Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27403 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex persuna li għandha saqajha amputata għandha bżonn ċertifikat ta' tabib li jgħid dan, meta dan huwa fatt li jkun jidher u mhux qed nitkellmu fuq fatt li ma jidhirx, biex jintbagħat personnel apposta ħalli jgħin lil din il-persuna u din il-persuna ma jkollhiex titla' l-Evans Building fis-sular ta' fuq biex tagħmel il-passaport?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Bastimenti tas-sajjieda — Stallazzjoni ta' Electonic Log-book
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29681 u ċioe: B'referenza għar-rapporti li dehru fl-istampa li s-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom qed jipprotestaw kontra l-introduzzjoni tal-electronic log-books fuq il-bastimenti tas-sajd tagħhom, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhi s-sitwazzjoni attwali? X'inhu n-numru ta' bastimenti li fihom ġie stallat dan l- electronic log-book s'issa? Kemm hu n-numru ta' bastimenti li fihom għadu ma ġiex stallat dan l-apparat? Sa meta hemm żmien biex jiġi stallat dan it-tagħmir? Jaħseb li sa din id-data s-sajjieda jkollhom żmien biżżejjed biex jottempraw ruħhom ma' dawn id-direttivi? Hemm xi penalitajiet li jistgħu jiġu imposti fuq dawk is-sajjieda li ma jistallawx dan l-apparat fil-ħin? X'inhuma dawn il-penalitajiet? Peress li s-sajjieda qed jgħidu li għandhom problemi biex iħaddmu dan l-apparat, x'taħriġ ingħataw jew se jingħataw dawn is-sajjieda biex ikunu f'pożizzjoni li jħaddmu dan l-apparat b'effiċjenza?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29674 u jgħid kemm ġew ivvotati flus lill-Biċċerija mill-2004 sal-lum? Liema proġetti kellhom isiru b'dawn il-flus u dawn il-flus intużawx kif kien ippjanat? X'inhu l-istat tal-biċċerrija llum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika jekk huwiex jirreferi għall-vot għall-nefqa rikorrenti jew kapitali.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha tistenna l-permess għad-Deovan għal aktar minn tliet xhur u meta ċċempel u meta taqbad, li veru jkun diffiċli, dejjem jgħidulha li se tirċevih u ilha tixtri dawn il-pilloli x-xhur?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni nstabet fl-uffiċċju tal-Out Patients ta’ Mater Dei fl-10 ta’ Jannar 2012. Il-permess għall-pilloli msemmija ħareġ u l-pazjenta rċevietu. Il-pazjenta ġiet ikkuntattjata iktar minn darba u kienet sodisfatta.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30514, jista' l-Ministru jara li terġa' tintbagħat kopja tal-ittra lis-Sinjur konċernat peress li meta kkuntattjajtu qal li għadu ma rċieva xejn?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li reġgħet intbagħtet kopja tal-ittra lill-persuna indikata minnu.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li applika għal dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paul u issa l-qagħdha tiegħu ggravat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li jekk il-każ tagħha iggrava minn mindu saret l-applikazzjoni, jkun hemm bzonn li jsir update tal-applikazzjoni biex b’hekk tkun tista’ terġa tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni.
Din l-applikazzjoni tista’ tinġib mill-kunsill lokali jew minn fuq il-website tad-Dipartiment jew inkella bil-posta. Fil-fatt id-Dipartiment diġà bagħat din l-applikazzjoni lill-individwu msemmi f’din il-mistoqsija parlamentari fuq id-dettalji li ngħataw separatament.
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31197, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16960, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riċerka li għamlet il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar persuni li jabbużaw mid-droga f’Malta?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riċerka li għaliha qiegħda ssir referenza mhux qiegħda f’idejn il-fondazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31265 u jara li jitmexxa każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha tistenna l-permess għad-Deovan għal aktar minn tliet xhur u meta ċċempel u meta taqbad, li veru jkun diffiċli, dejjem jgħidulha li se tirċevih u ilha tixtri dawn il-pilloli x-xhur?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni nstabet fl-uffiċju tal-‘Out Patients’ tal-Isptar Mater Dei fl-10 ta’ Jannar 2012. Il-permess għall-pilloli msemmija ħareġ u l-pazjenta rċevietu. Il-pazjenta ġiet ikkuntattjatha iktar minn darba u kienet sodisfatta.
Pazjenti li kellhom joqogħdu fil-kurituri tal-isptarijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2011 kemm kien in-numru ta' pazjenti li kellhom joqogħdu fil-kurituri tal-isptarijiet minħabba overload ta' pazjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont il- Hospital Activity Report tal-Patient Administration System, kien hemm 7,448 pazjenti li ddaħlu fl-Area 2/ Paediatric Area sakemm instabet sodda fil-wards fil-2011.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema swali fl-Isptar Mater Dei, irriżulta li pazjenti spiċċaw fil-kurituri tas-swali kawża li ma kienx hemm kmamar fejn jakkomodawhom matul l-2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li uniċi żewġ areas li jintużaw għal-pazjenti sakemm tinstabilhom sodda fil-wards huma l-Area 2/ Paediatric Area, li skont il-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System, kien hemm 7,448 pazjenti li ddaħlu fl-Area 2/ Paediatric Area fis-sena 2011.
Kumpaniji privati u parastatali — ħlas ta' National Insurance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' kumpaniji privati u parastatali li huma regolari to date fil-ħlas ta' National Insurance (bolla) tal-ħaddiema tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-formoli annwali tal-impjegati għas-sena bażi 2011 (FS 7s u FS 3s) għadhom kif bdew jidħlu fid-dipartiment u għad iridu jiġu rikonċiljati mal-pagamenti li saru. Għaldaqstant id-dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni dwar is-sena 2011. Għas-sena 2010 kien hemm 5,213 kumpanniji privati u parastatali li kienu to date fil-ħlas ta’ National Insurance (bolla) tal-ħaddiema tagħhom.
Kumpaniji privati u parastatali — Ħlas ta' National Insurance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' kumpaniji privati u parastatali li m'humiex to date fil-ħlas ta' National Insurance (bolla) tal-ħaddiema tagħhom? Kemm hi ċ-ċifra globali li hija f'arretrati u/jew trid titħallas minn kumpaniji eċċ. in kwestjoni fil-preżent?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-formoli annwali tal-impjegati għas-sena bażi 2011 (FS7s u FS3s) għadhom kif bdew jidħlu fid-dipartiment u għad iridu jiġu rikonċiljati mal-pagamenti li saru. Għaldaqstant id-dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni dwar is-sena 2011. Għas-sena 2010 kien hemm 950 kumpaniji privati u parastatali li ma kinux to date fil-ħlas ta’ National Insurance (bolla) tal-ħaddiema tagħhom u l-arretrati jammontaw għal €5,214,134.
Kumpaniji privati u parastatali — ħlas ta' taxxa tal-income
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' kumpaniji privati u parastatali li huma regolari to date fil-ħlas tat-Taxxa tal-Income tal-ħaddiema tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-formoli annwali tal-impjegati għas-sena bażi 2011 (FS 7s u FS 3s) għadhom kif bdew jidħlu fid-dipartiment u għad iridu jiġu rikonċiljati mal-pagamenti li saru. Għaldaqstant id-dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni dwar is-sena 2011. Għas-sena 2010 kien hemm 5,837 kumpanniji privati u parastatali li kienu to date fil-ħlas tat-Taxxa tal-Income tal-ħaddiema tagħhom.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-kont tad-dawl u l-ilma lill-koppja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilhom ma jirċievu l-kont ix-xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Billi r-rapport dwar l-inkjesta tal-mercaptans ilu f'idejn il-Ministru mill-bidu ta' Jannar, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jistenna r-reazzjoni uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta qabel jippubblikah? Jista' jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra b'seħħ immedjat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed nistenna reazzjoni uffiċċjali mill-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta, u deċiżjoni dwar jekk hemmx passi dixxiplinari x’jittieħdu fil-konfront ta’ xi uffiċċjali, qabel ma npoġġi r-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra.
banek u istituzzjonijiet finanzjarji — holdings Iranjani
Question
Jista' l-Ministru jikkwantifika kemm rriżulta li l-banek Maltin u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn f’pajjiżna kellhom b’kollox holdings Iranjani matul din il-leġislatura sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi m’hemmx figuri u data speċifiċi għal “holdings Iranjani” matul din il-leġislatura, skond it-termini tad-domanda. Din it-tip ta’ informazzjoni ma tinġabarx, u f’dan ir-rispett id-domanda lanqas ma hi preċiża biżżejjed.
Ninsab f’pożizzjoni, iżda, li niċċara illi Malta timplimenta is-sanzjonjiet internazzjonali bħala parti mil-liġi ordinarja tagħha u bħala riżulatat ta’ dan jirriżulta illi xi banek Maltin iffriżaw xi ammonti li kienu fl-ismijiet msemmija fis-sanzjonjiet u ninsab mgħarraf illi dawn l-ammonti ġew debitament rapportati lill-awtoritajiet u m'huma xejn ħdejn il-figuri konsiderevoli li issemmew fil-media fl-aħħar jiem, imma ħafna inqas. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità imposti mill-liġi stess, mhux se nsemmi figuri aktar preċiżi, imma nista nassigura illi l-ammonti rapportati m’humiex ta’ natura eċċezzjonali.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16363, dwar istallazzjoni ta' lift fi Block A3, Triq il-Watar, Ta’ Xbiex, fejn il-Kamra ġiet infurmata mill-Ministru li l-każ tressaq ‘il quddiem fil-lista ta’ prijorità u għaldaqstant l-istallazzjoni ta’ dan il-lift tqiegħdet fil-programm tas-sena 2011, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra għaliex din il-wegħda ma nżammitx, u meta mistennija ssir l-istallazzjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li s-sit in kwistjoni, jiġifieri Blokk A3, Triq il-Watar, Ta’ Xbiex għadu minn ta’ quddiem fil-programm ta’ stallazzjoni ta’ liftijiet tal-Awtorità tad-Djar flimkien ma’ siti oħra li għandhom prijorità għolja bħalu. L-eżiġenzi tax-xogħol ma ppermettux li l-istallazzjoni tiġi attwata fil-perjodu mixtieq. Madankollu, l-awtorità tibqa’ marbuta mal-oġġettiv li ix-xogħol isir u tittama il tikkonkludih matul din is-sena 2012.