Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rapporti fuq tkissir, serq jew isserrar ta' kaxxi tal-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi rapporti ta' tkissir, serq jew isserrar ta' kaxxi tal-bdiewa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29976, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Pitkali Crates Limited li kienet responsabbli minn din il-funzjoni sa l-aħħar tal-2010 qatt ma ppreżentat rapporti simili. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-industrija fejn jintużaw kaxxi tal-plastik returnable, huwa aċċettabbli li kaxxi jinkisru fl-użu, partikolarment wara li jkun għadda ż-żmien fuqhom u jsiru fraġli. Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li jagħmel rapport dwar il-kaxxi miksura sakemm ma jkunx hemm żieda eċċessiva f’qasir żmien li tkun prekkupanti. Ninfurmah ukoll li rigward każijiet ta’ allegat serq, hemm diġa għaddejja inkjesta. Sabiex ma jkunx hemm abbużi mill-kaxxi li jidħlu miksurin, kien deċiż li dawn il-kaxxi li ma jkunux aktar utilizzabbli jkunu sserrati.

Kumpaniji privati u parastatali — ħlas ta' taxxa tal-income

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' kumpaniji privati u parastatali li m'humiex to date fil-ħlas tat-taxxa tal-Income tal-ħaddiema tagħhom? Kemm hija ċ-ċifra globali li hija f'arretrati u/jew trid titħallas minn kumpaniji eċċ. in kwestjoni fil-preżent?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-formoli annwali tal-impjegati għas-sena bażi 2011 (FS 7s u FS 3s) għadhom kif bdew jidħlu fid-dipartiment u għad iridu jiġu rikonċiljati mal-pagamenti li saru. Għaldaqstant id-Dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni dwar is-sena 2011. Għas-sena 2010 kien hemm 487 kumpaniji privati u parastatali li ma kinux to date fil-ħlas tat-Taxxa tal-Income tal-ħaddiema tagħhom u l-arretrati jammontaw għal €2,445,820.
Leg 11 PQ #31557 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li fil-mument jinsabu jirreġistraw għax-xogħol fil-kategoriji rispettivi? Kemm minnhom qed jitolbu li jibdlu x-xogħol? Tista' tipprovdi l-informazzjoni abbażi ta' Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31558 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Persuni b'diżabilità li sabu impjieg

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni b'diżabilità li sabu x-xogħol/impjieg matul l-2011, f'Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2011 in-numru ta’ persuni b’diżabilità li sabu xogħol/impjieg f’Malta kien ta’ 258 persuna filwaqt li f’Għawdex kien ta’16-il persuna.
Leg 11 PQ #31559 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Persuni b'diżabilità li bidlu x-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni b'diżabilità li bidlu x-xogħol matul l-2011 f'Malta u Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta` persuni b`diżabilità li bidlu x-xogħol tagħhom matul l-2011 f`Malta kien ta’ 95 persuna, filwaqt li f`Għawdex kien hemm 5 persuni.

Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-kont tad-dawl u l-ilma lill-koppja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilhom ma jirċievu l-kont ix-xhur?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Leg 11 PQ #31582 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar childcare centers

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30704, tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-14-il childcare centre li huma mmexxija mill-gvern u f’liema lokalitajiet qegħdin? Kemm huwa l-ħlas kull siegħa biex wieħed jagħmel użu minn dan is-servizz? X’għandu wieħed jagħmel jekk ma jistax iħallas għal dan is-servizz minħabba li l-familja tiegħu qiegħda f’riskju ta' faqar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Speċjalisti fil-bereġ u polikliniċi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30608, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk is-servizzi ta’ speċjalisti li jagħtu servizz regolari f’kull berġa li hawn f’pajjiżna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

postijiet/ċentri li jagħtu servizzi lill-persuni bi problemi ta’ droga u alkoħol

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istandards nazzjonali li jridu jigu osservati fil-postijiet/ċentri li jagħtu servizzi lill-persuni bi problemi ta’ droga u alkoħol? Jekk dawn l-istandards għadhom mhux identifikati, meta se jiġu identifikati jekk irridu li jingħata servizz adegwat lil dawn il-persuni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Id-Dipartiment tal- iStandards fil-Ħarsien Soċjali beda jaħdem fuq dawn l- iStandards lejn l-aħħar tas-sena 2010 billi laqqa’ grupp ta’ ħidma sabiex jiddiskutu Standards għar- Residenzi li joffru servizz għal persuni bi problemi relatati mal- addictions. Il-grupp ta’ ħidma ltaqa’ 12-il darba u kkonsulta ma’ persuni relevanti sabiex jiġi stabbilit abbozz. Bħalissa d-Dipartiment tal-iStandards fil-Ħarsien Soċjali qed jagħmel konsultazzjoni nterna ma’ għadd ta’ dipartimenti u entitajiet fi ħdan il-gvern sabiex jistabbilixxi abbozz komprensiv għall-konsultazzjoni pubblika.

Djar residenzjali għall-persuni b'diżabilità — spezzjonijiet regolari

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30589, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-quality indicators li se jibdew jintużaw mill-Welfare Services Assessment Unit biex jaraw li s-servizz tal-fostering qed jingħata b’mod professjonali u b’mod speċjali għall-benefiċċju tat-tfal li qed jiġu fostered?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Id-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali ipprepara l-accreditation criteria għall-aġenziji tal-fostering u kif ukoll l-istandards għall-tfal tal-out of home care u fostering. S’issa għad m’hemmx quality indicators.

kwestjoni dwar ħlas ta' kera

Question

Jista' l-Minsitru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li tħallas kera ta' €1000 fis-sena imma taħseb li qed tħallas aktar milli suppost?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kera kummerċjali tal-persuna in kwestjoni hija ta’ € 2, 989 fis-sena u tibbenefika minn sussidju ta’ 70 fil-mija. Għaldaqstant hija tħallas kera ta' € 897 fis-sena li hija l-anqas kera li tista’ tħallas.

Enemalta — stimi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17580 billi din kienet ġiet imwieġba madwar sena u tmien xhur ilu, jista' l-Ministru jindika fid-dettal l-istimi li saru ta' madwar €2.5 miljun fis-sena sarux lill-Korporazzjoni Enemalta nnifisha jew minn xi konsulent privat?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-istima ta’ madwar €2.5 miljun fis-sena għall-ispiża tal-iskart mill-flue gas desulphurisation plant saret mill-Enemalta, bbażata fuq ir-rati tas-suq.

ħaddiema taċ-Ċivil — safar club class

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31490 u t-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 31435 u cioè:Jista' jgħid kemm kien hemm persuni li siefru club class matul is-sena 2010 u s-sena 2011 separatament, għal kull ministeru u d-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħthom?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31490.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31505, 31160, 30944 u 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31488, 31044 u 30642 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-mobile phones (kemm xiri kif ukoll it-telefonati) għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

ħruġ tat-tender għall-istallazzjoni tal-panelli fuq proprjetajiet differenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28203, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-ħruġ tat-tender għall-istallazzjoni tal-pannelli fuq il-bejt tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, kif ukoll il-pre-tendering stage fuq ir-reservoirs tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġewwa Ta’ Qali, il-Fiddien u Ta’ Ċenċ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

tħaddim tal-ispecial purpose vehicle sabiex jiġu finanzjati proġetti kbar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31279 u jfisser fid-dettal kif se taħdem u titħaddem l-ispecial purpose vehicle li beħsiebu joħloq il-gvern sabiex jiffinanzja proġetti bħall-parlament il-gdid, it-teatru l-ġdid u xi progetti oħrajn, kif ukoll x’sehem se jkollhom il-banek kummerċjali f’dan kollu, kif ukoll possibbilment proġetti kbar eżistenti tal-privat li għad għandhom djun pendenti x’jagħtu lill-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji kif mitluba mill-Onor. Interpellant ġew mgħoddija u spjegati lir-Rappreżentanti tal-Oppozizzjoni waqt laqgħat li saru għal dan il-għan.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — figuri għal refuse derived fuel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31302, jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux figuri dwar il-methane iġġenerat mill-fermented wastes fis-sewage plants? Jekk iva, tista' l-awtorità tipprovdi dettalji sħaħ dwar il-volum ta' methane iġġenerat kif ukoll l-enerġija li ġiet derived minn dan il-methane?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Wasteserv — figuri għall-refuse derived fuel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31302, jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux figuri dwar il-methane iġġenerat mill-fermented wastes fl-Impjant ta' Riċiklaġġ ta' Sant Antnin u kif ukoll mill-Magħtab Landfill? Jekk iva, tista' l-awtorità tipprovdi dettalji sħaħ dwar il-volum ta' methane iġġenerat kif ukoll l-enerġija li ġiet derived minn dan il-methane?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif intqal f’risposta ghal Mistoqsija Parlamentari numru 31302, fil-kaz tal-impjant ta’ Sant’Antnin l-impjant iggenera 1.1 miljun metru kubu ta’ biogas li minnu xejn inqas minn 620 elf metru kubu kienu methane. Dawn irriżultaw f’ 1.55 GWhr ta’ elettriku kif ukoll f’1.39 GWhr ta’ sħana li ntużat biex jitħaddem l-istess process. Fil-każ tal-Magħtab kien hemm bżonn li jinħadem mudell li stima l-emissjonijiet inizjali u nħoloq impjant li kien kapaci jittratta dan l-ammont fil-wisa’. Iżda ghalkemm l-impjant kapaci jittratta madwar 6 elef metru kubu gass fis-siegħa, l-ammont ta’ methane fi ħdan il-gass illum il-ġurnata naqas sew u jirraprezenta persentagg żgħir ta’ madwar 0.5%. Xorta waħda s-sena l-oħra dan irriżulta f’energija termali rkuprata ta’ madwar 2.1 GWhr.
Leg 11 PQ #31693 Sitting 446 2012-02-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

San Ġwann — kwestjon dwar il-klabb tal-boċċi

Question

Billi hemm xniegħat persistenti li l-klabb tal-boċċi se jigi mċaqlaq miċ-ċentru ta’ San Ġwann għal post ieħor fit-tarf tar-raħal, tista' l-Ministru tikkonferma jekk dan hux minnu jew le, speċjalment billi fl-istqarrija li s-Segretarju Parlamentari Clyde Puli ħareġ nhar l-1 ta' Frar 2012 permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, minkejja li semma għadd ta’ klabbs tal-boċċi fejn saru xogħlijiet kif ukoll fejn se jkun qed isir xogħol fuq pitches oħrajn madwar Malta fix-xhur li ġejjin, m'hemm l-ebda referenza għall-Klabb tal-Boċċi ta’ San Ġwann? Tista' tikkonferma wkoll kemm-il darba t-twegiba tagħha hija fl-affermattiv, jekk, kif u b’liema mod se jiġi affettwat u/jew imċaqlaq il-monument li jfakkar il-memorja taż-żagħżugħa martri Karen Grech?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kunsill Malti għall-iSport ma kellu l-ebda ħsieb li jċaqlaq il-Klabb tal-Bocci San Ġwann mis-sit tiegħu. Madanakollu jidher li l-Kunsill Lokali San Ġwann qabel ma proġett governattiv ta’ bini ta’ ċentru ċiviku gdid u titjib u tisbih tal-ġnien eżistenti, bil-konsegwenza ta’ rilokazzjoni tal-klabb tal-boċċi għal sit ieħor. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat u li hu responsabbli minn dan il-proġett.