Legislature:
Category:
Reset
Active:

AirMalta — trasferiment tal-head office

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġi trasferit il-head office tal-AirMalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-bżonnijiet għall-uffiċini tal-linja tal-ajru ġew evalwati mill-ġdid. Dan minħabba t-tnaqqis fin-numru tal-impjegati, il-ħtieġa ta’ komunikazzjoni aħjar bejn id-dipartimenti u l-bejgħ tal-propjieta’ fejn hemm l-uffiċini attwali tal-kumpanija lill-Gvern. L-Air Malta identifikat post fejn tkun tista tibni il-Head Office tagħha u fejn id-dipartimeni kollha tagħha jkunu taħt saqaf wieħed. Fil-perjodu interim il-kumpanjia qiegħda tevalwa l-għażliet varji ta’ kiri ta’ uffiċini.

testijiet bażiċi li mhux qed isiru fil-bereġ fl-irħula

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-testijiet mediċi bażiċi bħat-testijiet taz-zokkor u tal-kolesterol eċċ. m'għadhomx isiru fil-bereġ tal-irħula, u n-nies qed jintbagħtu fil-health centres? Jista' jgħid liema huma dawk it-testijiet mediċi bażiċi li kienu jsiru fil-bereġ u issa ġie deċiż li ma jsirux aktar hemm, iżda qed isiru fil-health centres? Jista' jgħid liema huma dawk it-testijiet li għadhom isiru fil-bereġ tal-irħula? Jista' jgħid jekk il-bereġ fl-irħula hux se jagħlqu jew hux qed issir xi riforma fihom? Jekk qed issir riforma, x'tip ta' riforma hi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-bereġ qatt ma kien jittieħed demm jew kampjun ieħor biex isiru xi testijiet bażiċi iżda kien isir il-mili ta’ formoli biex isiru kwalunkwe test fiċ-ċentru tas-saħħa. Dan m’għadux isir fil-bereġ għax it-tabib m’għandux aċċess għall- medical file tal-pazjenti minn dan il-lokal u b’hekk ma kienx ikollu rekord minn xhiex ibgħati u liema testijiet ħa qabel. Dan kien qiegħed iwassal għal duplikazzjonijiet ta’ testijiet u nuqqas ta’ kontinwita’ fil-kura tal-pazjent li setgħet tkun ta’ periklu għal l-istess saħħa tiegħu. Bl-introduzjoni ta’ sistema ikkompjuterrizata, li diġà nfirxet fiċ-ċentri tas-saħħa kollha u li eventwalment sejra tiġi introdotta fil-bereġ wkoll, it-tabib se jkollu aċċess għat-testijiet li għamel il-pazjent fil-passat u jerġgħu jibdew jiġu ordnati ‘ paperless requests ’ għat-testijiet kollha mill-berġa. B’dan il-mod il-pazjent jibda jinqeda aħjar u b’aktar kontinwita’ u għanqas perikolu fil-kura tiegħu. It-testijiet li għadhom isiru mill-bereġ huwa dak tal-urina permezz tad- dipstick .

formularju mediku li fih jitniżżlu l-mediċini kollha available fl-isptarijiet u fl-ispiżeriji tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jippubblika l-formularju mediku li fih jitniżżlu l-mediċini kollha available fl-isptarijiet u fl-ispiżeriji tal-gvern sabiex it-tobba jkunu jafu x'mediċini jistgħu jiktbu u min hu intitolat għalihom, u dan sabiex it-tobba ma jiktbux mediċini li l-gvern ma jissupplixxix?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li b’mod uffiċċjali l-Formularju tal-gvern ġie aċċessibbli pubblikament fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tas-Saħħa skont iċ-ċirkulari numru 237/2009. Perjodikament il-Formularju jiġi rivedut u aġġornat. Dawn l-emendi flimkien mal-Formularju aġġornat jiġu mħabbra b’mod uffiċċjali minn ċirkulari mibgħuta mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.

persuni li għandhom l-e ID u oħrajn li rreġistraw għalih

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f'Malta li għandhom l-e ID? Kemm persuni fil-fatt irreġistraw għal dan is-servizz minn meta ġie mniedi? Kemm hemm tobba li għandhom l-e ID? Kemm hemm tobba li rreġistraw għal dan is-servizz? Jista' jgħid għaliex jekk tirreġistra għal My Health, ma tistax tara jew taċċessa discharge letters jew case summaries meta dawn huma importanti ħafna għall-moniteraġġ li jrid isir sussegwentement mit-tobba tal-familja?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li malli pazjent jidħol fis-sistema tal-myHealth, ikun jista’ jara kull case summary jew discharge letter tiegħu li nħolqu mit-tobba tal-Isptar Mater Dei mill-2008 sal-lum. Dan l-aċċess jista’ wkoll jagħtih lit-tabib tal-familja tiegħu permezz tal-istess sistema. Għal statistika dwar kemm il-persuna għandha l-e-ID (inkluż tobba), u kemm-il persuna abbonat għas-servizz tal-myHealth permezz tal-myGov, nitlob lill-Onor. Interpellant issaqsi lill-Ministru responsabbli għas-servizz tal-e-ID.
Leg 11 PQ #31804 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Xagħra - proġett tal-Qortin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedules dwar il-proġett għar-riabiltazzjoni, eċċ. tal-Qortin Xagħra Għawdex, Proġett Nru 118, iffirmat bejn il-benefiċjarju u l-Managing Authority skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ proġetti ko-finanzjati mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #31805 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar il-popolazzjoni ekonomikament attiva

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet, f’termini assoluti kif ukoll f’rati ta’ attività, il-popolazzjoni ekonomikament attiva f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju, fl-aħħar ta’ Settembru u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011? Kemm kienet il-popolazzjoni tax-xogħol f’Għawdex fl-istess żmien? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub maqsum f’irgiel u nisa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31806 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar il-qasam tax-xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni hawn taħt mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju, fl-aħħar ta’ Settembru u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011: (i) In-numru ta’ nies, skont il-grupp ta’ l-età tagħhom (15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64), (a) jaħdmu għal rashom, (b) impjegati, (ċ) qiegħda u (d) inattivi; (ii) ir-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attivà ukoll skont il-grupp tal-età tagħhom; (iii) in-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skont l-attività ekonomika; u (iv) id-dħul gross annwali medju tan-nies jaħdmu skont l-attività ekonomika tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31807 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar id-dependency ratio

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien id-dependency ratio f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill 2006 ‘l hawn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Għawdex — atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex kull xahar fl-2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #31809 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp — nies ingaggati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 li kienu ingaġġati f’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fuq bażi full-time u part-time separatament u maqsuma f’irġiel għalihom u nisa għalihom? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont l-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema, jiġifieri: a) riċerkaturi; b) tekniċi u ekwivalenti u ċ) supporting staff ieħor?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

informazzjoni dwar operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tat-tipi differenti ta' operazzjonijiet li saru mis-sena 2008 sal-aħħar tas-sena 2011, kull tip, u sena b'sena, pereżempju kemm operazzjonijiet tat-tunsilli, ċesarja, hip replacements, kataretti eċċ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta — Talbiet pendenti għar-reserved parkings

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 31679, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' talbiet għall-reserved parking li kienu kkunsidrati matul l-2011 għal-lokalitajiet tat-12-il Distrett Elettorali, lokalita, lokalità? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u kemm ġew rifjutati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Burmarrad — Triq Prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, biex malajr kemm jista' jkun jiġi assigurat li x-xogħol li għandu jsir fit-triq prinċipali ta' Burmarrad, isir u dan għall-benefiċċju ta' dawk kollha li jgħaddu minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol kellu jiġi pospost minħabba l-maltemp u se jkun qed isir fil-ġimgħat li ġejjin.

Care orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' care orders li ħarġu matul l-2011? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li għalihom ħarġu dawn il-care ordres? X'età kellhom dawk li għalihom inħarġu dawn il-care orders?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Matul is-sena 2011 inħarġu 71 Ordni ta’ Ħarsien. § 20 minn dawn inħarġu għall- asylum seekers mhux akkumpanjati. Dawn il-minuri oriġinaw mis-Somalia, c-Chad, Mali, l-Ivory Coast, n-Niger, l-Ethiopia, l-Eritrea, l-Ghana u l-Cameroon. 3 Care Orders inħarġu meta l- asylum seekers kellhom 17- il sena. 11 il-Care Order inħarġu meta l- asylum seekers kellhom 16 -ilsena. 3 Care Orders inħarġu meta l- asylum seekers kellhom 15 –il sena. 2 Care Orders inħarġu meta l- asylum seekers kellhom 14 -il sena. Ordni ta’ Ħarsien waħda nħarġet meta l- asylum seeker kellhu 13-il sena. § Il-51 Ordni ta’ Ħarsien l-oħra inħarġu fuq minuri li jinsabu segwieti minn Agenzija Appogg. Lokalità Numru ta’ Ordnijiet ta’ Ħarsien maħruġa fl-2011 Bengħajsa 4 Birgu 2 Birkirkara 3 Birżebbugia 6 Bormla 7 Ingilterra 3 Fgura 2 Qormi 1 Qrendi 1 San Pawl il-Baħar 2 Siġġiewi 1 Valletta 1 Wied il-Għajn 5 Żabbar 9 Żejtun 1 Żurrieq 2 Kellna oħra li ma kellniex dettalji minn liema lokalita kienet. L-etajiet tal-minuri li nħarġet l-imsemmija Ordni favur tagħhom huma dawn: 2011 9 tat-twelid 2010 2 ta’ sena 2009 6 ta’ sentejn 2008 2 ta’ tliet snin 2007 3 ta’ erba’ snin 2006 3 ta’ ħames snin 2005 2 ta’ sitt snin 2004 5 ta’ seba’ snin 2003 6 ta’ tmien snin 2002 2 ta’ disa’ snin 2000 3 ta’ ħdax il-sena 1999 2 ta’ tnax il-sena 1998 2 ta’ tlettax il-sena 1997 1 ta’ erbatax il-sena 1996 1 ta’ ħmistax il-sena 1995 1 ta’ sittax il-sena Kellna oħra li ma għandhiex id-dettalji tad-data tat-twelied tagħha.

MEPA — applikazzjonijiet pendenti fix-Xemxija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, għal dak li jirrigwarda bini, jew alterazzjonijiet, fl-area tax-Xemxija?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess awtorità għandha quddiema erbatax-il applikazzjoni għal żviluppi fiż-żona tax-Xemxija. It-tfittix sar fuq applikazzjonijiet pendenti li l-indirizz tagħhom jaqra waħda mit-toroq annessi hawnhekk. Dawret In-Nafragju, Xemxija, l/o San Pawl il-Baħar Dawret in-Nawfraġju, Xemxija Ix-Xemxija, l/o Rabat Mistra, l/o St. Paul's Bay Mistra Road, San Pawl Il-Baħar Mistra Village, Xemxija N/S at Xemxija, Xemxija Pwales Road, San Pawl Il-Baħar Trejqet Għar Berbaħ, Xemxija, St Paul's Bay Triq Ġdida, Xemxija Triq Il- Ħaġra L- Wieqfa, San Pawl Il- Baħar Triq Il-Fekruna, San Pawl Il-Baħar Triq il-Preistorja, Xemxija Triq Ir- Ridott, San Pawl Il- Baħar Triq Is-Simar, San Pawl Il-Baħar Triq Katerina Vitale, San Pawl Il-Baħar Triq L-Awwista, San Pawl Il-Baħar Triq L-Imgiebaħ, St. Paul's Bay Triq L-Oqbra Puniċi, San Pawl Il-Baħar Triq Maqdes Megalitiku, San Pawl il-Baħar Triq Piscopo Macedonia, San Pawl Il-Baħar Triq Raddet Ir-Roti, San Pawl Il-Baħar Triq Raddet Ir-Roti, Triq Gdida Fi, San Pawl Il-Baħar Triq tal-Fjuri, Xemxija, St. Paul's Bay Triq Xatt il-Pwales, Xemxija Xemxija, San Pawl Il- Baħar Xemxija Hill, San Pawl Il-Baħar

Dipartiment tal-VAT — persuni reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħi tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni/kumpaniji li huma reġistrati mad-dipartiment tal-VAT, għal dawk li huma kumpaniji ta' kostruzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni/kumpaniji li huma reġistrati mad-dipartiment tal-VAT, għal dawk li huma kumpaniji ta' kostruzzjoni hu ta’ 2884.

Applikazzjonijiet pendenti fuq naturalizzazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal dawk li huma naturalizazzjoni, bħalissa, quddiem id-dipartiment ikkonċernat? Minn liema pajjiżi huma dawk li qed jitolbu li jiġu naturalizzati Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Learning support assistants — studenti b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm jingħata sapport fil-komunità biex studenti b’diżabilità li fil-ħin tal-iskola jkollhom full-time learning support assistant ikunu jistgħu jagħmlu l-homework u jistudjaw id-dar meta dawn ma jistgħux jagħmlu dan waħedhom minħabba d-diżabilitajiet li jkollhom u meta x-xogħol jiżdied ħafna speċjalment minn form 3 sa form 5 fl-iskola sekondarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 29680.

mużew tat-trasport pubbliku ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27405 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-gvern għandux f'moħħu li jiftaħ xi mużew tat-trasport pubbliku ta' Malta fil-qarib ġejjieni? Jekk iva, fejn se jkun u x'beħsiebu jesponi f'dan il-mużew?

Response (DEMARCO, MARIO)

Heritage Malta għaddejja kontinwament b'diversi operazzjonijiet ta’ salvataġġ sabiex tassikura ruħha li wirt li għandu x’jaqsam mat-trasport jew mal-industrija jiġi salvat. Dan qiegħed isir sabiex fil-futur ikun jista’ jinfetaħ mużew tal-wirt industrijali u/jew tat-trasport. Għadu jingħad iżda li f’dan l-istadju m’hemmx pjan speċifiku dwar meta u fejn sejjer jinfetaħ mużew tat-trasport/wirt industrijali.