Jista' l-Ministru jara li l-ARMS Ltd tinvestiga l-każ ta' mara, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tiġi obbligata tħallas kont ta' €391.23 ta' anzjan familjari tagħha li miet fid-9 ta' Ġunju, 2011 u l-proprjetà ta' fejn kien jgħix ingħatat lura lis-sid?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Tista' l-Ministru tara fejn waslet l-applikazzjoni li għamlet omm, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għal Smart Kids, peress li m'għandha lil ħadd min jieħu ħsieb lit-tifla tagħha li għandha sena u xahar u għandha bżonn l-għajnuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa ċ-ċentri kemm ta’ Bormla u tal-Birgu huma mimlijin bi trabi tal-età tat-tifla tal-applikanta. Il-fondazzjoni tassigura li l-iStandards Nazzjonali għall-Facilitajiet tat-Tfal ta’ Matul il-Jum (2006) huma segwiti f’kull ċentru tal-fondazzjoni u għaldaqstant irridu nżommu man-numru stipulat minn dawn l-istandards. Nassiguraw lill-Onor. Interpellant li kif ikun hemm post din l-applikazzjoni tkun ikkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar art agrikola li tingħata lill-bdiewa? Din tingħata jew tinkera bħala art kummerċjali jew b'rati aktar favorevoli? Jekk hemm politika dwar dan jista' jelabora?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31209, 31039 u 30663 u jgħid kemm ingħataw kilometri ta' tarmak mis-sena 2000 'l hawn u f'liema lokalitajiet saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-ġbir ta’ informazzjoni sabiex titwieġeb din il-mistoqsija jirrikjedi ammont kbir ta’ ħin u riżorsi, għalhekk din ma tistax tinġabar hekk kif mitluba.
Madankollu, barra l-informazzjoni ta’ hawn taħt, li jirrigwarda xogħol li sar mill-2008 'il quddiem, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq prinċipali, (Doc A) u lista ta’ xogħlijiet fuq toroq alternattivi li kellhom isiru minħabba xogħol fuq toroq arterjali, parti mill-proġett tat-Ten T (Doc B). Dawn kollha saru mill-2008 'il quddiem.
Xogħol estensiv fuq toroq (Protokol Taljan, Ten T u oħrajn) - 2008:
Luqa – Mġarr 16.0 km
Triq Ħal-Far (Phase 3) 3.0 km
Triq l-Avjazzjoni Ċivili, Luqa 0.6 km
Bypass ta’ San Pawl 3.0 km
Manwel Dimech Bridge 0.3 km
M’Scala Bypass 3.0 km
Ta’ Penellu – Mellieħa 1.8 km
Valletta Road – Żurrieq 2.0 km
Triq Garibaldi u Triq il-Kusill ta’ l-Ewropa – Luqa 2.2 km
Moll iċ-Ċangatura u Xatt l-Għassara tal-Għeneb – Marsa/Floriana 1.0 km
Triq il-Marfa – Ċirkewwa/Mellieħa 2.6 km
Triq l-Imġarr, Triq Fortunato Mizzi, Triq ir-Repubblika –
Rabat/Xewkija,Għawdex 3.1 km
Bini ta’ underpass tal-Marsa 1.0 km
Peresss li l-Onor Interpellant jidher li hu nteressat ikollu informazzjoni dwar xogħol fuq toroq, nitolbu jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 31256, 31656, 31657, 31658 u 31659.
Jista' l-Ministru jagħtina breakdown ta' kemm sajjieda full-time ħadu sussidju direttament mill-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar 5 snin sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm kien n-numru ta' sajjieda full-time u part-time fl-istess perjodu separatment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13327, ninformah li matul l-perjodu msemmi tqassmu total ta’ € 3,118,524 fuq disa’ u erbgħin (49) bastiment/opra tas-sajd registrata li fil-part l-kbira kienu fil-kategorija MFA u ħamsa biss kienu fil-kategorija MFB.
Barra minn dawn is-sussidji diretti individwali, ta’ min isemmi li preżentement hemm allokati ħdax-il miljun ewro oħra għall-perjodu 2007-2013 taħt il-European Fisheries Fund li bihom se jsiru ukoll proġetti biex tissaħħaħ l-industrija tas-sajd. Dan ifisser li sal-2013 dan is-settur se jkun gawda minn investiment totali ta’ madwar erbgħatax-il miljun ewro.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba maqsuma sena b’sena għal dawn l-aħħar 5 snin.
Jista' l-Ministru jagħtina breakdown ta' kemm bdiewa full-time ħadu sussidju direttament mill-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm kienu in-numru ta' sajjieda full-time u part-time fl-istess perjodu separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari, ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31538.
Irziezet/produtturi tat-trobbija tan-nagħaġ — Quality Control
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 31441 u cioè:B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30985, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet saru minn quality controls privati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31443.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31438 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30985, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-ispezzjonijiet irriżulta li kienu ma' normi tal-istandards stabbiliti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31529.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31433, 31041, 30654, 30486 u 30119 u jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31438, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom saru minn entitajiet privati u kemm dipartimenti kienu konċernati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31535.
Jista' l-Ministru jara li jsiru arranġament minn Transport Malta flimkien mal-Arriva biex ir-residenti tas-Swatar ikunu moqdija aħjar speċjalment billi kiber l-inkonvenjent mir-riforma 'l hawn għar-residenti ta' dan l-estate li kulma jmur qiegħed jikber?
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi mtejjeb l-aċċess għar-residenti ta' triqat bħal Mons. Innoċenz Zammit Str Imsida/Swatar, billi mir-riforma tat-Trasport Pubbliku 'l hawn tneħħitilhom il-bus stop u r-residenti qed ikollhom jaqsmu lanes perikoluzi u traffikużi biex jaqbdu l-karozzi tal-linja min-naħa l-oħra faċċata tagħhom filwaqt li m'hemm l-ebda zebra crossing u s-subway li hemm tkun spiss mimlija bl-ilmijiet u t-tajn kull meta tagħmel ix-xita, apparti mill-abbużi li regolarment isiru fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31268 u cioè: Billi fil-leġislatura l-oħra r-residenti ta’ Triq Nazju Ellul, Gżira kienu ġew infurmati li x-xogħol tal-asfaltar kellu jitlesta sa tmiem is-sena 2008, jista’ l-Ministru jindika meta mistenni jsir dan, peress li minn dak iż-żmien ‘l hawn għaddew ‘il fuq minn tliet snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.29257.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31276 u cioè: Filwaqt li wieħed jawgura li jkompli l-impenn favur it-tisħiħ tal-munita tagħna lkoll l-ewro, jista' l-Ministru jgħid jekk xi dipartimenti, aġenziji jew entitajiet governattivi, jew inkella xi korporazzjonijiet jew istituzzjonijiet li fihom għandu xi sehem il-Gvern Malti jew xi entitajiet ikkontrollati minnu, f'dawn l-aħħar xhur għamlux xi studji dwar worst-case scenario fl-eventwalità li tikkollassa l-munita ewro?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Gvern Malti qiegħed jaħdem b’mod attiv sabiex il-problemi finanzjarji u ekonomiċi fiż-żona tal-Ewro jkomplu jiġu ndirizzati u jingħelbu. Il-munita Ewro kienet u għadha b’saħħitha.
Istitut għall-Istudji Turistici — ħaddiema fuq kuntratt indefinit
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-ħaddiema mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistici preżentement fuq kuntratt indefinit fil-grad ta' Officer in Grade hux se jkollhom l-impjieg tagħhom mal-gvern regolarizzat? Meta se tinħareġ l-ittra tal-ħatra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħaddiema mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistici preżentement fuq kuntratt indefinit fil-grad ta' Officer in Grade kellhom l-impjieg tagħhom mal-gvern regolarizzat. L-ittri ntbagħtu lill-ħaddiema.
informazzjoni dwar il-laqgħat li qed jorganizza l-Ministru
Question
B’referenza għas-sensiela ta’ laqgħat li l-Ministru qed jorganizza bit-tema ‘Proġetti ta’ Kwalità Għalik’ f’lokalitajiet tad-distretti elettorali li huwa jikkontesta, fejn fihom il-kostitwenti qed jiġu mistiednin permezz ta’ flyers biex jattendu laqgħat li matulhom tingħata preżentazzjoni dwar ix-xogħol li wettaq il-Ministru kif ukoll dwar il-pjan ta' xogħol li għandu mħejji għax-xhur u snin li ġejjin, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-laqgħat li fl-istedina jġibu l-indirizz tal-uffiċċju privat tiegħu u l-email privat personali tiegħu u li qed jinżammu f’lukandi ewlenin humiex iffinanzjati minn fondi pubbliċi tal-istat jew le?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-laqgħat ma kenux organizzati jew finanzjati mill-istat.
Dipartiment tal-Artijiet u Uffiċċju Konġunt — call for tender għas-servizz ta' avukat
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn inħarġet call for tender għas-servizz ta' avukat għad-Dipartiment tal-Artijiet u Uffiċċju Konġunt, meta dan id-dipartiment diġà għandu avukat impjegat direttament u huwa r-rappreżentant legali tal-istess Dipartiment tal-Artijiet? Jista' jagħti dettalji lil min ingħata dan it-tender u d-dettalji tal-kuntratt?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li s-sejħa għall-Expression of Interest għall-provvista ta’servizz legali lid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern kienet intiża sabiex jitqabbdu avukati privati fuq bażi ta’ Contract for Service sabiex jagħtu għajnuna ta’ servizz legali lid-Dipartment għal perjodu ta’ żmien. Dan huwa provvidiment temporanju peress li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern qiegħed fil-fażi li jimpjega miegħu żewġ avukati wara sejħa għall-applikazzjoni li ħarġet fl-aħħar tas-sena li għaddiet, biex b’hekk ikompli jsaħħaħ l-uffiċċju legali tiegħu biex ikun iktar effettiv u effiċjenti.
Id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern għandu żewġ avukati mpjegati miegħu iżda peress li wieħed mill-avukati kien ser ikun assenti għal xi żmien, u allura d-Dipartiment kien ser jispiċċa b’avukat wieħed impjegat
full time
li jrid ilaħħaq ma’ numru konsiderevoli ta’ kawżi magħmula mid-Dipartiment jew kontra, aċċessi u anke jagħti pariri legali lid-Dipartiment, inħasset il-ħtieġa li temporanjament jitqabbdu avukati privati biex jagħtu servizz legali lid-Dipartiment. Bl-għajnuna ta’ dawn l-avukati, d-Dipartiment jista’ jnaqqas l-ammont ta’ xogħol legali li hemm b’lura u b’hekk ikun jista’ jaħdem iktar effettiv u jżied fl-effiċenza, kif ukoll sabiex jiġi assigurat li l-interessi tal-Gvern fuq il-proprjetà jkunu salvagwardjati.
Minn din is-sejħa tqabbdu 3 avukati biex joffri servizz legali għal perjodu ta’ tnax –il xahar liem kuntratt jista’ jiġi imġedded għall-perjodu ieħor ta’ tnax –il xahar. Is-servizz irid jingħata għal 25 siegħa fil-ġimgħa bir-rata ta’ ħlas ta’ €15.70 (mingħajr VAT) is-siegħa, pagabbli kull erba’ ġimgħat. Kemm il-darba jinħadmu siegħat aktar minn 25 siegħa, isir ħlas bir-rata ta’ €25 is-siegħa (mingħajr VAT) għal kull siegħa aktar li nħadmet.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Membru li l-kuntratt ta’ wieħed minn dawn l-avukati ġie tterminat ftit tal-ġranet ilu.
L-avukati mqabbda biex jagħtu servizz legali lid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern huma:
Dr Stefano Filletti
Dr Michael Tanti-Dougall
Dr Adrian Delia (Kuntratt terminat)
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, intalbet tħallas mal-€1000 bħala spiża meta kienet rikoverata l-isptar? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti spjegazzjoni kif waslu għal dan l-ammont?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija ma tikkonċernax lil dan il-Ministeru. Nitlob għalhekk sabiex tgħaddi ghand il-Ministru kkonċernat.