pubblikazzjoni tal-liġi l tirregola l-koabitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi pubblikata l-liġi li tirregola l-koabitazzjoni f'pajjiżna?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Ministeru wasal fil-fażi finali tal-tfassal tal-liġi tal-koabitazzjoni f’pajjiżna wara li ħa inkonsiderazzjoni l-kontribuzzjonijiet mgħoddija lill-Ministeru. Hu ttamat li l-ewwel qari tal-Abbozz ta’ Liġi ikun ipprezentat fil-Kamra tar-Rapprezentati fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata l-liġi li tirregola l-IVF (in vitro fertilisation) f'pajjiżna?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru wasal fil-fażi finali tal-tfassal tal-liġi tal-IVF f’pajjiżna wara li ħa inkonsiderazzjoni l-kontribuzzjonijiet mgħoddija lill-Ministeru. Hu ttamat li l-ewwel qari tal-Abbozz ta’ Liġi ikun ipprezentat fil-Kamra tar-Rapprezentanti fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31701 li saret lill-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari u issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex wasal il-ħsieb li ssir il-bidla fil-liġi sabiex it-test tad-DNA jsir obbligatorju fejn ikun hemm każi ta' paternità?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “ATT biex jemeda il-Kodiċi Ċivili u sabiex jipprovdi għal ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ jew li huma anċillari għalihom” qiegħed fi stadju tat-Tieni Qari fil-Kamra tar-Rapprezentanti.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk it-traġitti tal-karozzi tal-linja mill-Università lejn Wied il-Għajn humiex qed jitilqu fil-ħin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-lokal ta’ Wied il-Għajn huwa servut b’ żewġ rotot lejn l-Università, li huma:
· Rotta 135 bi frekwenza ta’ kull siegħa
· Rotta 204 bi frekwenza ta’ kull siegħa.
Infurmat ukoll li Transport Malta innutat li dawn ir-rotot qegħdin ikunu tard f’ ċertu ħinijet tal-ġurnata, u għaldaqstant qed taħdem flimkien ma’ l-opertur sabiex tiġi ndirizzata din il-problema.
Fgura — Triq l-Iskola - riħa qawwija ta' gass minn spuction
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'rapporti saru u x'passi ttieħdu dwar riħa qawwija ta' gass li toħroġ minn spuction li qegħda fit-tarf tal-Triq l-Iskola fil-Fgura? Hemm periklu ta' saħħa għar-residenti ta' dawk l-akwati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qatt ma rċeviet rapporti ta rwejjaħ jew gass ħiereġ fi triq l-iskola ġewwa l-Fgura.
Minn spezzjoni li saret fuq il-post, ma nstab xejn ħażin fis-sistema tad-drenaġġ. Kienu diversi residenti li kkonfermaw li qatt ma xammew riħa tad-drenaġġ fit-triq.
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jekk ghandu aktar dettalji jghaddihom biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tkun tista' tillokalizza dan l-allegat inkonvenjent u tassigura li ma jkunx hemmx periklu għar-residenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul 2011 ġew ingaġġati 14 impjegat ġdid mad-dipartimenti li.jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi wara sejħa pubblika permezz tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Dan in-numru ma jinkludix locally engaged personnel li huma ħaddiema ingaġġati mill-Ambaxxati u Uffiċċji Rappreżentativi ta' Malta li jinsabu barra minn Malta.
Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29833, ninsab infurmat illi fl-2011 kien hemm żieda ta' 7 impjegati oħra ġodda li kienu s-segwenti:-
Segretarjat Permanenti: ICT contracts & Service Officer f'Diċembru tal-2011 li l-ingaġġ kien sar b'sejħa pubblika.
Dipartiment tar-Reġistru Publiku u tal-Artijiet 6 skrivani, 3 fit-28 ta' Novembru, 2 fil-5 ta' Diċembru u 1 fis-19 ta' Diċembru tal-2011
li l-ingaġġ kien sar b'sejħa pubblika.
Ministeru tal-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Informazzjoni mitluba ghas-sena 2011 hija s-segwenti;
- Kumissjoni fuq vjolenza domestika: nil
- Ufficju tal-Arbitru: nil
- Kummisarju ghat-Tfal: nil
- KNPD: giet impjegata persuna wahda wara interview
- Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: giet ingaggata persuna wahda wara sejha ghall-applikazzjoni
- Awtorita’ tad-Djar: gew impjegati 10 fuq kuntratt indefinit (persuna minnhom irrizenjat, filwaqt li 3 ohra qalbu ghal kuntratt indefinit wara erba’ snin fuq kuntratt definit), 4 fuq kuntratt definit back to back u 5 ohra bhala Aprentisti
- Kummissjoni ghall-Ghaqdiet Volontarji. Nil
- Awtorita’ Nazzjonali ghall-Impjiegi; nil
- Qrati tal-Gustizzja; 1 General Hand li gie re-instated fis-Servizz Pubbliku, 3 Avukati tat-Tfal fuq bazi part-time fuq kuntratt ta’ tliet snin wara sejha ghall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern, 21 skrivan li minnhom 1 irrizenja; 20 minnhom intghazlu mill-ezami pubbliku u 1 gie re-instated, apparti minn hekk 4 impjegati tal-IPSL, 10 Casual Subsitute Clerks li 4 minnhom spiccaw mill-kuntratt fl-2011, u 6 Casual Substitute Executive Officers li 2 minnhom spiccaw mill-kuntratt fl-2011
- Servizzi ghall-Harsien Socjali; 37 Support Workers, 17 Social Worker u 11 Executive III minn sejha ghal pubbliku, 6 skrivani mill-ETC, 1 Safer Internet Administrator EU u 1 Safer Internet Officer EU minn sejha ghal pubbliku, 2 nurses li gew 1 minn sejha ghal pubbliku u 1 mill-ETC, 1 Senior Manager mill-ETC u 1 EU Projects Executive mill-ETC
- Servizzi Socjali; 1 minn sejha pubblika ghal NCUDA, 2 ghall-ufficju tas-Segretarju Permanenti 1 minn sejha pubblika u 1 b’kuntratt, 1 minn sejha pubblika ghal Human Resources Management Directorate, u 2 minn sejha pubblika ghal Programme Implementation
- Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza; 3 impjegati fuq bazi full-time fejn gew ingaggati mill-ETC 2 minn part 3 u 1 minn part 1 u 4 fuq bazi part-time fejn 3 minn sejha pubblika u 1 mill-ETC part 3c2.
Kappara DC għal San Ġwann u St Andrews DC — informazzjoni dwar tender ta' xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta nħarġet l-order to start work tender għax-xogħol fuq il-Kappara DC għal San Ġwann u St Andrews DC li tikkomprendi t-tul ta' 1.6km u 1.5km, hekk kif rapportat fil-ġurnal The Times tad-29 ta' Novembru, 2011? Jista' jgħid lil liema kumpanija/i ngħatat it-tender għall-imsemmi xogħol? Peress li fl-istess rapport ta' The Times tissemma' kumpanija Taljana, jista' jgħid jekk din il-kumpanija hijiex il-bidder oriġinali jew tagħmilx parti minn consortium jew joint venture jew sub-contractor ma' kumpanija lokali Maltija? Jekk il-kumpanija mhix il-bidder oriġinali, jista' jgħid jekk hix proċedura normali li kumpanija lokali tieħu tender u tgħaddiha lil kumpanija barranija , b'tat-tieni ma tieħu l-ebda sehem fl-istadju tal-proċess tat-tendering? Jekk il-kumpanija mhix il-bidder oriġinali x'persentaġġ tal-valur tax-xogħol hija responsabbli għalih din il-kumpanija Taljana? Jista' jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol? Jista' jgħid x'inhu t-tul tal-mina li ġie skavat? X'inhu t-tul tal-mina li ngħata l-concrete? Kemm jiswa dan ix-xogħol u meta għandu jistlesta, skont it-tender? X'inhu l-valur tax-xogħol li tlesta s'issa? Rigward il-mina għall-Magħtab, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikanta tal-file tal-housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ma semgħet xejn dwar l-applikazzjoni tagħha?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tas-sinjura in kwestjoni hija proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. L-applikanta tikri mis-settur privat u l-kera tammonta għal €2, 795.25 fis-sena. Ma jirrizultax li din il-persuna qegħda tieħu sussidju fuq il-kera mħallas. F’każ li hija interessata fis-sussidju tal-kera hija mitluba biex tiġi ġewwa l-Awtorità tad-Djar għal aktar tagħrif u tapplika għas-sussidju fuq il-kera dejjem jekk tkun konformi mall-kondizzjonijiet tal-iskema.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kellu jkun skont il-pjan ta' ristrutturar, il-complement tal-impjegati tal-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid kemm huwa l-complement attwali tal-impjegati tal-Public Broadcasting Services fil-globalità tiegħu u tindika kif dawn huma maqsuma f'kull grad tal-Public Broadcasting Services?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-complement tal-impjegati tal-Public Broadcasting Services Ltd skont il-pjan ta- ristrutturar fl-2004 kien ta’ 66 impjegat.
Il-complement attwali huwa ta’ 80 li huma mqassma hekk:
1 CEO
7 Managers
1 Junior Manager TVM 2
10 Coordinators
8 Clerks
12 Journalists
4 Salespersons
37 Operations
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha nies impjegati fuq bażi part-time u kontributuri magħha l-Public Broadcasting Services u kemm kien in-numru ta' part-timers u kontributuri sena b'sena fl-aħħar għaxar snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti aktar dettalji dwar is-sejħa għall-applikazzjoni għall-post ta' Junior Manager mal-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid x'inhu l-iskop ta' dan il-grad, il-kundizzjoni li se jkun qed iġorr miegħu dan il-grad u min huwa eliġibbli biex japplika? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa għall-applikazzjoni għal dan il-grad?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sejħa għall-applikazzjoni kienet għal Junior Manager TVM 2 u mhux Junior Manager. Din il-po¿izzjoni nħolqot peress li l-Education 22 qed jiġi ntegrat mal-PBS.
L-impjegati kollha tal-PBS kienu eleġibbli biex japplikaw.
Din is-sejħa ħarġet interna. Il-PBS kellha wkoll l-approvazzjoni tal-Public Administration HR Office (PAHRO).
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament kien kummissjonat biex jinvestiga l-Orthotic and Prosthetic Unit? Jista' jgħid x'kien ir-riżultat ta' din l-investigazzjoni? Jista' jgħid għaliex il-persuna in charge mill-Orthotic and Prosthetic Unit ġiet trasferita għall-Health Promotion Unit? Jekk dan kien riżultat tal-investigazzjoni, kien hemm xi proċeduri dixxiplinarji u jekk iva, x'kienu? Jista' jgħid għaliex il-persuna li tissorvelja l-operations management l-OPU, minkejja li kienet infurmata bosta drabi li l-affarijiet ma kienux qed isiru b'mod professjonali, l-awtoritajiet ma ġewx infurmati sakemm l-Amputees to Amputees intervjenew flimkien mal-vascular surgeon li d-dettajli tiegħu ukoll qed jingħataw separatament? Għaliex kien biss minn hemm imbagħad li ġiet kummissjonata l-investigazzjoni? Kemm sewa f'fees professjonali l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Ministeru irċieva diversi rapporti mingħand pazjenti, qraba u professjonisti tal-Orthotics and Prosthetics Unit (OPU) dwar il-mod kif kien qed jitmexxa dan il-unit. Wara diversi attentati biex l-affarijiet jitjiebu b’sens ta’ rieda tajba, deher ċar li jinħtieġ awditur independenti biex il-Ministeru jista jifformula pjan ta’ azzjoni. F’Malta ma kien hemm ħadd li jista jagħmel awditjar professjonali u kliniku fuq Orthotics u Prosthetics minħabba nuqqas ta’ nies kwalifikati. Il-persuna li ġiet magħzula kellha snin twal ta’ esperjenza bħala Service Manager ta’ Prosthetics u Orthotics f’servizz Nazzjonali tas-Saħħa tar-Renju Unit.
Ir-riżultati tal-
audit
urew li kien hemm bżonn ta’azzjoni urġenti dwar il-kwalita’ u l-organiżżazzjoni tas-servizzi. B’riżultat ta’ dan, kellhom jittieħdu miżuri korrettivi fis-servizz kif ukoll mal-istaff.
Wara l-
audit
, il-pjan ġie diskuss internament fil-Ministeru u ġie ddeterminat li kien aħjar għal persuna kkonċernata li timxi għal rwol ieħor fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anżjani u l-Kura fil-Kommunita’ fejn tista’ tuża l-ħiliet tagħha bl-aħjar mod.
Ma ttieħdu l-ebda passi dixxiplinarji bħala riżultat tal-
audit
ħlief azzjoni biex tittranġa l-kwalita’ u l-organiżżazzjoni tas-servizz. Saret rikonċiljazzjoni tal-pagamenti u ġew evalwati l-
invoices
tas-servizzi offruti mill-kuntratturi.
L-ammont li ntefaq biex tħallas l-espert għall-konsulenza tiegħu hu €1,560.00.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31832, 31625 u 31491 u jgħid kemm ġew ingaġġati persuni mal-Gvern mal-entitajiet/korporazzjonijiet/ istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-kontroll tal-Gvern? Kemm naqsu nies minn mal-Gvern u mill-entitajiet governattivi sena b'sena mill-2000 sal-2011?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid il-podolgy clinic fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana kemm fih riżorsi umani bħalissa? Dan naqas fl-aħħar żmien? Għaliex pazjenti li kienu qed jiġu trattati kull sitt ġimgħat qed jibdew jiġu trattati kull 12-il ġimgħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-Klinika tal-Podjatrija tal-Furjana hemm 3 podiatrisists. Dan in-numru ma naqasx f’dawn l-aħħar snin.
Infurmat wkoll li ma hemmx waiting list imma l-pazjent jingħata appuntament skont il-ħtieġa tiegħu u fid-diskrezzjoni professjonali tal-podiatrist.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar ħames snin kemm-il att ta' akkuża twaqqa' minabba żball/żbalji fih mill-pulizija?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Jibda biex jinħhad illi l-Atti ta’ Akkuża jsiru fil-Qorti Kriminali fejn il-prosekuzzjoni titmexxa mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mhux mill-Pulizija. Il-Pulizija jmexxu l-prosekuzzjoni quddiem il-Qorti tal-Magistrati.
Ma tezistix statistika dwar jekk kienx hemm xi atti ta’ akkuża f’dawn l-aħħar hames snin li ġew annullati minħabba xi żball attribwibbli lill-Pulizija iżda jekk l-Onorevoli Membru xtaq jirreferi ghal xi każijiet partikolari huwa liberu li jindikhom.