Legislature:
Category:
Reset
Active:

Foundation for Social Welfare Services — Ħaddiema self employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema li qegħdin joffru s-servizzi tagħhom lill-Foundation for Social Welfare Services bħala self employed minkejja li qegħdin jaħdmu fuq bażi full-time? F'liema gradi u postijiet tad-diversi entitajiet tal-Fondazzjoni jinsabu jaħdmu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ nies li jaħdmu full-time u għandhom xogħol self-employed (contractees) mall-Foundation for Social Welfare Services huwa ta’ 15. Ix-xogħol full-time tagħhom huwa ta’ social workers. Minn dawn il-15 imsemmija, bħala xogħol ta’ self-employed, 9 jagħmlu supervised access visits (Appoġġ), 2 jaħdmu fil-Men’s Services (Appoġġ), 1 mal-court monitoring (Appoġġ) u 3 qegħdin mat-taqsima Taħdidiet fil-Komunità (Prevention Services - Sedqa).

konsulent

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadu kif tqabbad bħala konsulent mal-Ministeru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, għal kemm żmien ingħata kuntratt ta’ konsulenza? X’inhu r-rwol tiegħu? Kemm ser jitħallas, u huwiex intitolat għal xi benefiċċji oħrajn b’żieda mar-remunerazzjoni kuntrattwali li għandu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31641.
Leg 11 PQ #31608 Sitting 445 2012-02-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Extension of service

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet mis-sena 2011 sal-lum fejn ħaddiema tal-gvern ingħataw extension of service wara li laħqu l-età tal-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar, 2011 sal-lum kien hemm seba’ każijiet fejn impjegati tas-Servizz Pubbliku ngħataw estensjoni tas-servizz tagħhom wara li laħqu l-età tal-irtirar.

spezzjoni fi blokk

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fi blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li l-familja li tgħix fih qed ikollha inkonvenjent kontinwu b'ilma nieżel mill-proprjetà ta' fuqha ?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorità spezzjonat il-fond f’Novembru 2011. Dan il-blokk t’appartamenti huwa parti mill-iskema Il-Binja Tiegħi, id-Dar tiegħi għal din is-sena. L-awtorità qed tistenna illi jiġi ffurmat l-Assoċjazzjoni tar-Reżidenti sabiex jiġu allokati l-flus lill-kunsill lokali sabiex dawn ix-xogħlijiet jitwettqu.

informazzjoni dwar mediċini differenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-mediċini Sedoxil, Amirol, Guastil u Atarax humiex mediċini li jistgħu jittieħdu bil-karta r-roża jew bis-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont il-Formularju tal-Gvern il-mediċini amitriptyline (Amirol®) u hydroxyzine (Atarax®) jistgħu jingħataw kemm fuq il-kartuna r-roża kif ukoll fuq is-safra. Il-mediċina sulpiride (Guastil®) tingħata fuq il-kartuna s-safra biss. Mexazolam (Sedoxil®) ma jinstabx fil-Formularju tal-Gvern.

informazzjoni dwar in-night shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema area fir-Residenza San Vinċenz de Paul qed isir n-night shelter, jiġifieri dan ifisser li ħa post xi attività jew operat ieħor fir-residenza jew f'xi area ġdida li ma kienet tintuża għal xejn? Jista' jgħid kemm se jesa anzjani dan in-night shelter? Kemm huwa pproġettat li jiswa dan in-night shelter? Kif se tkun is-sistema u xi kriterji se jintużaw biex jidħlu fih l-anzjani? Min se jkun responsabbli għal dan in-night shelter, l-amministrazzjoni tar-residenza jew xi entità jew xi persuni oħra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-night shelter ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul se jakkmoda 8 anzjani li jgħixu waħedhom u għadhom indipendenti fil-bżonnijiet ta' kulljum. Il-post identifikat ma ħa l-ebda post ta’ attivita jew operat ieħor ġewwa r-Residenza. Il-post jinsab qrib il-Blokk Papa Ġwanni Pawlu II. Dan l-aħħar il-post kien mitluq u ma kellu ebda użu partikolari, għajr ġieli intuża bħala maħżen. Il-proġett huwa stmat li jiswa sittin elf Ewro (€60,000) u x-xogħol qed isir mill-ħaddiema tar-Residenza stess. Il- management tar-Residenza se jkun responsabbli mill-post u d-dħul tal-anzjani se jkun regolat minn bord maħtur apposta u indipendenti mir-Residenza, bħalma jsiru fiz-zewġ night shelters l-oħra.

Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji — ilmenti pendenti minn konsumaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ilmenti pendenti minn konsumaturi mal-Consumers' Complaints Manager tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji għal perjodu bejn is-sena 2008 u Jannar 2012? Minn kemm ilhom pendenti, sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità — postijiet ta' assistenti soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu applikaw għall-postijiet ta' assistenti soċjali fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità permezz tas-sejħa li kienet saret fi Frar 2010? Dawn l-applikazzjonijiet ġew ipproċessati? Jekk iva, kemm intagħżlu u kemm ġew ingaġġati assistenti soċjali u xi kriterji ntużaw għall-għażla tagħhom? Jekk l-applikazzjonijiet ma ġewx ipproċessati, għaliex? Se jkunu proċessati fil-futur u meta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ rċieva elf, sitt mijja u sebgħa u erbgħin (1,647) applikazzjoni għall-post ta’ Assistent Soċjali, li minnhom ġew assorbiti sitt mijja u ħamsa u ħamsin (655) persuna, skont il-ħtieġa tal-istess Ministeru. Għaldaqstant, preżentament m’hemm l-ebda vakanza oħra ipprovata għar-reklutaġġ f’dan il-grad.

informazzjoni dwar appuntamenti tal-visti tan-nuċċali

Question

Peress li hemm health centresli qed jagħtu appuntamenti għall-visti għan-nuċċali għal sentejn oħra, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-appuntamenti bid-dati mogħtija mill-health centres għal visti tan-nuccali, health centre b'health centre, bin-numru ta' appuntamenti, xahar b'xahar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

problema għall-anzjani li jridu jagħmlu e ID minħabba aċċess għal ċerti websites

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jistenna li anzjani jmorru l-Belt Valletta biex jirreġistraw u jagħmlu l-e ID ħalli jkunu jistgħu jidħlu fil-website MY HEALTH, u/jew it-Tobba tal-Familja, li jieħdu ħsiebhom id-dar? Jista' jgħid jekk hux se jsiru xi arrangamenti speċjali għall-anzjani, biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn din is-sistema fl-aħjar interess ta' saħħithom u l-kura tagħhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tar-reġistrazzjoni tal-eID. Ma dan kollu nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-domanda għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru responsabbli għall-entità li tipprovdi s-servizz ta’ l-e-ID.

Korporazzjoni Enemalta — privatizzazzjoni tal-Petroleum Division

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta hix se tiġi privatizzata? Jekk se tiġi privatizzata, x'se jiġri mill-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li jaħdmu f'din id-diviżjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22825.

volum ta’ drenaġġ iġġenerat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta’ drenaġġ iġġenerat kull sena f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2000 sal-2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden l-Onorevoli Interpellant jressaq il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment li huwa responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Laqgħat tal-Ministri responsabbli mill-Iżvilupp Spazzjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29246 u jagħti rendikont tal-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Laqgħat tal-Ministri responsabbli mill-Iżvilupp Spazzjali għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema laqgħat qed jirreferi, jekk hux għall-Informal Ministerial meetings dwar Territorial Development, Spatial Development jew Żvilupp Urban. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll tabella li turi l-laqgħat, dak li ġie diskuss u minn attenda għalihom. Din it-tabella tkopri s-snin 2008 – 2011 għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni għat-tweġiba li tkopri s-snin 2006 – 2007.

Strateġija Nazzjonali għal Politika u Miżuri ta' Tnaqqis — rendikont

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30759 u jagħti rendikont tal-implimentazzjoni dwar l-Istrateġija Nazzjonali għal Politika u Miżuri ta' Tnaqqis sabiex jitnaqqsu l-Emissjonijiet ta' Gas Serre (National Strategy for Policy and Abatement Measures Relating to the Reduction of Greenhouse Gas Emissions) li kien imniedi aktar minn sentejn ilu f'Settembru 2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — tibdil fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31370, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu r-rotot li kienu jgħaddu minn Triq Ġulju, San Pawl il-Baħar, qabel ma daħlet fis-seħħ il-bidla fit-Trasport Pubbliku fit-3 ta' Lujlu, 2011? Billi qed jirriżulta ukoll li Triq Għawdex, San Pawl il-Baħar qiegħda ukoll tbati effett tal-karozzi tal-linja li qed jgħaddu minnha, jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jieħu passi biex isaħħaħ il-bini ta' din l-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi qabel it-3 ta’ Lulju 2011 kien hemm rotta waħda li kienet tgħaddi minn din it-triq, jiġifieri r-Rotta 645. Infurmat ukoll li Transport Malta qed tistħarreġ dwar il-kundizzjoni ta’ Triq Għawdex.

Korporazzjoni Enemalta — spezzjonijiet regolari fuq l-arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni Enemalta tagħmilx spezzjonijiet regolari fuq l-arbli li għandha kemm biex tipprovdi d-dawl (arbli bil-bozoz fuqhom) kif ukoll dawk l-arbli li magħhom hemm imwaħħla l-cables tal-elettriku?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li ssir spezzjoni fuq arbli ta’ vultaġġ għoli waqt li arbli ta’ vultaġġ baxx jinbidlu skont il-ħtieġa.

Kuntatti bejn Transport Malta u l-Ministeru — Triq Toni Bajjada - trasport

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31366, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux jew le kuntatti bejn Transport Malta u l-Ministeru minħabbba dan is-suġġett ta' trasport għal Triq Toni Bajjada?

Response (GATT, AUSTIN)

Iva.
Leg 11 PQ #31792 Sitting 445 2012-02-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ftuħ tal-ġnien pubbliku ta' Villa Rundle

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra meta se jerġa' jiftaħ għall-pubbliku l-ġnien ta' Villa Rundle? Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk sarx xi tip ta' ftehim kummerċjali mal-privat dwar l-użu ta' dan il-ġnien jew parti minnu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li Villa Rundle mistennija li terġa' tiftaħ għall-pubbliku fi żmien qasir. Ninforma wkoll lill-Kamra li ma sar ebda ftehim kummerċjali mal-privat dwar l-użu ta' dan il-ġnien jew parti minnu.

pazjenti residenti f'Għawdex li rċevew servizzi minn xi sptar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti residenti f’Għawdex rċevew servizzi fl-Outpatients Department fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont l-isptar li attendew?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Outpatients mill-Patient Administration System (PAS), in-numru ta’ attendenzi fid-dipartiment ta’ l-outpatients fl-isptarijiet San Luqa u Mater Dei li kellhom il-lokalità tar-residenza tagħhom f’Għawdex, kienu hekk: Sena Numru ta’ Attendenzi Irreġistrati fil-Klinici ta’ l- outpatients fejn il-lokalita’ tar-residenza tal-pazjenti qiegħda f’Għawdex Sptar 2011 6028 Mater Dei 2010 5801 Mater Dei 2009 4992 Mater Dei 2008 3619 Mater Dei 2007 2350 San Luqa / Mater Dei* 2006 2142 San Luqa Nota: *Is-servizzi ta l- outpatients imxew minn Sptar San Luqa għal-Isptar Mater Dei f’Novembru ta’ 2007. Il-ġbir ta’ l-informazzjoni mill- outpatients żdied mis-sena 2006 sal-2011 minħabba li meta is-servizzi tal- outpatients emigraw mill-iSptar San Luqa għal-iSptar Mater Dei, kliniċi li ma kienux jirreġistraw l-attendenzi tagħhom bdew jagħmlu dan, eżempju l- Anticoagulation clinic u l- ECG clinic .

informazzjoni dwar operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa u f’Mater Dei kull sena mill-2006 sal-2011 fl-oqsma segwenti: Kirurġija ġenerali; Uroloġija; Vaskulari; Neurokirurkija; Sider; ENT; Ginokoloġija; Obstetrija; Pedjatrija; Kirurġija kardijaka u Oqsma oħra? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pazjenti kienu redsidenti f’Għawdex f’kull każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.