgħid għaliex dan ir-rapport ma sarx pubbliku qabel? Jista' jgħid x'passi ttieħdu wara din l-inkjesta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li wara li f’Jannar il-Ministeru irċieva ilment mir-rapreżentanti tal-Universita’ fuq il-Kumitat għall-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti fid-Dentistrija li applikant li kien ġie akkreditat seta’ma kellux il-kwalifiki kollha meħtieġa kif ukoll li seta’ kien hemm xi membri fuq il-kumitat li seta’ kellhom kunflitt ta’ interess kien inħatar Bord ta’ Inkjeta skont L-Att dwar l-Inkjesti biex jisħarreġ l-allegazzjonijiet. Il-Bord issottometta ir-rapport tiegħu fl-24 ta’ Mejju ta’din is-sena liema rapport jindika li seta’ kien hemm xi membri b’kunflitt ta’ interess u għalhekk il-proċess ta’ evalwazzjoni tal-kwalifiki seta’ kien ivvizzjat. Il-Bord evelwa ukoll il-kriterji użati biex saret l-akkreditazzjoni u wera il-fehema li dawn ma kienux kriterji tajba għal tali evalwazzjoni. Ir- rapport intbagħat lill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti fid-Dentistrija għar-rejazzjonijiet tagħhom u il-Kumitat intalab jinforma lis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika x’passi kien bi ħsiebu jieħu. Kopja tar-rapport intbagħtet ukoll lill-Kunisll Mediku. M’hix il-prassi li r-rapporti kollha ta’ inkjesti li jsiru fid-Dipartiment li jsiru pubbliċi jew li jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Minħabba n-natura sensittiva tal-każ in kwistjoni kif ukoll minħabba il-fatt li il-process għadu ma intemmx, ma jinħassx li dan ir- rapport għandu jsir pubbliku iżda inkun lest li nagħti kopja tar-rapport b’mod kunfidenzjali lill-Onor. Interpellant.

Sorsi alternattivi għall-operaturi ekonomiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fl-2012 fuq għajnuna f'investiment f'sorsi alternattivi għall-operaturi ekonomiċi Għawdxin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37661, 36984 u 37254 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Jannar u Awwissu 2012 ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Malta Enterprise u mill-Malta Industrial Parks — gradi mhux maniġerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sejħa saret mill-Malta Enterprise u mill-Malta Industrial Parks mill-4 ta' Jannar 2004 sal-lum sabiex jimtlew b'mod permanenti vakanzi fi gradi mhux maniġerjali u x'kienu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — applikazzjoni pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li għandha applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tad-Djar peress li marida b'qalba u għadha tgħix waħidha fil-fond li biex tidħol f'darha trid titla taraġ għoli u għanda sular u aktar, għadha mingħajr risposta?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni toqgħod ġo post tal-Gvern fl-ewwel sular. Hija tixtieq tpartat ma’ post isfel peress li għandha problema ta’ mobilita’. L-Awtorita’ tad-Djar qegħda tipprova tiddentifika akkommodazzjoni alternattiva għal din l-applikanta. Il-lokalitajiet preferuti mill-applikanta huma Paola, Bormla u Birgu.

Marsa — Sistema tad-drenaġġ - tkabbir tas-sistema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26037, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx it-tkabbir tas-sistema tad-drenaġġ li kellha sseħħ sabiex issolvi l-problemi li jiltaqgħu magħhom ir-residenti tal-Marsa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.