Billi qed jirriżulta li dawk li joqogħdu bejn ix-Xemxija u Erba' Mwieġeb qed isib diffikultà kbira biex jużaw it-trasport pubbliku u dan għaliex għal ċertu destinazzjonijiet jistgħu jinqdew biss bir-rotta 41, jista' l-Ministru jitlob lil Transport Malta biex tinvestiga din il-problema u tieħu l-passi rimedjali neċessarji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — ftehim dwar rotot li jgħaddu minn Triq Toni Bajjada
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31366 u 31787, billi l-ebda waħda mir-risposti mhi qed issolvi l-problema tal-persuni li joqogħdu fl-inħawi, u li tilfu s-servizz tat-trasport pubbliku li kellhom, jista' l-Ministru jara li jiġi assigurat li t-trasport pubbliku jerġa' jibda jaqdi lil dawn l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31786, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Korporazzjoni Enemalta tibda tispezzjona ukoll l-arbli normali billi qed jiġri li arbli tad-dawl jew jitqaċċtu jew jinqalbu meta jkun hemm il-maltemp u dan jista' jġib miegħu danni lil diversi nies?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti li għadhom għaddejjin bil-kors tal-PGCE? Minn fost dawn, kemm ma setgħux jattendu fil-format tal-kors ta’ matul il-ġurnata, jiġifieri kemm hemm studenti li qed jagħmlu l-kors fuq bażi ta’ sentejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid min kienet il-persuna li ffirmat, f'isem pajjiżna l-Anti Counterfeiting Trading Agreement (ACTA)?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Ambaxxatur ta' Malta għall-Ġappun li hu residenti f'Beijing iffirma f'isem Malta.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ageing Report Economic and Budgetary Projections
Question
Billi jidher li d-dipartimenti governattivi għaddejjin minn eżerċizzju mal-Unjoni Ewropea dwar it-2012 Ageing Report Economic and Budgetary Projections for The European Union Member States (2010 - 2060), jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar draft report ta' dawk id-dipartimenti li jaqgħu taħtu u li qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju? Jista' jgħid kemm huma l-projections ta' kull spiża ta' kull proġett imsemmi f'kull rapport?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, hu responsabbli għal dan l-eżerċizzju ta’ projections ekonomiċi u finanzjarji, nistieden l-Onorevoli Interpellant sabiex jidderiġi l-mistoqsija tiegħu lejn il-kollega Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Ageing Report Economic and Budgetary Projections
Question
Billi jidher li d-dipartimenti governattivi għaddejjin minn eżerċizzju mal-Unjoni Ewropea dwar it-2012 Ageing Report Economic and Budgetary Projections for The European Union Member States (2010 - 2060), jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar draft report ta' dawk id-dipartimenti li jaqgħu taħtu u li qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju? Jista' jgħid kemm huma l-projections ta' kull spiża ta' kull proġett imsemmi f'kull rapport?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, hu responsabbli għal dan l-eżerċizzju ta' projections ekonomiċi u finanzjarji, nistieden l-Onorevoli Interpellant sabiex jidderiġi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ageing Report Economic and Budgetary Projections
Question
Billi jidher li d-dipartimenti governattivi għaddejjin minn eżerċizzju mal-Unjoni Ewropea dwar it-2012 Ageing Report Economic and Budgetary Projections for The European Union Member States (2010 - 2060), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar draft report ta' dawk id-dipartimenti li jaqgħu taħtu u li qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju? Jista' jgħid kemm huma l-projections ta' kull spiża ta' kull proġett imsemmi f'kull rapport?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ageing Report Economic and Budgetary Projections
Question
Billi jidher li d-dipartimenti governattivi għaddejjin minn eżerċizzju mal-Unjoni Ewropea dwar it-2012 Ageing Report Economic and Budgetary Projections for The European Union Member States (2010 - 2060), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar draft report ta' dawk id-dipartimenti li jaqgħu taħtu u li qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju? Jista' jgħid kemm huma l-projections ta' kull spiża ta' kull proġett imsemmi f'kull rapport?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment hu responsabbli għal dan l-ezerċizzju ta’ projections ekonomici u finanzjarji, nistieden l-Onor. Interpellant sabiex jidderiġi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — Ageing Report Economic and Budgetary Projections
Question
Billi jidher li d-dipartimenti governattivi għaddejjin minn eżerċizzju mal-Unjoni Ewropea dwar it-2012 Ageing Report Economic and Budgetary Projections for The European Union Member States (2010 - 2060), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar draft report ta' dawk id-dipartimenti li jaqgħu taħtu u li qed jipparteċipaw f'dan l-eżerċizzju? Jista' jgħid kemm huma l-projections ta' kull spiża ta' kull proġett imsemmi f'kull rapport?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Peress li l-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment hu responsabbli għal dan l-eżerċizzju ta’ projections ekonomiċi u finanzjarji, nistieden l-Onorevoli Interpellant sabiex jidderġi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.
Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja — CVs tal-membri
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31848 u għar-risposta relattiva dwar il-ħatra tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja, peress li din hija kummissjoni nazzjonali u hija kummissjoni li se tkun qed titratta l-familja u allura kull membru ta' din il-kummissjoni suppost għandu esperjenza f'dan il-qasam, jista' l-Ministru jgħid kull membru x'esperjenza għandu fil-qasam tal-politika tal-familja u jgħid abbażi ta' liema kirterji kull wieħed u waħda ġew magħżula biex joqgħodu fuq din il-kummissjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri maħtura fuq il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja għandhom l-esperjenza meħtieġa f’dan il-qasam. Fost il-persuni nominati hemm social worker, ricerkatrici u lecturer l-Università ghal aktar minn 16-il sena li tipprovdi wkoll konsultazzjonijiet u taħriġ fuq diversi ħiliet li jinkludu l-komunikazzjoni, it-tmexxija u l-intelliġenza emozzjonali; avukat li taħdem fil-qorti tal-familja ghal 15-il sena u omm ta’ tlett itfal; ex-trejdunjonistika li ħadem għal snin twal f’dan il-qasam u mess mal-familji; il-ħaddiema u x-xogħol; zewg psikologisti li flimkien imexxu c-Centru tar-Riċerka dwar l-Istudji tal-Familja fl-Universita ta' Malta; tabiba li ħadmet fost il-familji għal snin twal; membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja għal numru ta’ snin, missier u b'diversi esperjenzi fil-qasam tal-fostering; il-kap eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali li tahdem kontinwament fil-qasam tal-familja; professjonista li jaħdem fost il-membri żgħażagħ tal-familji u rickeratur f’dan il-qasam; ħaddiem soċjali bi snin ta’ ’esperjenza mal-genituri u voluntarjat fi ħdan il-familja ; psikologista u family therapist ghal numru ta’ snin li hija wkoll nvoluta f’ricerka fuq il-familja ; avukata fil-qasam tal-familja, omm ta tliet itfal izda li ghandha exposure ukoll f’dik li hija kura tal-anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għal-liċenzja tal-kaċċa matul l-2011 u l-2012 u kemm minnhom għadhom jistennew biex isirilhom l-eżami?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 612 l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-kaċċa, filwaqt li matul din is-sena kien hemm 79. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 54 li qegħdin fi stadju sabiex isirlhom it-test.
Billi numru ta' toroq madwar l-inħawi tal-uffiċċji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, (mhux dawk li qed isir ix-xogħol fuqhom) tkissru matul l-aħħar ġimgħat, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi raġuni partikulari għaliex qed iseħħu dawn il-ħsarat estensivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
informazzjoni dwar bini ta' toroq mill-protokoll Taljan
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mit-toroq li kellhom isiru mill-ħames protokoll Taljan, fil-fatt tlestew? Meta ntlaħaq il-ftehim biex dan il-protokoll jintuża għall-ewwel darba biex jinbnew it-toroq arterjali f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30522 u ċioe: Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 29873 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżosri u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux se jsir restawr fil-Forti Ricasoli? Jekk iva, meta se jsir? Bħalissa min qed juża dan il-post? Hemm xi ħsieb u/jew pjan għal din il-forti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31152.
studenti b'diżabilità — studju waqt il-ħin tal-iskola
Question
B'referenza għall-mistoqsija supplimentari li saret għall-mistoqsij parlamentari 29680, tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistix il-pjanw biex dan is-servizz jiżdied u allura ġenituri u perusni li jieħu ħsieb persuna li għandha bżonn ħafna għajnuna jkollhom ukoll is-sapport neċessarju anke wara l-ħin tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema mistoqsija supplimentari qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jonfoq id-dipartiment kuljum biex jaħsel il-crates tal-bdiewa ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n nefqa ta’ pagi tal-ħaddiema hija bejn wieħed u ieħor ta’ €360 kull ġurnata. Ma' dawn irrid jiżdied il-kunsum tad dawl u lilma u l-ispiża ta’ €10 għall-water treatment disinfectant għal kull ġurnata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kaxxi għad-dispożizzjoni tal-użu tal-bdiewa matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin imsemmija ħlief għas-sena 2011, r-responsabbiltà li jkun hemm in-numru meħtieġ ta’ kaxxi għad-dispożizzjoni tal-bdiewa kienet ta’ Pitkali Crates Limited li kienet kumpanija privati. Din il-kumpanija ma ħallietx l-ebda record formali ta’ kemm kien hemm minn dawn il-kaxxi. Minn meta ħa f’idejh din il-funzjoni dan il-Ministeru inxtraw 43,000 kaxxi b’ materjal ġdid (u mhux riċiklat biex tkun żgurata is-saħħa u d-durabilità tal-istess kaxxi). Wara li diġà nħarġet sejħa pubblika, huwa mistenni li fi żmien qasir jitpoġġew 36,000 kaxxa oħra għad-dispożizzjoni tal-bdiewa.