Kulleġġ Dun Ġorġ Preca — cleaners fuq bażi part-time
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-cleaners li jaħdmu fil-Kulleġġ Dun Ġorġ Preca għadhom fuq bażi part-time u mhux full-time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ingaġġ ta’ cleaners fl-iskejjel ta’ l-istat isir fuq bażi part-time minħabba li l-approvals li ngħataw għall-ingaġġ huma fuq bażi ta’ part-time u mhux full-time.
Bħal fi kwalunkwe skola oħra, il-
cleaners
fil-Kulleġġ Dun Ġorġ Preca jaħdmu fuq bażi
part-time
skont is-sejħa għall-applikazzjoni tagħhom.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30904, tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar dwar il-ħsarat li saru fit-Triq tax-Xlendi?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li saru spezzjonijiet fuq il-post fil-preżenza tal-kuntrattur u s-supervisor tax-xogħlijiet fejn ġiet stabilita l-kawża tal-ħsara. Il-kuntrattur assuma r-responsabbiltà tal-ħsara u qed jirranġa l-ħsarat għas-spejjeż tiegħu.
Għawdex — pjan biex titkabbar il-kapaċità ta’ ħażna tal-ilma fil-widien
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux xi studji jew hemmx xi pjan biex titkabbar il-kapaċità tal-ħażna tal-ilma fil-widien f’Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ser jitkompla xogħol ta' tindif ta' lqugħ tal-ilma biex kemm jista' jkun jiġi rkuprat il-volum oriġinali u li sa issa huwa ppjanat li tiżdied il-ħażna tal-ilma iżda mhux fil-widien.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31323 u jgħid kemm kien il-konsum totali tal-ilma f’Malta u Għawdex separatament mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dan il-konsum kif kien imqassam fuq l-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ u dak domestiku?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31756.
informazzjoni dwar konsum tal-ilma fl-oqsma differenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31317 u jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma fl-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ, tat-turiżmu, tal-agrikoltura u fil-qasam domestiku f’Malta u f’Għawdex separatament, kull sena mill-2000 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Transport Malta — kriterji meħtieġa biex tigi milqugħa talba għal reserved parking
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji meħtieġa biex tigi milqugħa talba għal reserved parking minn Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kriterji ta' eliġibilita' għal parkeġġi riżervati huma dawk stabbiliti fil-Guidelines for the Implementation of Traffic Management and Safety Measures and Temporary Diversions of Traffic. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamta is-sezzjoni relevanti tad-dokument imsemmi.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex it-tfal tal-year 6, li se joqogħdu għall-end of year benchmark u li ilhom bis-sistema tar-reader snin, se jkollhom readers għall-eżami tal-matematika u mhux għal suġġetti oħra u dan meta ħafna minn dawn it-tfal issa li ġew infurmati b'dan qed jaqtgħu qalbhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-raġuni għaliex fil-End of Year 6 Benchmark ma jingħatax reader fil-lingwi iżda jingħata fil-Matematika biss huwa minħabba l-fatt illi fil-lingwi l-objettiv ewlieni tal-assessjar huwa l-Qari u l-Fehim mill-Qari. Mill-banda l-oħra, fil-Year 4 u Year 5 jingħata Reader fil-lingwi għaliex f’dan l-istadju t-tfal ikunu għadhom qed jiżviluppaw il-ħiliet fil-Qari u l-Fehim mill-Qari. Fil-Benchmark jinħtieġ li nkejjlu x’kapaċitajiet akkwistaw it-tfal wara sitt snin tal-primarja.
Għawdex — Għarb - kumpens għar-raba' meħuda biex titwessa' triq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31594 u jispjega kif il-porzjon raba', li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ġiet meħuda biex titwessa' triq li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament fl-Għarb Għawdex u dan meta s-sidien tagħha ma ġew infurmati b'xejn u lanqas ħadd ma avviċinahom biex jieħu l-kumpens spettanti lilhom skont il-ligi u skont ir-records jidher li l-esproprju sar mill-Ministru għal Għawdex u mhux mill-Kummissarju tal-Artijiet? Jista' jagħti spjegazzjoni għal dan kollu u jgħid kif u meta se jingħataw il-kumpens dawn in-nies?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li ngħatat separatament mhux possibbli li tkun identifikata l-art indikata billi fl-istess triq ittieħdu diversi biċċiet ta’ art. Ta’ min jgħid ukoll li r-referenzi li ngħataw ma jirrelatawx ma' files tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern. Għalhekk huwa suġġerit li l-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament tindika fuq site plan l-art li qed titlob kumpens għaliha.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31593 u jgħid meta se jitħallas il-kumpens lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi id-Dipartiment tal-Artijiet jkun jista jħallas il-kumpens dovut lill-familja li d-dettalji tagħha ngħataw separatament malli s-sidien ta’ l-art jagħtu prova tat-titolu tagħhom fuq l-istess art. Għal dan il-għan, huma mħeġġa li jikkuntatjaw is-Sezzjoni tal-Kuntratti tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern biex jingħataw aktar dettalji ta’ kif għandhom jagħmlu dan.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Atacor tat-10mg tinstabx fuq il-lista ta' pilloli li l-gvern iġib u li jagħti lil dawk il-persuni li għandhom bżonnha għall-kura tagħhom u li jikkwalifikaw għaliha taħt il-kartuna r-roża jew il-kartuna s-safra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina msemmija (Atorvastatin) tinsab fuq il-lista ta’ mediċini li l-gvern iġib u li jagħti b’xejn. Din il-mediċina jikkwalifikaw għaliha persuni b’kartuna safra li jbatu minn Mard Iskemiku tal-Qalb, Nephrotic Syndrome, Mard tal-Kliewi Kroniku jew Pressjoni Għolja, u persuni b’kartuna roża li għandhom id-Dijabete Mellitus.
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-Nebido 1000mg/4ml injection tinstabx fuq il-lista ta' injections li l-gvern iġib u li jagħti lil dawk il-persuni li għandhom bżonnha għall-kura tagħhom u li jikkwalifikaw għaliha taħt il-kartuna r-roża jew il-kartuna s-safra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-mediċina msemmija tinsab fuq il-lista ta’ mediċini li l-Gvern iġib u li jagħti b’xejn. Din il-mediċina jikkwalifikaw għaliha persuni b’kartuna safra li jbatu minn ipogonadiżmu (hypogonadism) maskili minħabba kundizzjoni kronika li tinsab fil-Ħames Skeda tal-Att dawr is-Sigurtà Soċjali, u li jiżviluppaw imġiba aggressiva bl-injezzjoni ta’ testosterone enanthate.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Actoriel Plus Ca&D tat-35mg film coated tablets + 1000mg/880 IU effervescent granules tinstabx fuq il-lista ta' pilloli li l-gvern iġib u li jagħti lil dawk il-persuni li għandhom bżonnha għall-kura tagħhom u li jikkwalifikaw għaliha taħt il-kartuna r-roża jew il-kartuna s-safra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma tinsabx fuq il-lista ta’ mediċini li l-Gvern iġib u li jagħti b’xejn.
Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' meta l-pilloli Latrazole tat-2.5mg, li huma meħtieġa għal dawk il-persuni li jkunu għaddew mit-trawma tal-kura tal-kanċer, se terġa’ tkun in-stock? Jista’ jgħid din il-mediċina kemm ilha out-of-stock u għalfejn tħalliet tiżviluppa din is-sitwazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-aħħar kwantità ta’ dawn il-pilloli li tqassmet aktar kmieni dan ix-xahar kienet ta’ 4,590 pillola. Minn records li għandu d-Dipartiment jidher li din il-mediċina tqassmet b’mod regolari matul is-sena 2011. Hemm ordni ta’ 18,000 pillola li għadha pendenti u li delivery tieħu tnax-il ġimgħa minn meta l-ordni tiġi konfermata.
Jista’ l-Ministru jara għalfejn il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ilha aktar minn erba' snin tistenna biex issirilha operazzjoni tal-katarretti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjenta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għandha vista mal-konsulent fl- 20 ta’ Frar 2012. Wara din l-vista, deċizjoni se tittieħed biex il-pazjenta tiġi operata jekk jinsab li l-każ tagħha huwa wieħed urġenti.
każini tal-baned li rċevew fondi mill-Good Causes Fund
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-każini tal-baned li fl-aħħar erba’ snin irċevew għotjiet mill-Good Causes Fund? Jista’ fl-istess tweġiba jgħid kemm kien l-ammont li ngħataw u għal liema raġuni ngħataw din l-għajnuna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa x-xogħol fil-Public Broadcasting Services biex studio li qabel kien jintuża mit-taqsima tal-aħbarijiet inbidel biex ikun l-istudio tal-Magic Radio? Tista’ tgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Public Broadcasting Services issa biex jinħoloq studio ieħor għall-użu tat-taqsima tal-aħbarijiet u kemm dan huwa stmat li se jiġi jiswa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol kollu li sar biex l-istudio tal-aħbarijiet jiġi konvertit fi studio għal Magic Radio, huwa elenkat hawn taħt (VAT inluż).
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudio għall-Aħbarijiet ġdid diġà sar, u apparti mill-Aħbarijiet qed jintuża wkoll għall-programmi TVAM, Kontrattakk u Dissett.
€
Demolishing
672.60
Plastering
292.52
Structural
4058.02
Painting
1141.30
Aluminium
820.00
Other
752.73
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol li bihom ġew impjegati persuni fil-Public Broadcasting Services fl-aħħar xhur? Huwa minnu li dawn m’għandhomx l-obbligu taż-żmien ta' prova (probation)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kundizzjonijiet li bihom ġew ingaġġati l-impjegati ġodda huma normali. Mhuwiex minnu li l-impjegati l-ġodda m’għandhomx obbligu ta’ żmien ta’ prova.