Legislature:
Category:
Reset
Active:

spezzjoni fuq ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq il-ħsara fil-balavostri u l-madum fil-parapetti komuni ta' proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-inkwilin qatt ma rreġistra lment mal-Awtorità tad-Djar. Huwa imħeġġeġ jikkuntattja l-Customer Care tal-Awtorità sabiex ikunu jistgħu jieħdu d-dettalji tal-każ u jżommuh infurmat bir-riżultanzi tal-ispezzjoni.

applikazzjoni dwar irranġar ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-irranġar fi proprjetà tal-gvern li saret f'isem il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-inkwilina imsemmija qatt ma tefgħet applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar. Hija imħeġġa tikkuntattja l-Customer Care tal-awtorità sabiex ikunu jistgħu jispjegawlha kif tapplika għall-iskema li hija interessata tidħol fiha.

numru ta' kawżi pendenti quddiem l-Qrati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta' kawżi pendenti quddiem il-Qrati Maltin, bħalissa? F'liema partijiet tal-Qrati tagħna huma pendenti dawn l-istess kawżi?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Tweġiba mill-Qorti Civili ta’ Malta: B’referenza ghall-interpellazzjoni tal-Onor Membru in-numru ta’ kawzi pendenti quddiem il-Qrati ta’ Malta huwa s-segwenti: Qrati Numru ta’ kawzi pendenti Qorti Kostituzzjonali 54 Qorti tal-Appell (Superjuri) 777 Qorti tal-Appell (Inferjuri) 324 Qorti Civili Prim’ Awla 4593 Qorti Civili Prim’ Awla (Sede Kostituzzjonali) 199 Qorti Civili (Sezzjoni tal-Familja) 1282 Qorti tal-Magistrati (Civil) 1147 Bord tal-Arbitragg dwar l-Artijiet 199 Bord li Jirregola l-Kera 455 Bord dwar il-Kontroll ta’ Kiri ta’ Raba’ 106 Tribunal ghal Qsim tal-Wirt 18 Tribunal tal-Appell tal-Kompetizzjoni u Konsumatur 3 Tribunal ta’ Revizjoni Amministrattiva 339 Tribunal ghal Talbiet Zghar 1147 Twegiba mill-Qorti ta’ Għawdex: Kawżi pendenti: ĠURISDIZZJONI ĊIVILI (sal-aħħar tas sena 2011) Superjuri (Familja u Ġenerali) 548 Inferjuri 76 Qorti tal-Appell – Inferjuri 7 Total 638 Mill-figura mogħtija għas-Superjuri hemm 46 kawża li hija differita sine die filwaqt illi fil-Ġurisidzzjoni Inferjuri hemm 7 hekk differiti. Dawn il-figuri jirreferu għal kawżi biss (rikorsi ġuramentati) u ma jinkludux rikorsi oħrajn jew mandati ta’ inibizzjoni. ĠURISDIZZJONI KRIMINAL (sal-aħħar tas-sena 2011) Kawżi Sommarji 36 Kumpilazzjonijiet 226 Dwana 1 Eco Tax 0 VAT 77 Sanita’ 0 ETC 12 Labour And Emigration 1 ALE 36 MEPA 0 Traffiku 43 Kolliżjonijiet 1 Tad-Distrett 449 Minuri 4 Health & Safety 0 Tal-Familja 0 Letters of Request 0 Libell (Kriminali) 0 Breach of Bail Conditions 0 Income Tax 3 Qorti tal-Appell (Inferjuri) 17 Twegiba mill-Qorti Kriminali ta’ Malta: Courts of Magistrates (Malta) -Criminal Jurisdiction PENDING 2011 Summary Proceedings 1161 Compilations 3082 Customs 86 Eco Tax 41 VAT 910 Health 222 ETC 77 Labour And Emigration 119 ALE 21 Planning Authority 15 Traffic 650 Collisions 271 Districts 4032 Minors 22 Health & Safety 65 Family Court 262 Letters of Request 7 Libel Criminal 14 Breach of Bail Conditions 6 Income Tax 349 Criminal Courts (Superior) PENDING 2011 Trials by Jury 94 Court of Criminal Appeal (Inferior) 606 Court of Criminal Appeal (Superior) 52

numru ta' persuni li qed jirċievu ċ-children's allowance

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni taħt l-20 sena li qed jirċievu ċ-children's allowance? Kif inhuma mqassma dawn l-istess persuni skont il-lokalità li ġejjin minnha?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qed nissottometti fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Bugibba u Qawra — lukandi magħluqa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx lukandi li kienu magħluqa fl-inħawi ta' Bugibba u l-Qawra, inkluz San Pawl il-Bahar, li hu mistenni li jinfetħu mill-ġdid fil-ġimgħat li gejjni?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Shooting ranges — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għal shooting ranges madwar Malta u Għawdex? Meta ġiet aġġornata l-aħħar darba l-policy dwar ix-shooting ranges?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont is-sistema tal-informatika tal-Awtorià ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess Awtorità għandha quddiemha applikazzjoni waħda pendenti għal shooting range. L-infomazzjoni ġiet miġbura mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet pendenti li fil-proposta tagħhom għandhom waħda mill-kliem shooting jew sparar. Bħalissa għadejjin diskussjonijiet mal-Weapons Board fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern u Affarijiet Parlamentari bl-iskop li eventwalment jiġi aġġornat il- policy guidance . Dawn id-diskussjonijiet għandhom jiġu konklużi fi żmien qarib.

spezzjonijiet fitosanitarji fuq siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet biex isiru spezzjonijiet fitosanitarji fuq siġar li ġew Malta minn barra (kemm mill-Ewropa kif ukoll le) matul is-sena li għaddiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Matul is-sena li għaddiet kien hemm tliet talbiet sabiex isiru spezzjonijiet fitosanitarji fuq siġar li waslu Malta minn barra. Dawn it-talbiet kienu jirriġwardaw tliet siġriet tal-palm. Din l-informazzjoni ma tinkludix l-ispezzjonijiet ta’ nfurzar li saru fuq is-siġar bħala parti mis-sorveljanza tad-Direttorat tas-Saħħa tal-Pjanti u mhux wara xi talbiet partikolari.

proċess ta' tagging tal-klieb

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess ta' tagging tal-klieb f'Malta u f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li min meta daħal fis-seħħ l-Avviż Legali 199 tal-2010 sas-7 ta’ Frar 2012, inħarġu 11,300 ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-klieb wara li ġew istallati b’microchip. Tajjeb li ngħid ukoll li jekk wieħed jinkludi dawk il-klieb tal-PET NET, in-numru jitla’ għal madwar 22,000 kelb microchipped.

Furjana — Sqaq Harper - parking bays għall-pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il parking bay fi Sqaq Harper, il-Furjana hu riservat għall-vetturi ta' outpatients li jmorru għall-kura tal-cancer fl-Isptar Boffa? Japprezza l-Ministru li dawk f'Telgħet il-Kurċifiss mhumiex addattati għal persuni hekk morda? Saru talbiet mal-awtoritajiet ta' Trasport Malta u dawk lokali għal dan il-għan u x'irriżulta fil-każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fi Sqaq Harper, il-Furjana hemm 3 parking bays riservati għal pazjenti li jmmoru l-Isptar Boffa għall-kura tal-Kanċer. Ma dawn hemm 7 parking bays oħra fit-telgħa tal-Kurċifiss. Saret talba lill-Trasport Malta sabiex jiżdiedu parking bays , madankollu din it-talba għadha ma ġietx approvata.

kunsilli lokali — informazzjoni dwar kuntratti ta' ġbir ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-kuntratti ta' ġbir tal-iskart [bieb bieb], ġbir tal-iskart bulky (bieb bieb), knis ta' toroq u postijiet oħra pubbliċi u tindif tal-latrini li ngħataw mill-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex mis-sena 2008 sal-aħħar tas-sena 2011, sena b'sena, kuntratt b'kuntratt, lil min u b'kemm u t-tul ta' żmien li jkopri kull kuntratt? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratturi humiex jingħataw id-differenza fil-prezz għall-għoli tad-diesel u/jew fuel ieħor, kull meta jogħla l-fuel? Jista' jara li dawn il-kuntratti u d-dettalji msemmija fl-ewwel parti ta' din il-mistoqsija u kuntratti oħra li jistgħu jingħataw mill-kunsilli lokali, jibdew jiġu ppubblikati fuq il-website tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali bil-għan li jkun hemm trasparenza u dan għaliex dan huwa infiq ta' flus il-poplu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Peress illi l-informazzjoni hekk kif mitluba mill-Onorevoli Membru għadha qed tinġabar, it-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.

Residenza San Vinċenż De Paul — tmexxija tan-night shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tmexxija tan-night shelter fir-Residenza San Vinċenz de Paul hijiex se tkun f'idejn ex impjegat/uffiċjal tar-residenza u l-mara tiegħu flimkien? Jekk iva, għaliex intgħażlu huma u ma saritx sejħa b'mod trasparenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li r-responsabilta tat-tmexxija tan-Night Shelter taqa’ taħt il-management ta' San Vinċenz de Paul u s’issa ma’ ġie identifikat l-ebda individwu.

materjal għad-djar tal-anzjani tal-gvern immexxija mill-privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif id-djar tal-anzjani tal-gvern (Mellieħa, Bormla u Żejtun) li huma mmexxija mill-privat, jieħdu supply ta’ materjal bħal ingwanti, catheters, pillolli eċċ. mir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-djar tal-anzjani imsemmija (Mellieħa, Bormla u Zejtun) huma tal-Gvern mmexxija parti mill-Gvern u parti mill-privat. Billi huma Djar tal-Gvern dawn jieħdu supply ta` materjal bħal ingwanti, catheter,s eċċ. mir-Residenza San Vinċenz de Paul. Skont il-każ, il-pilloli jinġabru mill-Ispizeriji ta` l-Għażla Tiegħek, rispettivament.

Għawdex — Dipartiment tal-Vat - kwestjoni dwar il-ħinijiet li l-uffiċċju jkun miftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tal-VAT f'Għawdex ħafna drabi qed ikun magħluq? (per eżempju dan id-dipartiment kien magħluq l-Erbgħa 4 ta’ Jannar u t-Tnejn 23 ta’ Jannar 2012)? Jaf li konsegwenza ta’ dan li l-pubbliku li jkollu bżonn imur fdan l-uffiċċju mhux qed jinqeda kif suppost u qed ikollu jerġa' jmur diversi drabi oħra? Jaf li skrivana waħda f’dan l-uffiċċju li taħdem bir-reduced hours ma tistax tagħti servizz effiċjenti lill-pubbliku? Jista’ jgħid meta se jintbagħat replacement għall-principal officer li spiċċa f’Marzu tas-sena l-oħra biex forsi x-xogħol f’dan l-uffiċċju jkun jista' jibda jiffunzjona kif suppost?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi filwaqt li d-Dipartiment tal-VAT qiegħed jieħu l-passi neċessarji sabiex timtela’ l-vakanza ġewwa l-uffiċċju tiegħu f’Għawdex, is-servizz provdut qiegħed temporanjament jingħata min skrivani tal-Inland Revenue f’Għawdex kull meta l-iskrivana tal-VAT li aċċennajt għaliha ma tkunx disponibbli.

kwestjoni dwar min jgħaddi bord

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29028, jista’ l-Ministru jgħid jekk wasalx iż-żmien li tittieħed deċiżjoni finali li persuna li diġà għaddiet bord quddiem it-tobba tal-Bord tal-Invalidità għal iktar minn tliet darbiet, u għalqet il-50 sena, tiġi meqjusa bħala persuna li hija mgħoddija bord permanenti? Jaf il-Ministru li dawn in-nies vulnerabbli qed ikollhom jonfqu ħafna flus kull darba li jiġu biex iġeddu ż-żmien minħabba li jkollhom jagħmlu ċertifikati ġodda?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor Interpellant li biex persuna tikkwalifika għall-pensjoni tal-invalidità il-kundizzjoni medika tagħha trid ‘tkun ta’ natura permananti’. L-enfasi hija fuq in-natura tal-kundizzjoni fiżika u mentali ta’ persuna u mhux l-età u barra minn hekk l-istess Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) jitlob li kull każ ikun rivedut mill-aspett mediku ta’ lanqas kull tliet snin. Tajjeb jiġi ċċarat li meta ssir revizjoni l-persuna kkonċernata tintalab li tissottometti informazzjoni dwar il-kundizzjoni tagħha. Dan isir billi timtela’ formola apposta mit-tabib kuranti tal-persuna. M'hemmx il-ħtieġa li l-persuna kkonċernata tirrikorri għand speċjalista. Barra minn hekk fejn il-persuna tkun qegħda tirċievi kura fi sptar jew klinika tal-Gvern, il-Bord tad-Dipartiment ikollu aċċess għal din l-informazzjoni biex jiġi determinat id-dritt tal-pażjent li jkompli jirċievi l-pensjoni msemmija u b’hekk il-persuna ma jkollhiex għalfejn tibgħat ċertifikati dwar il-kundizzjoni tagħha..

kwestjoni dwar boathouse

Question

B’referenza għall-boathouse li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid taħt liema proċeduri din il-boathouse għaddiet lill-istess inkwilini li kienu ilhom disa' snin ma jħallsu kera għaliha u li kienet u għadha qed tiġi użata minn terzi, mhux bħala boathouse iżda bħala store għall-iscrap u ħwejjeġ oħra marbutin ma’ negozju ta’ restaurant li jinsab sovrappost għall-istess boathouse u dan tul dan il-perjodu kollu? Jista' jgħid taħt liema titolu reġgħet ġiet assenjata l-boathouse lill-istess inkwilini? Jista' jikkonferma li din il-boathouse reġgħet ġiet assenjata lill-istess inkwilin f’Jannar 2011 b’direct order u mingħajr talba għall-offerti b’tender pubbliku? Jista' jikkonferma li l-inkwilini ħallsu multa nominali mingħajr ma ġew imġiegħla jħallsu l-arretrati tal-kera?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Imtarfa — bdil tas-soqfa tal-blokkijiet tal-appartamenti tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern qatt ma esegwixxa xogħlijiet sabiex jinbidlu s-soqfa tal-blokkijiet tal-appartamenti tal-Gvern (ex-military barracks) fl-Imtarfa, liema soqfa kienu ġew ikkundannati mill-periti tal-Gvern wara li l-appartamenti kienu ġew assenjati lir-residenti fl-1985?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti iktar dettalji dwar il-blokki t’appartamenti li qed jirreferi għalihom.
Leg 11 PQ #31740 Sitting 444 2012-02-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - probelma ta' ilma li jidħol mis-saqaf tal-kumpless sportiv

Question

Peress li l-għadd tal-voti tal-kunsilli lokali se jsir fil-kumpless sportiv tar-Rabat, Għawdex u mis-saqaf tal-kumpless jidħol l-ilma, u fil-fatt diġà hemm problema dwar dan, u jekk tinzerta x-xita se jidħol l-ilma mis-saqaf u se jkun ta' inkonvenjent għal dawk kollha li se jkunu qed jaħdmu hemm bħalma huwa ta' inkonvenjent għal dawk kollha li jaħdmu hemm normalment, tista' l-Ministru tara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li nħarġet offerta għall-manutenzjoni tas-Saqaf tal-Kumpless Sportiv li għandha twassal sabiex sal-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fl-10 ta' Marzu tkun tlestiet il-manutenzjoni meħtieġa.

proċess tal-applikazzjoni għall-assenjazzjoni ta’ biċċa art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess tal-applikazzjoni għall-assenjazzjoni ta’ biċċa art li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li wara lid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern kien irċieva talba għal biċċa art mingħand il-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, l-applikant ġie infurmat permezz ta’ ittra datata 19 t’Ottubru 2005, sabiex l-ewwel jikseb il-permess tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-iżvilupp propost, u meta tali permess joħroġ, jibgħat kopja tal-permess flimkien mall-pjanti approvati lid-Dipartiment sabiex it-talba tiegħu tkompli tiġi proċessata. Madanakollu, minn dak iż-żmien ’l hawn id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ma rċieva l-ebda korrispondenza li tinkludi l-permess tal-MEPA, min-naħa tal-applikant u għaldaqstant, it-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament ma tistax tkompli tiġi proċessata.